Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62008CA0144

Kawża C-144/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 83/182/KEE — Eżenzjonijiet fiskali — Importazzjoni temporanja ta’ vetturi — Residenza normali)

ĠU C 180, 1.8.2009, s. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-144/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 83/182/KEE - Eżenzjonijiet fiskali - Importazzjoni temporanja ta’ vetturi - Residenza normali)

2009/C 180/27

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, p. 59) — Definizzjoni mhux kompluta tal-kunċett ta’ residenza normali sabiex tiġi stabbilita l-eventwali eżenzjoni mit-taxxa

Dispożittiv

1)

Billi applikat definizzjoni mhux kompluta tal-kunċett ta’ residenza normali sabiex tiġi stabbilita l-eventwali eżenzjoni mit-taxxa fil-każ tal-importazzjoni temporanja ta’ vetturi, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor.

2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


Upp