Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62009TN0331

    Kawża T-331/09: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Awwissu 2009 — Novartis vs UASI — Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)

    ĠU C 267, 7.11.2009, str. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/70


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2009 — Novartis vs UASI — Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)

    (Kawża T-331/09)

    2009/C 267/128

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sanochemia Pharmazeutika AG

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni R 1601/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-18 ta’ Ġunju 2009;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sanochemia Pharmazeutika AG

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TOLPOSAN” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 4 134 383)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “TONOPAN” għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 227 508)

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 207/2009 (1) għaliex ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Na vrh