Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0623

    Kawża C-623/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit- 28 ta’ Novembru 2013 — Ministre de l’Économie et des Finances vs Gérard de Ruyter

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Novembru 2013 — Ministre de l’Économie et des Finances vs Gérard de Ruyter

    (Kawża C-623/13)

    2014/C 31/08

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ministre de l’Économie et des Finances

    Konvenut: Gérard de Ruyter

    Domanda preliminari

    Ġbir fiskali fuq id-dħul mill-patrimonju bħall-kontribuzzjoni soċjali fuq id-dħul mill-patrimonju, il-kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali ibbażat fuq dan l-istess dħul, il-ġbir soċjali ta’ 2 % u l-kontribuzzjoni addizzjonali għal dan il-ġbir, għandhom, minħabba s-sempliċi fatt li jipparteċipaw għall-finanzjament ta’ skemi obbligatorji Franċiżi ta’ sigurtà soċjali, rabta diretta u rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament [tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71], tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) u b’hekk jidħlu fil-kamp ta’ dan ir-regolament?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35


    Top