Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62009CN0301

    Kawża C-301/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 30 ta’ Lulju 2009 — Staatssecretaris van Justitie vs I. Oguz

    ĠU C 267, 7.11.2009, str. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Lulju 2009 — Staatssecretaris van Justitie vs I. Oguz

    (Kawża C-301/09)

    2009/C 267/61

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie

    Konvenut: I. Oguz.

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem [“]projbizzjoni ġdida[”], fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi tisħiħ ta’ dispożizzjoni li daħlet fis-seħħ wara l-1 ta’ Diċembru 1980 u li kienet tipprovdi għal laxkar tad-dispożizzjoni applikabbli fl-1 ta’ Diċembru 1980, anki meta dan it-tisħiħ ma jimplika ebda deterjorazzjoni meta mqabbel mad-dispożizzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1980?


    Na vrh