Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0500

    Kawża C-500/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal- 5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Investimenti — Proprjetà — Aġġustament tat-tnaqqis — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ aġġustament ta’ għaxar snin)

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/10


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów

    (Kawża C-500/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Investimenti - Proprjetà - Aġġustament tat-tnaqqis - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ aġġustament ta’ għaxar snin))

    2014/C 261/16

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gmina Międzyzdroje

    Konvenut: Minister Finansów

    Dispożittiv

    L-Artikoli 167, 187 u 189 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, f’każijiet fejn ikun hemm bidla fl-użu ta’ investiment fi proprjetà, fejn dan il-beni jintuża, inizjalment, għal użu li ma jagħtix lok għal dritt għat-tnaqqis tal-VAT u, sussegwentement, għal użu li jagħti lok għal tali dritt, jipprevedu perijodu ta’ aġġustament ta’ għaxar snin mill-bidu tal-użu ta’ dan il-beni u, għaldaqstant, jeskludu aġġustament uniku matul sena tat-taxxa waħda.


    (1)  ĠU C 367, 14.12.2013


    Top