Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62014TN0456

    Kawża T-456/14: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ġunju 2014 – TAO/AFI u SFIE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    ĠU C 261, 11.8.2014., 43./44. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/43


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2014 – TAO/AFI u SFIE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    (Kawża T-456/14)

    2014/C 261/69

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Association des Fonctionnaires Indépendants pour la Défense de la Fonction Publique Européenne (TAO/AFI) (Brussell, il-Belġju); u Syndicat des Fonctionnaires Internationaux et Européens (SFIE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali;

    tannulla r-regolamenti kkontestati bil-konsegwenzi kollha fil-liġi;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku bbażat fuq ksur tal-prerogattivi tagħhom bħala organizzazzjonijiet sindakali u professjonali, jiġifieri d-dritt għal konsultazzjoni u d-dritt ta’ negozjazzjoni.

    Fil-fatt, il-partijiet ma ġewx ikkonsultati, la matul il-fażi ta’ preparazzjoni tal-proposti, u lanqas matul il-fażi ta’ negozjazzjoni tar-regolamenti kkontestati.


    Augša