Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0600

    Kawża T-600/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Novembru 2013 — Bimbo vs UASI (FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES)

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/13


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Bimbo vs UASI (FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES)

    (Kawża T-600/13)

    2014/C 31/23

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell mogħtija fil-11 ta’ Settembru 2013 u, b’konsegwenza ta’ dan, tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 11 094 381 fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 30 li għalihom seret applikazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 094 381

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


    Top