EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0387

Kawża T-387/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/39


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-387/14)

2014/C 261/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1852/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MARKETINGCLOUD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 979 359

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


Top