Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 62009CN0353
Case C-353/09 P: Appeal brought on 2 September 2009 by Perfetti Van Melle SpA against the judgment of the Court of First Instance (Eighth Chamber) delivered on 1 July 2009 in Case T-16/08: Perfetti Van Melle SpA v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM), Cloetta Fazer AB
Kawża C-353/09 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Settembru 2009 minn Perfetti Van Melle SpA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal- 1 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-16/08: Perfetti Van Melle SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cloetta Fazer AB
Kawża C-353/09 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Settembru 2009 minn Perfetti Van Melle SpA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal- 1 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-16/08: Perfetti Van Melle SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cloetta Fazer AB
ĠU C 267, 7.11.2009, str. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/45 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2009 minn Perfetti Van Melle SpA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 fil-Kawża T-16/08: Perfetti Van Melle SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cloetta Fazer AB
(Kawża C-353/09 P)
2009/C 267/78
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Perfetti Van Melle SpA (rappreżentant: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cloetta Fazer AB
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tilqa’ l-appell u, konsegwentement, tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-16/08, fl-intier tagħha, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura; |
— |
tiddeċiedi l-kawża definittivament — jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża jippermettu dan — billi tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973065 u tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-UASI. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. Motivi legali
Permezz ta’ dan l-appell, Perfetti Van Melle S.p.A. tikkontesta s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-16108 tal-1 ta’ Lulju 2009, li ġiet innotifikata fit-2 ta’ Lulju 2009.
Insostenn tal-appell, l-appellanti tqis li s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza appellata f’din il-kawża, hija vvizzjata b’interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (RTMK) (1), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess Regolament.
1.1. Fuq l-ewwel aggravju: l-appellanti tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma eżaminatx it-trade marks inkwistjoni abbażi tal-kriterji ta’ “evalwazzjoni globali” jew “impressjoni ġenerali”.
Huwa prinċipju stabbilit li l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, fir-rigward tax-xebh viżiv, fis-smigħ jew kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-impressjoni ġenerali prodotta mit-trade marks, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-elementi distintivi u dominanti tagħhom. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma applikatx il-prinċipju msemmi hawn fuq u, b’mod partikolari, iddeċidiet li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, billi bbażat l-evalwazzjoni tagħha esklużivament fuq il-fatt li t-tnejn fihom l-element komuni “CENTER”.
Is-sentenza appellata naqset milli teżamina t-trade marks fid-dawl ta’ “evalwazzjoni globali” u l-“impressjoni ġenerali” li jagħtu. Minflok, is-sentenza appellata ħadet approċċ analitiku u, għamlet eżami bejn it-trade mark “CENTER” minn naħa u l-ewwel parti verbali tat-trade mark ikkontestata “CENTER” min-naħa l-oħra, filwaqt li naqset milli tagħti importanza lit-tieni parti verbali “SHOCK”. Huwa veru li s-sentenza appellata rreferiet għall-kriterji ta’ evalwazzjoni globali u tal-impressjoni ġenerali, iżda huwa veru wkoll li mhuwiex biżżejjed li jiġi ċċitat u rripetut kriterju ġurisprudenzjali: sabiex qorti taġixxi kif suppost, jeħtieġ li dan jiġi segwit u applikat b’mod korrett fil-każ ineżami. Dan ma sarx fis-sentenza appellata. Is-sentenza appellata llimitat ruħha sabiex tiddeċiedi li ż-żewġ trade marks inkwistjoni huma simili peress li t-tnejn fihom l-element verbali “CENTER”, mingħajr ma spjegat għaliex l-element verbali “SHOCK” mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti ssostni wkoll li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’distorsjoni tal-fatti u bil-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
1.2. Fuq it-tieni aggravju: l-appellanti ssostni li fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tqis ċerti fatturi estremament importanti u rilevanti.
Is-sentenza appellata kisret ukoll l-Artikolu 8(1)(b) billi naqset milli tevalwa fatturi li kienu estremament rilevanti sabiex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-koeżistenza għal tul ta’ żmien tat-trade marks inkwistjoni u n-nuqqas ta’ konfużjoni attwali, kif ġie spjegat fit-tul fir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma evalwatx, b’mod korrett, fattur importanti ieħor, dak tal-grad ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti. Fil-fatt, ma kienx loġiku għall-Qorti tal-Prim’Istanza li tiddeċiedi li konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u prudenti jonqos milli josserva l-preżenza tal-kelma “SHOCK” u milli jagħraf li t-trade marks inkwistjoni, mhux biss huma differenti viżwalment u fonetikament iżda għandhom ukoll tifsira differenti peress li t-trade mark “CENTER” hija kelma li tindika “il-punt fin-nofs ta’ xi ħaġa”, u t-trade mark “CENTER SHOCK”, minħabba l-preżenza tal-element distintiv “SHOCK”, hija espressjoni li tindika idea ta’ sensazzjoni qawwija (xokk) li l-konsumatur iħoss meta jomgħod iċ-ċentru taċ-chewing gum.
2. Talbiet:
— |
tilqa’ l-appell u, konsegwentement, tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, fl-intier tagħha, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura; |
— |
tiddeċiedi l-kawża definittivament, jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża jippermettu dan, billi tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2005, fuq l-azzjoni għal kanċellazzjoni Nru 941 C 973065 u tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għal dawk tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-UASI, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċeduri; |
— |
sussidjarjament, jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża ma jippermettux dan, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex din tagħti deċiżjoni skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
(1) ĠU L 11, p. 1