EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0314

Kawża T-314/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ April 2014 – Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/24


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Borde u Carbonium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/14)

2014/C 261/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alexandre Borde (Pariġi, Franza) u Carbonium (Pariġi) (rappreżentant: A. Herzberg, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tad-19 u tal-20 ta’ Frar 2014, sabiex jintemm il-kompitu tal-ewwel rikorrent fir-rigward tal-programmi ta’ evalwazzjoni globali GCCA u tal-Intra-ACP GCCA;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, li jinkludi d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti u l-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, billi l-konvenuta kisret id-drittijiet tar-rikorrenti fir-rigward ta’ trattament ġust, ekwu u mhux arbitrarju u d-dritt tar-rikorrenti għall-ħarsien tar-reputazzjoni tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu użu ħażin tal-poteri tal-konvenuta.


Top