Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0191

Kawża T-191/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Mejju 2009 — HIT Trading u Berkman Forwarding vs Il-Kummissjoni

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/53


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2009 — HIT Trading u Berkman Forwarding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-191/09)

2009/C 180/99

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: HIT Trading BV (Barneveld, l-Olanda) u Berkman Forwarding BV (Barendrecht, l-Olanda) (rappreżentant: A.T.M. Jansen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2009, fil-Każ REC 08/01. Fl-istess waqt, tiddikjara li ma jseħħx l-istralċ addizzjonali ta’ dazji doganali u ta’ dazji antidumping, peress li r-remissjoni ta’ dawn id-dazji hija ġġustifikata.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li l-istralċ addizzjonali ta’ dazji doganali u ta’ dazji antidumping kien jirriżulta ġġustifikat, u li ddikjarat, ukoll b’mod żbaljat, li ma teżistix sitwazzjoni oħra fis-sens tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2319/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu dan li ġej:

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, b’osservanza tal-oriġini preferenzjali, l-awtoritajiet doganali Pakistani wettqu żball attiv fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92. Il-Kummissjoni tikkunsidra b’mod żbaljat li dan l-iżball fir-rigward tal-oriġini mhux preferenzjali ma jikkostitwixxix żball fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92.

Il-Kummissjoni ssostni b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma kinux metikolużi fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ippreżentati a posteriori tal-10 ta’ Settembru 2004.

Fl-eżami ta’ jekk hemmx il-possibbiltà li ma jkunx meħtieġ stralċ addizzjonali jew jekk din hijiex sitwazzjoni oħra, il-Kummissjoni ma wettqitx l-obbligi tagħha, b’mod indebitu.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fir-rigward tal-oriġini preferenzjali, l-awtoritajiet doganali Pakistani wettqu żball attiv fis-sens tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92. Il-Kummissjoni tikkkunsidra, b’mod żbaljat li, fir-rigward tal-oriġini mhux preferenzjali, dan l-iżball ma jikkostitwixxix sitwazzjoni oħra fis-sens tal-Artikolu 239 tar-Regolament Nru 2913/92.

Mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li l-Kummissjoni verament ikkunsidrat, minn naħa, l-interess tal-Komunità li tiżgura l-osservanza sħiħa tal-liġi doganali u, min-naħa l-oħra, l-interess tal-importatur bona fide li ma jsostnix danni li jmorru lil hinn mir-riskju kummerċjali ordinarju.

Mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li l-Kummissjoni ser teżamina l-fatti rilevanti kollha, sabiex tevalwa jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ konkret jagħtux lok għal sitwazzjoni oħra.


Top