Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0209

Kawża T-209/09: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2009 — Alder Capital vs UASI — Halder Holdings (ALDER CAPITAL)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/56


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2009 — Alder Capital vs UASI — Halder Holdings (ALDER CAPITAL)

(Kawża T-209/09)

2009/C 180/104

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alder Capital Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Halder Holdings BV (L-Aja, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 486/2008-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ fejn Halder Holdings issir intervenjenti f’dan il-każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “ALDER CAPITAL” għal servizzi fil-klassi 36

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Alder Capital Ltd

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni fil-Benelux tat-trade mark verbali “Halder” u “Halder Investments” għal servizzi fil-klassijiet 36 u 36; Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “Halder” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36; Ismijiet kummerċjali u ta’ kumpanniji mhux irreġistrati “Halder”, “Hlader Holdings”, “Halder Investments” u “Halder Interest” użati fil-kummerċ

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja inkwistjoni ddikkjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

(1)

Ksur tal-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 58 u 59, rispettivament, tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), kif ukoll tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 216/96 (1) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta aċċetta t-talba tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemu sabiex jerġa’ jeżamina l-kwistjoni ta’ użu ġenwin;

(2)

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u tal-Artikolu 55(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 56(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) flimkien mal-Artikolui 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 41(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jiċħad kompletament it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li saret mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha, sa fejn din kienet ibbażata fuq drittijiet preċedenti li kienu ġew ittrasferiti lil terża persuna;

(3)

Ksur tal-Artikoli 56(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 57(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (2) u Regola 40(6) flimkien ma’ Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (3) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha kienet ipprovat użu ġenwin ta’ kwalunkwe trade mark tagħha preċedenti f’xi post.

(4)

Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta qies li kien hemm possibbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96 tal-5 ta’ Frar 1996 li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (ĠU 1996 L 28, p. 11).

(2)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru, 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989 L 40, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303. p. 1).


Top