Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 52009XX1205(02)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat- 2 ta' Ottubru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Il-Każ COMP/C.39129 Transformers tal-Elettriku (2) – Rapporteur: Il-Lussemburgu

    ĠU C 296, 5.12.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 296/18


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Ottubru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Il-Każ COMP/C.39129 Transformers tal-Elettriku (2)

    Rapporteur: Il-Lussemburgu

    2009/C 296/06

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tista' tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multi.

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ċirkostanzi ta' mitigazzjoni jew aggravament (apparti l-aspett kopert bil-Mistoqsija 4).

    4.

    Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni Ewropea li hemm ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti f'dan il-każ li jiġġustifikaw l-għoti ta' tnaqqis mill-multi għal kooperazzjoni effettiva barra n-Notifika ta' Klemenza tal-2002, kif stabbilit fl-Abbozz tad-Deċiżjoni.

    5.

    Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mar-raġunament tal-Kummissjoni Ewropea għall-ammont ta' tnaqqis mill-multi għal kooperazzjoni effettiva barra n-Notifika ta' Klemenza tal-2002.

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni li tikkunsidra l-punti kollha l-oħra li tqajmu matul id-diskussjoni.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Haut