Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 62009TN0358
Case T-358/09: Action brought on 16 September 2009 — Sociedad Agricola Requingua v OHIM — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)
Kawża T-358/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2009 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)
Kawża T-358/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2009 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)
ĠU C 267, 7.11.2009, str. 79–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/79 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2009 — Sociedad Agricola Requingua vs UASI — Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (TORO DE PIEDRA)
(Kawża T-358/09)
2009/C 267/141
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti Sociedad Agricola Requingua Ltda (Santiago, Ċilì) (rappreżentant: E. Vorbuchner, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Toro (Toro, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 1117/2008-2; |
— |
Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jiġifieri l-ispejjeż tal-proċidementi ta’ oppożizzjoni, tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u ta’ dawn il-proċeduri; u |
— |
Tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TORO DE PIEDRA”, għal prodotti fil-klassi 33
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva “D. ORIGEN TORO” għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Denominación de Origen TORO” għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta ddikjara li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 u tad-dritt ta’ smigħ peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jisma’ l-aħħar sottomissjonijiet tar-rikorrenti; ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 75(1) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti raġunijiet għaliex astjena milli jieħu inkunsiderazzjoni l-aħħar sottomissjonijiet tar-rikorrenti.