Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62008CA0076

    Kawża C-76/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Direttiva 79/409/KEE — Kaċċa fir-rebbiegħa — Projbizzjoni — Deroga mis-sistema ta’ protezzjoni — Kundizzjoni marbuta mal-assenza ta’ soluzzjoni oħra sodisfaċenti — Aspettattivi leġittimi)

    ĠU C 267, 7.11.2009, str. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Malta

    (Kawża C-76/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Kaċċa fir-rebbiegħa - Projbizzjoni - Deroga mis-sistema ta’ protezzjoni - Kundizzjoni marbuta mal-assenza ta’ “soluzzjoni oħra sodisfaċenti” - Aspettattivi leġittimi)

    2009/C 267/27

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia, D. Lawunmi u P. Oliver, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: S. Camilleri, D. Mangion, aġenti u J. Bouckaert, advocaat)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji stabbiliti mid-Direttiva għall-għoti ta’ deroga li tawtorizza l-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summien u għall-gamiem.

    Dispożittiv

    1)

    Billi awtorizzat il-ftuħ tal-kaċċa għas-summien (Coturnix coturnix) u għall-gamiem (Streptopelia turtur) matul il-perijodu tal-migrazzjoni tar-rebbiegħa tas-snin 2004 sa 2007, mingħajr ma osservat il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif emendata, għas-snin 2004 sa 2006, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003, tal-14 ta’ April 2003, u, għas-sena 2007, bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


    Na vrh