Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0591

    Kawża T-591/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Diċembru 2013 — Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI — Henkel (SUPER GLUE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUPER GLUE — Trade mark Benelux verbali preċedenti SUPERGLUE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI — Henkel (SUPER GLUE)

    (Kawża T-591/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUPER GLUE - Trade mark Benelux verbali preċedenti SUPERGLUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2014/C 31/14

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. (Jaworzno, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Konieczyński u I. Kubiec, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Henkel Corp. (Gulph Mills, Pennsylvanie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Jacob, avukati)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1147/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel Corp. u Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


    Top