EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0317

Kawża T-317/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Mejju 2014 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/24


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-317/14)

2014/C 261/47

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il- Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tirriforma d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1656/2013-1 billi tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-rikorrent u billi tħassar it-trade mark Komunitarja 4 0 87  731 fl-intier tagħha;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun xieraq, lill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja/intervenjenti possibbli għall-ispejjeż, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedura quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forn, għal prodotti fil-klassi 11 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 0 87  731

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Bullerjan GmbH

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009


Top