This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AE6639
Opinion of the European Economic and Social Committee on the European Year of Development (2015)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)
ĠU C 170, 5.6.2014, p. 98–103
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 170/98 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)
2014/C 170/16
Relatur uniku: is-Sur GOBIŅŠ
Nhar it-18 ta’ Settembru 2013, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-5 ta' Novembru 2013.
Matul l-494 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-10 u l-11 ta' Diċembru 2013 (seduta tal-10 ta' Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'144 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda (1).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea rreaġixxiet għall-inizjattiva konġunta tas-soċjetà ċivili u l-KESE biex l-2015 tkun is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp. |
1.2 |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ l-emendi għall-abbozz ta' proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (1) li saru mill-Konfederazzjoni għall-Għajnuna u l-Iżvilupp (CONCORD) (2) u l-abbozz ta' emendi mill-Parlament Ewropew (3). Il-Kumitat jenfasizza li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-ideat ġew diskussi fit-taskforce informali għas-Sena u wħud issemmew f'opinjonijiet oħra tal-KESE u fil-paġna ta' dibattitu tal-KESE dwar is-Sena. |
1.3 |
Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp ser tkun l-ewwel Sena Ewropea b'dimensjoni globali b'saħħitha u bbażata fuq id-drittijiet. Il-KESE jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħmlu l-almu tagħhom biex jiksbu l-għanijiet kif iddikjarat mill-CONCORD: din is-Sena hija “opportunità unika għal diskussjoni pubblika wiesgħa u għal impenn ċiviku ġenwin dwar il-viżjoni tal-Ewropa rigward l-iżvilupp dinji, fi ħdan l-Ewropa kif ukoll f'kontinenti oħra, bid-dimensjonijiet tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem, is-sostenibbiltà ambjentali u l-koeżjoni soċjali.” (4) |
1.4 |
Il-Kumitat jappella lill-imsieħba tiegħu f'reġjuni oħra tad-dinja biex jippromovu Sena għall-Iżvilupp 2015 madwar id-dinja kollha f'reġjuni oħra tad-dinja fejn għad hemm żmien biżżejjed għat-tħejjija tagħha. |
1.5 |
L-enfasi prinċipali għandha titqiegħed fuq l-aktar aspetti sostenibbli u rilevanti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħas-solidarjetà u l-ġustizzja globali, il-koerenza politika għall-iżvilupp, l-għanijiet tal- iżvilupp sostenibbli, il-beni u l-isfidi pubbliċi globali u r-rwol taċ-ċittadini Ewropej bħala konsumaturi u atturi fl-ekonomija globali. Il-kwistjonijiet żgħar u dawk relatati mad-donaturi-benefiċjarji m'għandhomx ikunu l-prijorità. |
1.6 |
Għandha ssir enfasi wkoll fuq ir-rwol tas-settur privat fl-iżvilupp (5) peress li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw normalment ma jkollhomx strateġiji ta' żvilupp għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jinkludu l-kooperattivi. Strateġiji bħal dawn jistgħu jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u għall-iffaċilitar tat-tkabbir inklużiv. L-esperjenza Ewropea bil-politika ta' appoġġ għall-SMEs, b'kollaborazzjoni mal-imsieħba soċjali u l-NGOs interessati, għandha tiġi trasferita b'mod immirat u rilevanti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bil-għan li jinkiseb tkabbir sostenibbli fit-tliet pilastri kollha tiegħu – dak ekonomiku, dak soċjali u dak ambjentali. |
1.7 |
Il-KESE jtenni li l-muftieħ għas-suċċess li nkiseb fis-Snin Ewropej preċedenti kien il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u s-soċjetà ċivili, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE. B'hekk, il-Kumitat jitlob li tittieħed azzjoni minnufih – jiġu stabbiliti taskforces magħmulin minn diversi partijiet interessati biex tiġi żgurata kooperazzjoni f'waqtha u strutturata b'mod adatt. Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-istabbiliment tal-Alleanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
1.8 |
L-attivitajiet f'diversi livelli implimentati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (l-attivitajiet tagħhom fil-livell nazzjonali, dak tal-UE u f'dak tal-pajjiż imsieħeb) jaqdu rwol ewlieni fit-tiswir tal-proċessi politiċi – b'hekk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tagħhom għandhom jingħataw prijorità assoluta matul is-Sena u għandhom jirċievu l-biċċa l-kbira tal-fondi. Għal riżultati aħjar tas-Sena Ewropea għall-Iżvilupp fil-perjodu l-qasir u f'dak/fit-tul huwa kruċjali li jiġi evitat l-infiq fuq kampanji li jiswew ħafna flus li jsiru minn aġenziji tar-relazzjonijiet pubbliċi, jew inkella tali servizzi għandhom jitnaqqsu għal livell minimu assolut (kif iddikjarat fil-punt 3.6 ta' din l-Opinjoni). |
1.9 |
Il-Kumitat jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jużaw id-dibattiti tripartitiċi biex jikkonċentraw pjuttost fuq riżultati u parteċipazzjoni sostenibbli milli fuq il-kampanji jew l-attivitajiet ta' twassil ta' informazzjoni. Sabiex dan jinkiseb, jeħtieġ li jiġu emendati diversi partijiet ta' xi Artikoli tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, kif indikat fit-3 u r-4 parti ta' din l-Opinjoni, u hemm bżonn li jsir xi tibdil fil-Premessa u l-Annessi li, minħabba spazju limitat hawnhekk, ma nistawx inkopruh f'din l-Opinjoni. |
1.10 |
Approċċ deċentralizzat, kif deskritt fil-punt 3.5 ta' din l-Opinjoni, jista' jipproduċi l-aħjar riżultati, peress li t-tradizzjonijiet u l-istorja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huma differenti ħafna u ma jistax jinstab mod uniku għall-abbozzar, l-attivitajiet eċċ. Fit-3 u r-4 partijiet ta' din l-Opinjoni qed isiru diversi suġġerimenti għal Sena bbażata fil-livell lokali u dawn għandhom jiġu kkunsidrati fil-preparamenti għas-Sena. |
2. Kummenti ġenerali
2.1 |
Is-Sena Ewropea taqdi rwol speċjali fil-komunikazzjoni u l-involviment attiv taċ-ċittadini u tippermetti li jiġu organizzati avvenimenti konġunti fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u dak reġjonali/lokali kemm mill-atturi istituzzjonali kif ukoll minn għadd dejjem akbar ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
2.2 |
L-2015 hija sena li matulha għandhom jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju. Għandha ssib il-qofol tagħha fl-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba u l-adozzjoni ta' strateġija jew paradigma ġdida għall-għaxar snin li ġejjin. L-UE qdiet rwol ewlieni fil-kwistjonijiet ta' żvilupp u fit-tfassil tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju. Għalkemm il-kooperazzjoni għall-iżvilupp jammonta għal ħafna aktar mill-għajnuna għall-iżvilupp, għandu jiġi nnutat li l-biċċa l-kbira tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (60 %) tiġi mill-UE u l-Istati Membri tagħha. L-UE u ċ-ċittadini tagħha, flimkien mal-imsieħba tagħha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandhom jaqdu rwol ewlieni fid-dibattiti ta' wara l-2015. |
2.3 |
Skont id-data tal-Ewrobarometru (6), madwar 20 miljun persuna fl-UE hija involuta personalment f'organizzazzjonijiet ta' żvilupp nongovernattivi (inklużi l-voluntiera), madwar 130 miljun ċittadin tal-UE jagħti donazzjonijiet lil organizzazzjonijiet li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'kollox 72 % taċ-ċittadini tal-UE personalment jappoġġjaw l-idea li jiġu megħjuna l-pajjiżi b'indikaturi baxxi ta' żvilupp. |
2.4 |
Għadd dejjem akbar ta' persuni qed jifhmu li l-iżvilupp jibda f'pajjiżna stess u f'ħajjitna stess, bil-kummerċ ġust, il-protezzjoni tal-ambjent, il-parteċipazzjoni fil-proċessi politiċi, eċċ. |
2.5 |
Koalizzjoni wiesgħa, inklużiva u li qed tikber b'rata mgħaġġla ta' promoturi, b'appoġġ qawwi mill-Kummissarju tal-UE għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, u t-tim tiegħu, taħt it-tmexxija tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mil-livell nazzjonali u dak tal-UE – il-Moviment Ewropew – il-Latvja, il-Pjattaforma Latvjana għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (LAPAS) u l-Konfederazzjoni għall-Għajnuna u l-Iżvilupp (CONCORD), u l-KESE (7) flimkien ġabru lill-partijiet interessati ewlenin inkluża firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew. Mill-bidu nett, l-imsieħba ħadmu favur Sena ta' suċċess u ambizzjuża, b'riżultati konkreti. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1 |
Il-KESE jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jużaw id-diskussjonijiet bejn tliet partijiet biex jagħmlu s-Sena aktar rikka b'aktar sustanza u miżuri li jiżguraw riżultati aħjar u aktar sostenibbli (pereżempju permezz tal-proċessi politiċi, l-impenji, it-titjib tad-djalogu orizzontali u strutturali, eċċ.). |
3.2 |
Il-KESE jfakkar dwar is-suġġeriment oriġinali tiegħu dwar il-kontenut tas-Sena:“Il-KESE jitlob li tingħata aktar attenzjoni lit-tema tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, lis-solidarjetà dinjija u lid-dibatittu dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Jipproponi li s-sena 2015 tiġi ddedikata lill-‘kooperazzjoni u l-iżvilupp’ (titolu provviżorju). Peress li l-UE u l-Istati Membri għamlu wkoll riżoluzzjoni li jilħqu dawn l-għanijiet sal-2015, il-Kumitat jipproponi li l-okkażjoni tas-Sena Ewropea tintuża sabiex jitħeġġu s-sensibilizzazzjoni u s-sens ta’ responsabbiltà kondiviża f’kull ċittadin, fis-soċjetà ċivili, fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew rigward it-twettiq tal-għanijiet stabbiliti u dawk ġodda li ser jiġu stabbiliti wara l-2015.” (8) |
3.3 |
Għas-suċċess tas-Sena u l-iżvilupp per se huwa kruċjali li nimpenjaw u ninvolvu liċ-ċittadini Ewropej u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba tagħhom madwar id-dinja fl-iżvilupp u d-djalogu politiku dwar l-iżvilupp dinji u l-ġustizzja dinjija. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaqdu rwol ewlieni mhux biss għall-ġbir tal-fondi u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' żvilupp iżda wkoll għall-proċessi politiċi. Dan huwa minnu speċjalment għall-ġenerazzjoni żagħżugħa fejn it-tendenza hi li din tkun aktar konnessa mad-dinja permezz tal-midja soċjali u tipi oħra ta' midja u li tkun aktar konxja tal-kwistjonijiet urġenti li, bħala mexxejja futuri, ser ikollha ssolvi. Għaldaqstant, l-involviment ġenwin u dirett tat-tfal u ż-żgħażagħ, speċjalment il-bniet, fid-dibattiti tas-Sena Ewropea huwa ta' importanza kruċjali. Hemm bżonn ukoll involviment ġenwin u dirett taċ-ċittadini b'varjetà ta' interessi, sfondi soċjali, eċċ. L-aspetti msemmija hawn fuq għandhom jiġu riflessi kif dovut fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-Sena u l-kontenut u l-finanzi tagħha. |
3.4 |
Il-Kumitat jappoġġja approċċ deċentralizzat għas-Sena Ewropea. It-taskforces fil-livell nazzjonali għandhom jistabbilixxu motto, slogan jew invit nazzjonali għas-Sena li jirrifletti bl-aħjar mod is-sitwazzjoni fi ħdan l-Istat Membru. It-taskforces fil-livell tal-UE u dak nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti sa mhux aktar minn xahrejn wara l-adozzjoni tal-proposta u għandu jkollhom aċċess għall-finanzjament allokat għas-Sena. Il-ħidma tat-taskforces u l-appoġġ għall-ħidma tagħhom għandhom jissoktaw lil hinn mis-Sena. Is-soċjetà ċivili organizzata għandha taqdi rwol ewlieni fit-taskforces. |
3.5 |
Il-KESE jfaħħar lill-Kummissjoni għall-pjan tagħha li tinvesti ammont konsiderevoli ta' fondi sabiex tiżgura li s-Sena tkun suċċess. Fl-istess waqt, il-Kumitat jesprimi t-tħassib tiegħu li f'dan l-istadju persentaġġ żgħir biss ta' dawn il-fondi huwa allokat għall-impenn u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, għalkemm dan jista' jiżgura l-aqwa sostenibbiltà u riżultati għas-Sena. L-użu tal-fondi għall-kuntratti/offerti eżistenti jew ġodda għar-relazzjonijiet pubbliċi għandu jiġi evitat jew jinżamm f'livell minimu, peress li f'ċerti każijiet il-ħidma tista' tkun saħansitra kontroproduttiva għall-għanijiet tas-Sena. |
3.6 |
Abbażi tal-prattika tajba tas-Snin Ewropej li għaddew, il-Kumitat jesprimi l-appoġġ tiegħu biex titwaqqaf alleanza wiesgħa u inklużiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li, bħal fis-snin li għaddew, għandha taqdi rwol mexxej fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea. Il-KESE jissuġġerixxi li tingħata attenzjoni speċjali lil kooperazzjoni mill-qrib mal-membri u l-korpi tal-KESE u partijiet interessati oħra u mal-membri tal-Alleanza fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. |
3.7 |
Il-prattika tajba li jinħatru “Ambaxxaturi tas-Sena” għandha titkompla wkoll fis-Sena 2015. Dan joffri opportunitajiet kbar għas-sensibbilizzazzjoni tal-pubbliku u għall- appoġġ għall-għanijiet tas-Sena. |
3.8 |
Il-Kumitat huwa impenjat li jiżviluppa mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fil-livelli rilevanti kollha sabiex jiżgura l-aqwa kooperazzjoni u sinerġiji potenzjali bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE. Matul is-Sena għandha titnieda kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti. |
3.9 |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ is-suġġerimenti għas-Sena li ġew diskussi fit-taskforce informali dwar is-Sena u fid-diskussjonijiet onlajn fil-paġna elettronika tal-KESE. L-ideat li tressqu mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba ġew diskussi mill-CONCORD (9). L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li s-Sena tkun:
|
3.10 |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ ukoll is-suġġerimenti li ġejjin ippreżentati mir-rapporteur tal-Parlament Ewropew (10):
|
4. Rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-emendi għall-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (16)
4.1 |
Artikolu 1 (sentenza addizzjonali) Sottotitolu nazzjonali jagħmilha possibbli li jiġu riflessi d-differenzi fit-tradizzjonijiet, l-isfidi u l-potenzjal f'kull Stat Membru b'mod aktar effettiv: “L-2015 tiġi ddikjarata bħala ‘Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp’ [...]. Għandhom jiġu stabbiliti sottotitolu u motto, slogan jew invit għas-sena fil-livell tal-Istati Membri.” |
4.2 |
Artikolu 2 (l-ewwel parti) – Enfasi aktar qawwija fuq l-impenn tista' tkun utli, il-partijiet interessati kollha għandhom jissemmew bħala atturi ugwali: – “li jiġu infurmati ċ-ċittadini tal-UE dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, u jiġu involuti fid-diskussjonijiet dwar b’enfasi fuq dak li l-Unjoni Ewropea tista' diġà tikseb bħala msieħeb dinji tal-iżvilupp l-ikbar donatur tal-għajnuna fid-dinja u taqbel dwar kif tista’ tagħmel aktar permezz ta' aktar koerenza u koordinazzjoni aħjar mal- tas-saħħa magħquda tal-Istati Membri tagħha, u l-istituzzjonijiet tagħha u atturi oħra.” |
4.3 |
Artikolu 2 (it-tieni inċiż) – b'sewitu tal-Opinjoni tal-KESE dwar “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020”: – “li tistimula l-interess u parteċipazzjoni attivi u ġenwini taċ-ċittadini Ewropej fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li trawwem sens ta’ responsabbiltà u opportunità fir-rigward tad-deċiżjonijiet individwali u l-impenji nazzjonali u internazzjonali (inkluża l-aġenda għal wara l-2015) u tal-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika. kif ukoll” |
4.4 |
Artikolu 2 (it-tielet inċiż) – it-test huwa bbażat wisq fuq l-għajnuna u d-donaturi u joħloq enfasi li hija limitata wisq: – “li jitqajjem għarfien dwar ir-rwol tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, li twassal għal firxa wiesgħa ta’ benefiċċji għall-atturi kollha involuti fl-UE u l-pajjiżi msieħba tagħha mhux biss għar-riċevituri iżda wkoll għaċ-ċittadini tal-UE, f'dinja li dejjem qed tinbidel u ssir dejjem aktar interdipendenti.” |
4.5 |
Artikolu 2 (inċiż ġdid) – Ir-riżultati sostenibbli fil-proċessi politiċi fil-livelli tal-UE u dak nazzjonali huma ta' importanza ewlenija u ma jissemmewx fil-proposta attwali: - “li jinkisbu riżultati u titjib sostenibbli fejn ikun hemm bżonn (pereżempju fuq l-aġenda politika interna u esterna u fil-politiki dwar l-iżvilupp, il-koerenza, l-effiċjenza, approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, l-għoti ta' setgħa lin-nisa, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtabbiltà/is-sigurtà tal-bniedem, il-parteċipazzjoni u l-iskambju, l-għodod u l-istrutturi tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet kummerċjali u t-trejdjunjins, eċċ.).” |
4.6 |
Artikolu 3(1) (l-ewwel inċiż) – il-komunikazzjoni għandha tkun proċess f'żewġ direzzjonijiet, il-kampanji reċenti tas-Sena Ewropea ġew ikkritikati ħafna minn diversi lati: – “kampanji attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex jiġu diskussi u mifthiema kwistjonijiet ewlenin jinxterdu l-messaġġi ewlenin immirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi, inkluż permezz tal-midja soċjali;” |
4.7 |
Artikolu 3(1) (it-tieni inċiż) – it-taskforces ta' suċċess fil-livell nazzjonali u dak tal-UE taw prova li huma wieħed mill-elementi ewlenin għas-suċċess tas-Sena Ewropea. Biex ikunu trasparenti d-diskussjonijiet għandhom iwasslu għal riżultati konkreti u li jistgħu jitkejlu: “l-organizzazzjoni ta’ proċess politiku miftuħ u inklużiv, immexxi minn taskforce magħmul minn diversi partijiet interessati, li jinkludi konferenzi, avvenimenti u inizjattivi mal-partijiet interessati rilevanti kollha, illi tiġi promossa l-parteċipazzjoni attiva u d-dibattitu, u biex titqajjem kuxjenza fil-livell Ewropew u jiġu żgurati r-riżultati u t-titjib kull fejn ikun hemm bżonn;” |
4.8 |
Artikolu 3(1) (inċiż ġdid) – sena “dwar” l-iżvilupp mingħajr l-involviment dirett tal-partijiet interessati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jiġu minn dawn il-pajjiżi mhijiex konċepibbli: - “attivitajiet fil-fruntieri tal-UE u lil hinn minnhom immirati lejn il-pajjiżi msieħba, iċ-ċittadini tagħhom u l-organizzazzjonijiet tagħhom;” |
4.9 |
Artikolu 3(1) (inċiż ġdid) – fid-dokument ta' ħidma tagħhom il-KESE u l-Kummissjoni Ewropea jindikaw li tħejjija fil-ħin u attivitajiet ta' segwitu jistgħu jiżguraw riżultati aħjar għas-Sena, hekk kif jistgħu jagħmlu wkoll ir-rabtiet bejn is-snin tematiċi: - “attivitajiet ta' tħejjija u li jservu ta' segwitu tas-Sena fil-livell nazzjonali u dak tal-UE;” |
4.10 |
Artikolu 4(2) – kif spjegat fil-punt 4.7: “Il-koordinaturi nazzjonali, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni jistabbilixxu taskforce nazzjonali/grupp ta' tmexxija magħmul minn , jikkonsultaw u jikkooperaw ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, inkluża s-soċjetà ċivili [...]”. |
4.11 |
Anness: Dettalji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, Parti A. L-inizjattivi Diretti tal-Unjoni (l-ewwel punt) – għandu jiġi appoġġjat approċċ deċentralizzat sabiex jiġu riflessi r-realtajiet fl-Istati Membri differenti. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili m'għandhomx jiġu esklużi mill-implimentazzjoni tal-proposti tagħhom: “Il-finanzjament ġeneralment se jieħu l-forma ta’ xiri dirett ta' prodotti u servizzi skont offerti miftuħa għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-settur privat u atturi oħra il-kuntratti ta' qafas attwali. […]” |
4.12 |
Anness: Dettalji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, Parti A. L-inizjattivi Diretti tal-Unjoni (punt ġdid) – abbażi tal-prattika tajba fis-Snin preċedenti: fl-2013 aktar minn 60 netwerk tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar l-UE qed jipparteċipaw fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tas-Sena b'attivitajiet fil-livell nazzjonali u dak tal-UE, huwa kruċjali li jingħata appoġġ adatt għall-ħidma tal-Alleanza: - "l-appoġġ għall-koordinazzjoni tas-soċjetà ċivili dwar il-mudell stabbilit tal-“Alleanza għas-Sena Ewropea”. |
Brussell, 10 ta' Diċembru 2013
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015), COM(2013) 509 final
(2) CONCORD Reaction to the European Commission proposal on European Year of Development 2015 [Ir-reazzjoni tal-CONCORD għall-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015].
(3) Abbozz ta' Rapport dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015), Rapporteur: Charles Goerens, 2013/0238(COD).
(4) CONCORD Reaction to the European Commission proposal on European Year of Development 2015 [Ir-reazzjoni tal-CONCORD għall-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015].
(5) Opinjoni tal-KESE dwar “Is-sehem tas-settur privat fil-qafas tal-iżvilupp għal wara l-2015”, ĠU C 67, 6.3.2014, p. 1–5.
(6) Ewrobarometru Speċjali Nru 352, Ġunju 2010: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_352_en.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) L-inizjattiva ġiet ippreżentata u diskussa għall-ewwel darba fl-Assemblea Ġenerali tal-CONCORD tat-22 ta' Ġunju 2011 minn Andris Gobiņš (Moviment Ewropew – il-Latvja u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew) u Māra Sīmane (il-Pjattaforma Latvjana għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (LAPAS)). Ġiet stabbilita taskforce informali u l-votazzjoni uffiċjali fil-Plenarja tal-KESE tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar l-Opinjoni tal-KESE dwar “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020” inkludiet it-talba għal Sena Ewropea għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni.
(8) Opinjoni tal-KESE dwar “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija: Il-Politika tal-Kummerċ bħala Element Prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020” ĠU C 43, 15.2.2012, p. 73–78.
(9) Ara “CONCORD Reaction to the European Commission proposal on European Year of Development 2015” [Ir-reazzjoni tal-CONCORD għall-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015], Settembru 2013.
(10) Abbozz ta' Rapport dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015), Rapporteur: Charles Goerens, 2013/0238(COD).
(11) L-istess sors: Emendi 14 u 31.
(12) L-istess sors, adattament tal-Emenda 17.
(13) L-istess sors, Emendi 18, 19, 21, 28, u 30.
(14) L-istess sors, Emenda 20.
(15) L-istess sors, Emenda 27.
(16) Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015), COM(2013) 509 final.