Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
Dokument 62005TA0396
Joined Cases T-396/05 and T-397/05: Judgment of the Court of First Instance of 10 June 2009 — ArchiMEDES v Commission (Arbitration clause — Contract concerning a project of renovation of an urban property complex — Reimbursement of a part of the sums advanced — Claim for the Commission to be ordered to pay the balance — Counterclaim by the Commission — Action for annulment — Recovery decision — Debit note — Measures of a contractual nature — Inadmissibility — Set-off of claims)
Kawżi magħquda T-396/05 u T397/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 10 ta’ Ġunju 2009 — ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni ( Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt li jirrigwarda tiġdid ta’ numru ta’ immobbli urbani — Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa bil-quddiem — Talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti — Talba inċidentali tal-Kummissjoni — Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ rkupru — Nota ta’ debitu — Atti ta’ natura kuntrattwali — Inammissibbiltà — Kumpens għad-djun )
Kawżi magħquda T-396/05 u T397/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 10 ta’ Ġunju 2009 — ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni ( Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt li jirrigwarda tiġdid ta’ numru ta’ immobbli urbani — Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa bil-quddiem — Talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti — Talba inċidentali tal-Kummissjoni — Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ rkupru — Nota ta’ debitu — Atti ta’ natura kuntrattwali — Inammissibbiltà — Kumpens għad-djun )
ĠU C 180, 1.8.2009, s. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/43 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-396/05 u T397/05) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jirrigwarda tiġdid ta’ numru ta’ immobbli urbani - Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa bil-quddiem - Talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti - Talba inċidentali tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta’ rkupru - Nota ta’ debitu - Atti ta’ natura kuntrattwali - Inammissibbiltà - Kumpens għad-djun”)
2009/C 180/79
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) (Ganges, Franza) (rappreżentanti: P.-P. Van Gehuchten, J. Sambon, u P. Reyniers, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment K. Kańska u E. Manhaeve, wara E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
— |
Fil-kawża T-396/05, talba għall-annnullament ibbażata fuq l-Artikolu 230 KE, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest tal-kuntratt tagħha mar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għall-kumpens għad-djun; |
— |
fil-kawża T-397/05, talba għar-responsabbiltà kuntrattwali bbażata fuq l-Artikolu 238 KE, intiża għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti tas-sussidju previst fl-istess kuntratt. |
Dispożittiv
1) |
Fil-kawża T-296/05, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, peress li huwa indirizzat kontra n-Nota ta’ Debitu Ntu 3240705638 u d-deċiżjoni ta’ rkupru li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Awwissu 2005. |
2) |
Fil-Kawża T-396/05, ma hemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq it-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2005, li biha toġġezzjona li Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) tirċievi kumpens għad-djun reċiproċi tagħhom. |
3) |
Fil-Kawża T-397/05, ir-rikors huwa miċħud. |
4) |
Fil-Kawża T-397/05, ArchiMEDES hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 148 256,86, miżjuda bl-interessi ta’ dewmien bir-rata ffissata skont il-liġi Franċiża u sakemm jitħallas id-dejn kollu, mingħajr ma din ir-rata taqbeż il-5.5 % fis-sena. |
5) |
Fil-Kawża T-396/05, ArchiMEDES hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk tal-proċedura għall-miżuri provviżorji fil-Kawża T-396/05 R. |
6) |
Fil-Kawża T-397/05, ArchiMEDES hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-397/05 R. |