Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0033

Kawża C-33/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Agrana Zucker GmbH vs Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Unwelt und Wasserwirtschaft ( Zokkor — Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor — Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 — Kalkolu tal-ammont temporarju għar-ristrutturazzjoni — Inklużjoni tal-parti tal-kwota li kienet is-suġġett ta’ irtirar preventiv — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Agrana Zucker GmbH vs Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Unwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-33/08) (1)

(“Zokkor - Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor - Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 - Kalkolu tal-ammont temporarju għar-ristrutturazzjoni - Inklużjoni tal-parti tal-kwota li kienet is-suġġett ta’ irtirar preventiv - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni”)

2009/C 180/23

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrana Zucker GmbH

Konvenuta: Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Unwelt und Wasserwirtschaft

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 34 tat-Trattat KE, u b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif ukoll tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni u validità tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 58, p. 42.) — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor — Inklużjoni, għall-kalkolu tal-ammont temporanju għar-ristrutturazzjoni, tal-parti tal-kwota li kienet is-suġġetta ta’ irtirar preventiv skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006, tas-27 ta’ Marzu 2006, dwar miżuri tranżitorji fil-kuntest tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (ĠU L 89, p. 11.).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja ta’ ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parti tal-kwota ta’ zokkor allokata lil impriża li kienet is-suġġett ta’ rtirar preventiv bl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006, tas-27 ta’ Marzu 2006, li jirrigwarda miżuri tranżitorji fil-kuntest tar-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2006, tat-13 ta’ Ottubru 2006, hija inkluża fil-kalkolu tal-ammont temporanju.

2)

L-eżami tat-tieni domanda ma rrevela l-ebda element li jista’ jaffetwa l-validità tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 320/2006.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008


Top