Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0148

Kawża F-148/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 23 ta’ Ottubru 2013 — Solberg vs (EMCDDA) (Servizz pubbliku — Ex membru tal-persunal temporanju — Rapport ta’ evalwazzjoni — Interess ġuridiku — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

ĠU C 352, 30.11.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 352, 30.11.2013, p. 25–25 (HR)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/26


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Solberg vs (EMCDDA)

(Kawża F-148/12) (1)

(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

2013/C 352/50

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ulrik Solberg (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, S. Orlandi, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. Solberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013, p. 30.


Top