Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62011TA0372

    Kawża T-372/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Ġunju 2014 – Basic vs UASI – Repsol YPF (basic) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva basic — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BASIC — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-servizzi — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 261, 11.8.2014., 22./23. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Basic vs UASI – Repsol YPF (basic)

    (Kawża T-372/11) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva basic - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BASIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-servizzi - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    2014/C 261/44

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Basic AG Lebensmittelhandel (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Altenburg u H. Bickel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1440/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Repsol YPF, SA u Basic AG Lebensmittelhandel.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Basic AG Lebensmittelhandel hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 269, 10.9.2011.


    Augša