EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0457

Kawża T-457/14 P: Appell ippreżentat fit- 18 ta’ Ġunju 2014 minn Thierry Rouffaud mis-sentenza mogħtija fid- 9 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/13, Rouffaud vs SEAE

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/44


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 minn Thierry Rouffaud mis-sentenza mogħtija fid-9 ta’ April 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-59/13, Rouffaud vs SEAE

(Kawża T-457/14 P)

2014/C 261/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Thierry Rouffaud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Appellat: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ April 2014, fil-Kawża F-59/13 (Thierry Rouffaud vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna);

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ġibed l-attenzjoni tal-partijiet fuq il-kwistjoni ta’ ammissibbiltà tar-rikors biss eżatt qabel l-aħħar att ta’ proċedura twila li ma tatx il-possibbiltà lir-rikorrent sabiex jipprepara argument adegwat.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regola tal-konkordanza, sa fejn l-għan u l-kawża jkunu perfettament identiċi bejn l-ilment u r-rikors għall-annullament.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-provi u tal-fatti, it-TSP, fis-sentenza tiegħu, irriproduċa biss parti limitata tal-kontenut tad-dokumenti tar-rikorrent li ma tatx stampa li tirrifletti s-sitwazzjoni reali fi tmiem il-proċedura bil-miktub.


Top