Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC0422(02)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    ĠU C 103, 22.4.2010, p. 14–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/14


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

    2010/C 103/07

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' STG

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006

    “LIPTOVSKÁ SALÁMA”/“LIPTOVSKÝ SALÁM”

    Nru tal-KE: SK-TSG-0007-0042-04.08.2006

    1.   Isem u indirizz tal-grupp applikant:

    Isem:

    Slovenský zväz spracovateľov mäsa

    Indirizz:

    Kukučínova 22

    831 03 Bratislava

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel.

    +421 255565162

    Feks

    +421 255565162

    Posta elettronika:

    slovmaso@slovmaso.sk

    Isem:

    Český svaz zpracovatelů masa

    Indirizz:

    Libušská 319

    142 00 Praha 4 – Písnice

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Tel.

    +420 244092404

    Feks

    +420 244092405

    Posta elettronika:

    reditel@cszm.cz

    2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

    Ir-Repubblika Slovakka

    Ir-Repubblika Ċeka

    3.   Speċifikazzjoni tal-prodott:

    3.1.   Isem/Ismijiet li għandu/għandhom jiġi/u rreġistrat(i):

    “Liptovská saláma” (SK)

    “Liptovský salám” (CS)

    3.2.   Jekk l-isem:

    Image

    huwiex speċifiku fih innifsu

    jesprimix il-karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

    L-isem “Liptovská saláma” jew “Liptovský salám” huwa speċifiku fih innifsu minħabba li għandu x'jaqsam ma' tip partikolari ta' salami. Fis-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka huwa stabbilit u magħruf sew, u għandu tradizzjoni twila u reputazzjoni tajba. Il-produzzjoni tiegħu ilha konformi mal-istandards nazzjonali.

    3.3.   Jekk l-isem hux qed jiġi rriżervat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

    Image

    Reġistrazzjoni bir-riżervazzjoni tal-isem

    Reġistrazzjoni mingħajr riżervazzjoni tal-isem

    3.4.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.2.

    Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

    3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1:

    Il-fatturi karatteristiċi tal-“Liptovská saláma” jew tal-“Liptovský salám” huma d-dehra omoġenja tiegħu meta jitqatta', it-togħma delikata ta' laħam li għandu, u r-riħa li tiġi mill-ħwawar li jintużaw u mill-proċess ta' affumikazzjoni.

    Karatteristiċi fiżiċi

    forma ta' ċilindru, b'dijametru bejn 8 u 9 ċm, u tul ta' bejn wieħed u ieħor 35-50 ċm; l-istess prodott magħmul fiċ-ċokon għandu dijametru ta' 5 ċm u tul ta' bejn 15 u 20 ċm,

    jinħass elastiku;

    Karatteristiċi kimiċi

    kontenut tax-xaħam: mass. 40 %,

    kontenut ta' melħ: mass. 2,1 % ± 0,6 %;

    proteina netta tal-muskoli ta' mill-inqas 8 % mill-piż;

    Karatteristiċi organolettiċi

    dehra esterna u kulur: il-prodott hu lixx jew kemxejn imkemmex, il-kisja użata hi ta' kulur ċar jew kannella skur, u fuq il-kisja huwa permess li jkun hemm ammonti żgħar ħafna ta' sugu mnixxef u dbabar tal-proċess tal-affumikazzjoni,

    dehra u kulur tal-wiċċ tal-qatgħa: il-wiċċ tal-qatgħa hu ta' kulur roża lewn il-laħam u jista' jkun li jkollu partiċelli rotob tal-kollaġen fil-massa omoġenja; il-partiċelli tal-ħwawar naturali huma viżibbli,

    riħa u togħma: riħa moderata ta' ħwawar (speċjalment tal-qoxra ta' barra tan-noċemuskata, tan-noċemuskata stess u tal-ġinġer) u r-riħa li tħalli l-affumikazzjoni, togħma mielħa moderata u pikkanti, iqarmeċ,

    konsistenza: elastika, kumpatta.

    3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 3.1:

    Il-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám” hu magħmul mil-laħam taċ-ċanga b'kontenut ta' xaħam mhux iktar minn 10 % u mil-laħam taċ-ċanga b'kontenut ta' xaħam mhux iktar minn 30 %, laħam tal-majjal b'kontenut ta' xaħam mhux iktar minn 10 %, fdal tal-majjal – majjal b'kontenut ta' xaħam mhux iktar minn 50 %, xaħam tal-majjal, ilma tajjeb għax-xorb jew silġ, taħlita għat-tmelliħ b'bażi ta' nitrati, u taħlita ta' ħwawar naturali: (bżar iswed mitħun, noċemuskata mitħuna, il-qoxra tan-noċemuskata, ġinġer mitħun), tewm (imfarrak, ikkonċentrat jew trab), f'ammont li jikkorrispondi mal-ammont standardizzat ta' tewm frisk, u kisja ta' ċelluloża affumikabbli. Addittivi: polifosfati (E450, E451 bħala P2O5) fi kwantità li ma taqbiżx 0,03 f'kull kilogramma u aċidu assorbiku fi kwantità li ma taqbiżx 0,05 f'kull kilogramma.

    Dawn l-ingredjenti li ġejjin jintużaw biex isiru 100 kg ta' “Liptovská saláma” jew ta' “Liptovská saláma”:

    ċanga b'kontenut ta' xaħam ta' mhux iktar minn 10 %

    19,1 kg

    ċanga b'kontenut ta' xaħam ta' mhux iktar minn 30 %

    6,7 kg

    majjal b'kontenut ta' xaħam ta' mhux iktar minn 10 %

    19,0 kg

    fdal tal-majjal b'kontenut ta' xaħam ta' mhux iktar minn 50 %

    23,3 kg

    xaħam tal-majjal

    23,4 kg

    ilma tax-xorb jew silġ

    16,0 kg

    taħlita għat-tmelliħ b'bażi ta' nitrati

    2,0 kg

    bżar iswed mitħun

    0,19 kg

    noċemuskata mitħuna

    0,02 kg

    qoxra tan-noċemuskata

    0,02 kg

    ġinġer mitħun

    0,02 kg

    tewm (imfarrak, ikkonċentrat jew trab)

    0,06 kg

    polifosfati (E450 u E451)

    0,30 kg

    aċidu assorbiku (E300)

    0,05 kg

    kisjiet – kisjiet ta' ċelluloża affumikabbli

     

    Proċedura teknika

    Titħejja massa omoġenja fina magħmula mill-materja prima kollha, l-addittivi, il-ħwawar u t-tewm u l-għajnuniet għall-ipproċessar. It-taħlita li titħejja b'dan il-mod titpoġġa fil-kisjiet li jkollhom dijametru ta' bejn 8 u 9 ċm u li jkunu bejn 35 u 50 ċm twal. Il-prodotti jiddendlu fuq virgi li jitpoġġew fil-kamra tal-affumikazzjoni, fejn jitnixxfu u jiġu affumikati bis-saħħa tal-proċess sħun tal-affumikazzjoni, sabiex jingħata kulur karatteristiku u jikseb ir-riħa tiegħu. Il-prodotti affumikati imbagħad jissajru f'temperatura ta' bejn 75 u 78 °C sakemm jintlaħaq effett baxx ta' sħana ta' temperatura ta' 70 °C fil-qalba tal-prodott għal mill-anqas 10 minuti. Wara li jissajru, il-prodotti jitbexxu bl-ilma kiesaħ u jitħallew jiksħu. Il-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám” jitqiegħed fis-suq f'kisja jew f''vakum jew f'pakketti bl-atmosfera kkontrollata. Jitqiegħed fis-suq bħala prodott imqatta' f'vakum jew f'pakketti bl-atmosfera kkontrollata ta' piżijiet differenti.

    3.7.   Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

    Il-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám” hu differenti minn prodotti oħra li fihom jintuża kontenut ta' xaħam tal-majjal frisk, li flimkien mal-materja prima l-oħra, jagħti togħma iktar qawwija ta' laħam, u hu differenti wkoll minħabba r-riħa karatteristika li għandu, li ġejja mill-qoxra ta' barra tan-noċemuskata, in-noċemuskata, il-ġinġer u r-riħa fina ta' affumikazzjoni. Id-dehra omoġenja ta' fejn jinqata' l-prodott, il-konsistenza elastika tiegħu u l-fatt li hu faċli biex wieħed jisslajsjah u li jibqa' sħiħ meta jkun qed jiġi sslajsjat huma karatteristiċi speċifiċi bl-istess mod.

    3.8.   Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

    Fl-1956, il-ħaddiema li kienu jaħdmu fl-impjant tal-produzzjoni tal-laħam f'Dubnica nad Váhom ippruvaw jagħmlu prodott differenti mill-prodotti tal-laħam imsajrin u kkapuljati sew li kienu prodotti f'dik l-epoka. Dawn ħadu post ftit mix-xaħam tal-majjal li jkun hemm mal-fdal tal-majjal, il-prodott kien jiġi pproċessat b'tali mod li jkollu għamla fina iktar milli għamla raffa li kienet normali f'dik l-epoka, u r-riżultat ta' dan il-proċess kien il-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám”. F'dik l-epoka ma kinux iżidu l-paprika, u dan hu kif ġie l-isem “Liptovská saláma” jew “Liptovský salám”, minħabba li fir-reġjun Liptov ma kienx hemm id-drawwa li wieħed iżid il-paprika mal-prodotti tal-laħam. Il-prodott sar popolari ħafna. (Konversazzjoni mas-Sur Novotka, li, f'dik l-epoka, kien jaħdem fl-impjant tal-laħam ta' Dubnica).

    Fil-bidu tas-sebgħinijiet ir-riċetta unika tal-“Liptovská saláma” jew tal-“Liptovský salám” ħarġet minn dan id-dipartiment tar-riċerka, u l-prodott baqa' dejjem isir iżjed popolari. Beda jiġi prodott gradwalment f'ħafna intrapriżi li jipproċessaw il-laħam. L-istandard tal-industrija ON 57 6913 ġie adottat fl-1978 (Sors: L-istandard ON 57 6913, 1978). Dan l-istandard ilu jiġi aġġornat u rrivedut fuq bażi regolari (Appendiċi, 13 ta' Awwissu 1982). Wieħed mill-iktar standards konġunti li ġew imġedda reċentament huwa t-THN (l-istandard ekonomiku tekniku) għall-prodott bin-numru 764421 64, prodott fl-1 ta' Settembru 1988. L-introduzzjoni ta' dan l-istandard jinkludi n-nota li ġejja: “Konformi mal-ON 57 6913”. Fl-1978 bdew ix-xogħlijiet fi Západoslovenský mäsový priemysel (l-Industrija tal-Laħam fin-naħa tal-Punent tas-Slovakkja) f'Trnava fil-produzzjoni tal-“Liptovská saláma” jew tal-“Liptovský salám” f'kooperazzjoni mad-dipartiment tar-riċerka tal-GRT. Sal-1990 konna nipproduċu l-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám” skont ir-riċetta tradizzjonali u ma konniex nużaw il-paprika. Il-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám” ippermetta l-ipproċessar tax-xaħam tal-majjal f'livell ogħla, u kienu prodotti madwar 600 kg fil-fabbrika ta' Trnava kuljum. Kien popolari ħafna fost il-konsumaturi minħabba t-togħma distinta tiegħu. (Testimonjanza tas-Sur Beňadik, 2003)

    Il-fatt li l-produzzjoni tal-“Liptovská saláma” jew tal-“Liptovský salám” baqgħet għaddejja hu kkonfermat minn reklam dwar taħlita ta' prodotti ta' Stredoslovenský mäsový priemysel n. p. (il-kumpanija tal-Industrija tal-Laħam fiċ-Ċentru tas-Slovakkja) li tinsab fi Zvolen, li jinsab fl-anwal tal-Čítanie o správnej výžive tal-1981 (Slovenská spoločnosť pre správnu výživu, Bratislava, 1980). Il-“Liptovská saláma” jew il-“Liptovský salám” huma inklużi mal-prodotti msemmijin f'dan ir-reklam.

    3.9.   Rekwiżiti minimi u proċeduri tal-kontroll tal-karattru speċifiku:

    Il-kontrolli jinkludu:

    konformità mal-proporzjon speċifiku ta' ingredjenti u ħwawar

    Matul il-proċess tekniku jsiru kontrolli viżwali tax-xaħam frisk tal-majjal li jiżdied bħala ingredjent finali. L-ammonti ta' ħwawar (il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata, in-noċemuskata u l-ġinġer) li jitħejjew jiġu ċċekkjati qabel ma jiżdiedu mat-taħlita. L-ammonti jiġu ċċekkjati kontra l-piż speċifikat tar-riċetta.

    konformità mal-proċess tekniku matul il-fażi li fiha jiġi proċessat prodott omoġenju fin mingħajr granulazzjoni, u mingħajr ma jkun affumikat.

    L-uniformità tal-prodott tgħaddi minn kontroll qabel ma titpoġġa fil-kisjiet. Il-kontrolli jsiru viżwalment. Il-livell ta' affumikazzjoni huwa kkontrollat billi titkejjel it-tempertura tal-affumikazzjoni, li ma tistax taqbeż id-69 oĊ, u l-proċess tal-affumikazzjoni jdum bejn 10 u 15-il minuta.

    l-indikaturi fiżiċi tal-prodott aħħari: il-forma ċilindrika u l-elastiċità tal-prodott

    l-indikaturi kimiċi tal-prodott aħħari: il-kontenut ta' xaħam, il-kontenut ta' melħ, il-proteina netta tal-muskolu.

    Il-valuri għandhom jikkorrispondu ma' dawk speċifikati fil-punt 3.5 fl-ispeċifikazzjoni.

    il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott aħħari (id-dehra u l-kulur tal-wiċċ meta jinqata', ir-riħa u t-togħma, il-konsistenza). Il-kontroll isir viżwalment u permezz ta' analiżi sensorja fl-aħħar tal-proċess tal-produzzjoni u hu konformi mal-karatteristiċi speċifikati fil-punt 3.5 tal-ispeċifikazzjoni.

    Il-kontrolli mwettqa mill-awtorità jew mill-entità li tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott isiru darba fis-sena.

    4.   Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

    4.1.   Isem u indirizz:

    Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fis-Slovakkja

    Isem:

    BEL/NOVAMANN International, s r.o.

    Indirizz:

    Továrenská 14

    815 71 Bratislava

    PO Box 11

    820 04 Bratislava 24

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel.

    +421 250213376

    Posta elettronika:

    tomas.ducho@ba.bel.sk

     Pubblika

    Image

     Privata

    Isem:

    Štátna veterinárna a potravinová správa SR

    Indirizz:

    Botanická 17

    842 13 Bratislava

    SLOVENSKO/SLOVAKIA

    Tel.

    +421 260257427

    Posta elettronika:

    buchlerova@svssr.sk

    Image

     Pubblika

     Privata

    Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-Repubblika Ċeka

    Isem:

    Státní zemedelská a potravinárská inspekce

    Indirizz:

    Kvetná 15

    603 00 Brno

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Tel.

    +420 543540111

    Posta elettronika:

    sekret.oklc@szpi.gov.cz

    Image

     Pubblika

     Privata

    Isem:

    Státní veterinární správa ČR

    Indirizz:

    Slezská 7

    120 00 Praha 2

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Tel.

    +420 227010137

    Posta elettronika:

    hygi@svscr.cz

    Image

     Pubblika

     Privata

    4.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità:

    Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-Repubblika tas-Slovakkja u fir-Repubblika Ċeka. L-entitajiet ta’ spezzjoni msemmijin hawn fuq huma responsabbli għall-kontrolli tal-ispeċifikazzjoni kollha.


    Top