EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0351

Kawża T-351/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Mejju 2014 – Construlink vs UASI – Wit-Software (GATEWIT)

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – Construlink vs UASI – Wit-Software (GATEWIT)

(Kawża T-351/14)

2014/C 261/54

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Construlink – Tecnologias de Informação, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: M. Lopes Rocha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA (Coimbra, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1059/2013-1;

tqis li l-applikazzjoni għal trade mark Nru 1 0 1 28  262 GATEWIT kienet totalment sostnuta;

tikkundanna lill-UASI u lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GATEWIT” għal servizzi fil-klassi 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 28  262

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “wit software” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 kif ukoll ir-reġistrazzjoni nazzjonali tal-isem tal-kumpannija “Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark ġiet miċħuda

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top