Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62009TN0327

    Kawża T-327/09: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Awwissu 2009 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 267, 7.11.2009, str. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/68


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2009 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-327/09)

    2009/C 267/124

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Philippe Connefroy (Le Rozel, Franza), Jean-Guy Gueguen (Carantec, Franza) u EARL de Cavagnan (Bouglon, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali tat-28 ta’ Jannar 2009 (1), li permezz tagħha il-Kummissjoni ddikjarat bħala inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lill-produtturi tal-frott u tal-ħxejjex fil-kuntest tal-“pjanjiet ta’ kontinġenza” sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-prodotti agrikoli maħsuda fi Franza u talbet u li ordnat lir-Repubblika Franċiża terġa tiġbor l-għajnuna inkwistjoni.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-243/09, Fedecom vs Il-Kummissjoni (2).


    (1)  ĠU L 127, p. 11 — ippubblikat taħt in-Nru 2009/402/KE.

    (2)  ĠU 2009, C 205, p. 43.


    Na vrh