Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0481

Kawża C-481/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Bamberg (il-Ġermanja) fid- 9 ta’ Settembru 2013 — proċeduri kriminali kontra Mohammad Ferooz Qurbani

ĠU C 352, 30.11.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Bamberg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2013 — proċeduri kriminali kontra Mohammad Ferooz Qurbani

(Kawża C-481/13)

2013/C 352/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Bamberg

Parti fil-kawża prinċipali

Mohammad Ferooz Qurbani

Domandi preliminari

(1)

L-eżenzjoni personali tal-pieni stabbilita fl-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati (il-Konvenzjoni ta’ Genève, iktar ’il quddiem il-“KG”), tinkludi wkoll, lil hinn mill-kliem tagħha, il-falsifikazzjoni tad-dokumenti li tkun seħħet permezz tal-preżentazzjoni ta’ passaport falz lil uffiċjal tal-pulizija, fid-dħul bl-ajru fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, meta l-passaport falz ma huwiex fil-fatt neċessarju għall-applikazzjoni tal-ażil f’dan l-Istat?

(2)

Ir-rikors għas-servizzi ta’ kuntrabandisti jeskludi l-invokazzjoni tal-Artikolu 31 tal-KG?

(3)

Il-kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 31 tal-KG, li tikkonsisti fl-oriġini “ diretta ” tal-persuna kkonċernata minn territorju fejn il-ħajja jew il-libertà tagħha kienu mhedda, għandha tiġi interpretata fis-sens li din il-kundizzjoni hija wkoll sodisfatta meta l-persuna kkonċernata tkun l-ewwel nett daħlet fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ, il-Ġreċja) minn fejn tali persuna ssoktat bil-vjaġġ tagħha lejn Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) li fih hija titlob l-ażil?


Top