This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009IP0085
Next steps in border management in the EU European Parliament resolution of 10 March 2009 on the next steps in border management in the European Union and similar experiences in third countries (2008/2181(INI))
Il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Marzu 2009 dwar il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi (2008/2181(INI))
Il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Marzu 2009 dwar il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi (2008/2181(INI))
ĠU C 87E, 1.4.2010, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 87/1 |
It-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2009
Il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi
P6_TA(2009)0085
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi (2008/2181(INI))
2010/C 87 E/01
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2008 intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea” (COM(2008)0069),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2008 intitolata “Rapport dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX” (COM(2008)0067),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2008 intitolata “Eżaminazzjoni dwar il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR)” (COM(2008)0068),
wara li kkunsidra l-kummenti preliminari tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-3 ta’ Marzu 2008 u l-kummenti konġunti tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2008 dwar it-tliet komunikazzjonijiet imsemmija hawn fuq,
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1),
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (2),
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (3) kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (4),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2005 dwar effettività aħjar, interoperabilità u sinerġiji mtejba fost id-databases Ewropej fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern (COM(2005)0597),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp fil-ġejjieni tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema ta’ Sorveljanza Ewropea tal-Fruntieri (EUROSUR) (5),
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0061/2009),
|
A. |
billi t-tneħħija tal-kontrolli interni tal-fruntieri fl-UE hija waħda mill-akbar kisbiet tal-integrazzjoni Ewropea, |
|
B. |
billi żona bla fruntieri interni ma tistax tiffunzjona mingħajr responsabilità u solidarjetà kondiviżi fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħha, |
|
C. |
billi għandha tingħata attenzjoni fir-rigward tal-koperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-sigurtà tal-fruntieri f’konformità mal-politika esterna tal-UE, |
|
D. |
billi l-fruntiera esterna tal-UE tinqasam kull sena minn 160 miljun ċittadin tal-UE, 60 miljun ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) li m’għandhomx bżonn viża u 80 miljun li għandhom bżonn viża, |
|
E. |
billi l-miżuri biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri għandha tmur id f'id mal-faċilitazzjoni tal-flussi tal-passiġġieri u l-promozzjoni tal-mobilità f'dinja dejjem aktar globalizzata, |
|
F. |
billi fil-qafas tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri tal-UE, diversi strumenti u programmi diġà ġew stabbiliti, qed jitħejjew jew waslu fl-istadju tal-iżvilupp tal-politika, |
|
G. |
billi l-Kummissjoni ddikjarat li biħsiebha tkun lesta fl-2009-2010 biex tippreżenta proposti leġiżlattivi biex jiddaħħlu sistema ta’ dħul/ħruġ, Programm ta’ Reġistrazzjoni tal-Vjaġġaturi (RTP) u Sistema Elettronika ta’ Awtorizzazzjoni tal-Ivjaġġar (ESTA), |
|
H. |
billi sistemi simili jeżistu fl-Awstralja u qed jiġu implimentati mill-Istati Uniti tal-Amerika bħala parti mill-programm US-VISIT, |
|
I. |
billi hemm nuqqas ta’ pjan ewlieni komprensiv li jistabbilixi l-istruttura globali tal-istrateġija relatata mal-fruntieri tal-UE kif ukoll ta’ evalwazzjoni bir-reqqa tas-sistemi eżistenti u ta’ dawk li qed jitħejjew, |
Sistema ta’ dħul/ħruġ
|
1. |
Huwa konxju mill-fatt li l-persuni li jibqgħu f'pajjiż wara li jiskadilhom il-permess (overstayers), li huma l-qofol tas-sistema proposta ta’ dħul/ħruġ, suppost jirrappreżentaw l-akbar kategorija ta’ immigranti illegali fl-UE; jitlob, madankollu, aktar informazzjoni dwar id-data miġbura minn kuntrattur estern li tistma li “fl-2006, kien hemm sa 8 miljun immigrant illegali fl-UE25” (6); barra minn hekk, jinsisti wkoll dwar il-ħtieġa ta’ definizzjoni ċara tal-frażi “persuna li tibqa' f'pajjiż wara li jiskadilha l-permess”, kif ukoll tal-eżenzjonijiet li jistgħu jsiru f'każijiet speċifiċi, u analiżi kwalitattiva u kwantitattiva iktar dettaljata dwar it-theddid/ir-riskji/l-ispejjeż għas-soċjetà Ewropea; |
|
2. |
Jiġbed l-attenzjoni li, minkejja li s-sistema proposta u l-informazzjoni ta’ twissija jistgħu jgħinu biex jiskuraġġixxu lil ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) milli jibqgħu f'pajjiż wara li jiskadilhom il-permess, kif ukoll biex jipprovdu data u informazzjoni dwar kif dan iseħħ, kuntatt ulterjuri mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jibqa' meħtieġ sabiex jinqabdu l-persuni li jibqgħu f'pajjiż wara li jiskadilhom il-permess, u għalhekk ma jaħsibx li s-sistema proposta se twaqqaf daqstant dan il-fenomenu; |
|
3. |
M'għandux biżżejjed informazzjoni dwar kif din is-sistema se tkun integrata fil-qafas eżistenti u kif se taħdem magħha, dwar il-bidliet li jistgħu jkunu meħtieġa fis-sistemi eżistenti u dwar l-ispejjeż reali li se tiġġenera; għalhekk huwa tal-fehma li l-ħtieġa assoluta li tiġi implimentata din is-sistema tibqa' dubjuża; |
|
4. |
Ifakkar li t-tħaddim tajjeb tas-sistema ta’ dħul/ħruġ se jiddependi kemm materjalment kif ukoll operazzjonalment fuq is-suċċess tal-VIS u s-SIS II; jinnota li dawn iż-żewġ strumenti għadhom mhumiex qed jaħdmu b'mod sħiħ u li għaldaqstant għadu ma kienx possibbli li jiġu evalwati kif suppost; jenfasizza li qed jitqajmu dubji dwar l-operabilità u l-affidabilità tas-SIS II; |
|
5. |
Jinnota, bla dubju u wara t-tagħlimiet mill-Istati Uniti tal-Amerika, li hija sfida akbar li jiġu stabbiliti infrastrutturi ta’ ħruġ milli ta’ dħul, u b'mod partikulari fir-rigward tal-ħruġ bil-baħar u fuq l-art; barra minn hekk, wara dawn it-tagħlimiet, għandu preokkupazzjonijiet konsiderevoli dwar l-effiċjenza f'sens ta’ nfiq ta’ din is-sistema; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar l-investimenti reali ġġenerati minn din is-sistema; |
Programm ta’ Reġistrazzjoni tal-Vjaġġaturi (RTP)
|
6. |
Bħala prinċipju jappoġġja l-kunċett ta’ RTP għat-TCNs, kemm jekk ikunu suġġetti għall-obbligu ta’ viża kif ukoll jekk ma jkunux, li jgħin biex jitħaffu l-flussi tal-vjaġġaturi u tiġi evitata l-konġestjoni fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ kif ukoll il-possibiltà li jintużaw passaġġi awtomatiċi miċ-ċittadini tal-UE, peress li l-liġi Komunitarja kif inhi bħalissa ma tippermettix is-simplifikazzjoni tal-kontrolli tal-fruntieri ħlief fil-każ ta’ TCNs li joqogħdu f'żoni qrib ta’ fruntiera; |
|
7. |
Madankollu, jikkritika t-terminoloġija użata fil-Komunikazzjoni msemmija intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea” (vjaġġaturi “ta' riskju żgħir”/“bona fide”), billi timplika li għadd enormi ta’ vjaġġaturi huma meqjusa a priori bħala “ta' riskju kbir” jew “mala fide”, u jirrakkomanda t-terminu “vjaġġaturi frekwenti”; |
|
8. |
Jiġbed l-attenzjoni li diversi Stati Membri diġà waqqfu jew qed iħejju biex iwaqqfu RTP bħal dan għat-TCNs, u jenfasizza r-riskju li nsibu ruħna b'mużajk ta’ sebgħa u għoxrin sistema bbażati fuq kriterji differenti, fosthom dawk dwar il-protezzjoni tad-data u l-ħlasijiet; huwa konxju mill-fatt li l-Olanda, kif ukoll il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-FRONTEX, qed jippruvaw jippromwovu l-programm “International Expedited Traveller” bħala mudell possibbli għall-Istati Membri l-oħra; |
|
9. |
Huwa favur approċċ armonizzat u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef il-proċess, fuq il-bażi tal-aqwa prattiki fl-Istati Membri u sabiex tiżgura li l-Istati Membri jibqgħu jaġixxu b'konformità mal-liġi Komunitarja; |
|
10. |
Jinnota li fil-fatt l-RTPs għat-TCNs huma differenti mill-RTPs għaċ-ċittadini tal-UE; għaldaqstant jenfasizza li għandha ssir distinzjoni ċara u l-ħin kollu bejn dawn it-tnejn; |
Sistema Elettronika ta’ Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (ESTA)
|
11. |
Jirrikonoxxi li ma jkunx għaqli, fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà, li wieħed jiffoka l-attenzjoni biss fuq it-TCNs li jivvjaġġaw lejn l-UE minn pajjiżi b'obbligu ta’ viża; jistaqsi, madankollu, jekk is-sistema proposta hijiex assolutament meħtieġa u jixtieq spjegazzjoni bir-reqqa tar-raġuni fundamentali għaliha; huwa konvint li l-koperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi ta’ intelliġenza b'mod partikulari hija l-mod tajjeb kif għandna nimxu, aktar milli ġabra massiva ta’ data b’mod ġenerali; |
|
12. |
Jixtieq li jkun infurmat dwar il-kalendarju eżatt u d-dettalji eżatti tal-istudju previst mill-Kummissjoni; |
Preokkupazzjonijiet dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Bijometrika
|
13. |
Huwa inaċċettabbli li l-Kummissjoni naqset milli tikkonsulta jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), minkejja li dan kien esprima numru ta’ preokkupazzjonijiet, jew lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea”; għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsulta lit-tnejn li huma fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni li tkun se tittieħed taħt dik il-Komunikazzjoni, peress li l-elementi bażiċi proposti jinvolvu l-ipproċessar ta’ ammonti kbar ta’ data personali; |
|
14. |
Huwa konxju mill-fatt li l-bijometrika teoretikament tikkonsisti f'identifikaturi personali effettivi għaliex il-karatteristiċi mkejla huma meqjusa uniċi għal kull persuna; madankollu, jenfasizza l-fatt li l-affidabilità tal-bijometrika qatt mhija assoluta u mhijiex dejjem eżatta; għalhekk jiġbed l-attenzjoni li għandu jkun hemm proċeduri alternattivi l-ħin kollu u li l-profili tar-riskju għandhom ikunu elaborati aħjar; |
|
15. |
Jinsisti fuq protokoll standard għall-użu u l-iskambju ta’ informazzjoni bijometrika kif ukoll fuq ftehimiet dwar il-kontroll tal-interface biex jiġi deskritt kif se jintuża l-protokoll; barra minn hekk, huwa tal-fehma li l-użu tal-bijometrika għandu jkun suġġett għal standard ta’ kwalità sabiex ikunu evitati d-diverġenzi fl-aċċettazzjoni tas-sistemi differenti użati mill-Istati Membri; |
|
16. |
Iqis li approċċ ibbażat fuq it-teknoloġija “privacy by design” (il-privatezza mħarsa fl-istruttura nnifsha) huwa karatteristika essenzjali ta’ kwalunkwe żvilupp li jista' jipperikola l-informazzjoni personali tal-individwi u l-fiduċja tal-pubbliku f'min ikollu informazzjoni dwarhom; |
Konklużjonijiet
|
17. |
Iqis li l-objettiv tal-ġestjoni verament integrata tal-fruntieri tal-UE huwa leġittimu u jaqbel li huwa importanti li tkun żviluppata u msaħħa kontinwament politika komuni tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri; |
|
18. |
Madankollu, huwa tal-fehma li fil-qafas tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-immigrazzjoni, il-proposti fuq skala kbira qed jiżdiedu b'rata tal-iskantament; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex taħseb f'termini tal-ħtieġa tal-loġistika tal-fruntieri u l-ispiża tagħha; |
|
19 |
Barra minn hekk, jikkundanna l-kunċett li l-politika tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE għandha tkun ibbażata fuq l-idea li l-vjaġġaturi kollha huma potenzjalment issuspettati u li jridu jippruvaw il-bona fede tagħhom; |
|
20. |
Jikkritika n-nuqqas ta’ pjan ewlieni komprensiv li jistabbilixxi l-istruttura u l-objettivi globali tal-istrateġija tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE kif ukoll in-nuqqas ta’ dettalji li juru kif il-programmi u l-iskemi kollha relatati (li diġà qegħdin fis-seħħ, li qed jitħejjew jew li waslu fl-istadju tal-iżvilupp ta’ politika) għandhom jaħdmu flimkien u kif jistgħu jittejbu r-rabtiet ta’ bejniethom; huwa tal-fehma li, meta titqies l-istruttura tal-istrateġija tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE, il-Kummissjoni għandha qabel kollox tanalizza l-effettività tas-sistemi eżistenti tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-fruntieri, sabiex jintlaħqu s-sinerġiji ottimali ta’ bejniethom; |
|
21. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tas-sistemi eżistenti u, qabel kollox, ta’ dawk li qed jitħejjew, u jenfasizza li l-abilità tal-UE li tilħaq l-għanijiet strateġiċi tagħha tiddependi ħafna mis-suċċessi tagħha fil-ġestjoni tal-interdipendenzi fost il-programmi relatati, peress li d-duplikazzjoni u l-inkonsistenza bejniethom ikollhom impatt negattiv fuq ir-rendiment organizzattiv u fuq ir-riżultati bħala konsegwenza; huwa tal-fehma li l-ebda strument jew sistema ġdida m'għandu jiġi varat sakemm l-għodod eżistenti jkunu qed jaħdmu b'mod sħiħ, sikuri u affidabbli; |
|
22. |
Huwa tal-fehma li, qabel ma jsir kwalunkwe investiment, huwa importanti ħafna li jkun hemm kuntest operattiv definit b’mod ċar għall-konformità tal-miżuri u l-inizjattivi ġodda kollha; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni li għandu jkun ċar ħafna liema modifiki huma meħtieġa sabiex ikun żgurat li t-teknoloġija u l-proċessi jaħdmu flimkien, u jenfasizza li l-investimenti kollha għandhom ikunu ġustifikati ekonomikament; |
|
23. |
Jesprimi dubji dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti, meta jitqies kemm huma għaljin u r-riskji potenzjali li jippreżentaw għall-ħarsien tad-data; għalhekk huwa tal-fehma li għandhom jiġu evalwati fir-rigward ta’ dawn il-kriterji qabel ma tiġi prevista kwalunkwe proposta formali; |
|
24. |
Jirrikonoxxi li l-ilħuq ta’ bilanċ bejn l-iżgurar tal-moviment ħieles ta’ għadd dejjem jiżdied ta’ persuni bejn il-fruntieri u l-iżgurar ta’ sigurtà akbar għaċ-ċittadini tal-Ewropa huwa eżerċizzju kumpless, u ma jiċħadx li l-użu tad-data joffri vantaġġi ċari; fl-istess ħin, huwa tal-fehma li l-fiduċja tal-pubbliku fl-operat tal-gvern tista' tinżamm biss jekk fil-qasam tal-protezzjoni tad-data jkun hemm salvagwardji, sorveljanza u mekkaniżmi ta’ rimedju suffiċjenti; |
*
* *
|
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX). |
(2) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(3) ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.
(4) ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0633.
(6) SEC(2008) 0153.