Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/057/12

Sejħa Pubblika għall-Proposti — GP/D/ReferNet-FPA/001/07 — ReferNet — Ir-Rettikolat Ewropew ta' Referenza u Esperjenza għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Professjonali (VET)

ĠU C 57, 1.3.2008, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 57/28


SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-PROPOSTI — GP/D/ReferNet-FPA/001/07

ReferNet — Ir-Rettikolat Ewropew ta' Referenza u Esperjenza għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Professjonali (VET)

(2008/C 57/12)

1.   Oġġettivi u deskrizzjoni

Ir-Rettikolat Ewropew ta' Referenza u Esperjenza f'VET (ReferNet) jinkludi konsorzju nazzjonali f'kull Stat Membru, l-Iżlanda u n-Norveġja, li huwa magħmul minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil VET. Kull konsorzju huwa mmexxi minn kap nazzjonali tal-konsorzju.

Din is-sejħa tistieden proposti minn konsorzja nazzjonali jew organizzazzjonijiet prinċipali involuti fil-VET sabiex tiffaċilita dawn l-attivitajiet. Għandu jintagħżel benefiċjarju wieħed għal kull pajjiż eliġibbli. Il-konsorzju nazzjonali ser jikkoopera mar-rappreżentant nazzjonali tar-ReferNet u Cedefop fl-implimentazzjoni u l-validazzjoni ta' l-attivitajiet.

L-għan globali ta' din is-sejħa huwa li jintagħażel u jiġi konkluż ftehim qafas ta' sħubija ta' tliet snin ma' applicant wieħed li jkun intagħżel b'suċċess (organizzazzjoni waħda jew konsorzju wieħed) f'kull pajjiż eliġibbli sabiex iwaqqaf u jmexxi konsorzju nazzjonali rappreżentattiv ta' organizzazzjonijiet prinċipali fil-qasam tal-VET sabiex is-Cedefop tiġi sostnuta u tattwa l-attivitajiet miftehma fil-pjan ta' azzjonali annwali flimkien ma' l-imsieħba tal-konsorzju.

Ser jintgħażlu attivitajiet minn fost dawk elenkati fil-“kamp ta' attivitajiet”, mill-pjan ta' azzjoni ta' kull konsorzju. Għalkemm il-mexxej tal-konsorzju jrid juri li l-konsorzju għandu r-riżorsi biex iwettaq l-attivitajiet elenkati kollha, wieħed irid iżomm f'moħħu li mhux l-attivitajiet elenkati kollha jridu jitwettqu kull sena mill-konsorzju.

L-azzjoni annwali tal-konsorzju ser tigi iffinanzjata permezz ta' ftehim speċifiku ta' allokazzjoni konkluż kull sena. L-għotja ser tvarja skond il-kobor tal-pajjiż u ta' l-azzjoni (set ta' attivitajiet) mwettqa.

2.   Baġit u żmien ta' dewmien tal-proposta

Il-baġit stmat bħala eliġibbli għaż-żmien tal-ftehim qafas ta' sħubija li jammonta għal EUR 4 000 000 għal pajjiżi parteċipanti kollha (EU 27, NO and IS), jiddependi mid-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Baġit.

Il-baġit annwali disponibbli (appross. Miljun euro) ser jiġi mqassam fost il-pajjiżi parteċipanti abbażi ta' tliet gruppi ta' pajjiżi bbażati fuq il-popolazzjoni:

Grupp ta' pajjiżi 1: Ċipru, Estonja, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Slovenja and Iżlanda

Grupp ta' pajjiżi 2: Awstrija, Belġju, Bulgarija, Repubblika Ċeka, Danimarka, Finlandja, Greċja, Ungerija, Irlanda, Olanda, Portugall, Rumanija, Repubblika Slovakka, Żvezja and Norveġja

Grupp ta' pajjiżi 3: Franza, Ġermanja, Italja, Polonja, Spanja, Renju Unit

L-għotja mil-Komunità hija kontribuzzjoni finanzjarja għan-nefqa tal-benefiċċjarju (u/jew il-ko-benefiċjarji) li trid tiġi issupplimentata b'kontribuzzjoni finanzjarja minn naħa tiegħu u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Komunità m'ghandiex tkun iktar minn 70 % tan-nefqiet eliġġibli.

Cedefop tirriserva d-dritt li ma tagħtix il-baġġit totali disponibbli.

3.   Kriterji ta' l-eliġibilità

Applikazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' l-eliġibilità ser ikunu soġġetti għall-eżami.

3.1.   Organizzazzjonijiet Eliġibbli

Biex ikun eliġibbli, l-applikant (il-mexxej nazzjonali tal-Konsorzju) jrid jissodisfa dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

ikun organizzazzjoni pubblika jew privata, bi stat legali u personalità ġuridika (konsegwentement, persuni naturali — i.e. individwi — ma jistgħux jissottomettu applikazzjonijiet);

imexxi konsorzju nazzjonali li l-komposizzjoni tiegħu tirrappreżenta d-diversità tal-partijiet interessati fil-pajjiż;

ikun jista' jwettaq l-attivitajiet kollha fi ħdan l-iskop ta' dawk imsemmija fis-sezzjoni 3 tat-test komplet tas- sejħa għall-proposti (kollezzjoni u analiżi ta' informazzjoni, riċerka, dokumentazzjoni u databases, disseminazzjoni u promozzjoni).

3.2.   Pajjiżi eliġibbli

Applikanti mill-pajjiżi mniżżla hawn taħt huma eliġġibli:

Lussemburgu, Malta, Rumanija and Norveġja.

L-organizzazzjonijiet stabbiliti f'pajjiżi għajr dawk il-pajjiżi mniżżla hawn fuq mhumiex eliġibbli.

3.3.   Proposti eliġibbli

Għandu jiġi rispettat iż-żmien ta' skadenza għas-sottomissjoni u għal kull kriterju formali ieħor ta' eliġibilità speċifikat għal proposta ta' test sħiħ.

Cedefop tirriserva d-dritt li tinjora proposti li mhumiex kompleti sad-data ta' l-għeluq. Tirriserva wkoll id-dritt li titlob informazzjoni addizzjonali neċessarja biex tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-għoti ta' sostenn finanzjarju.

4.   Data ta' l-għeluq

L-applikazzjonijiet għal ftehim qafas ta' sħubija għandu jintbagħat l-aktar tard 21 ta' April 2008.

5.   Informazzjoni ulterjuri

L-ispeċifikazzjoni ulterjuri tas-sejħa għall-proposti, il-formola ta' applikazzjoni u l-annessi tagħha huma disponibbli fuq il-websajt ta' Cedefop fl-indirizz li ġej:

http://www.cedefop.europa.eu/index.asp?section=3&sub=2.

L-applikazzjonijiet jridu jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fit-test komplet tas-sejħa u jridu jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali ipprovduti.

L-eżami tal-proposti ser ikun ibbażat fuq il-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali.

L-applikanti kollha eliġġibli ser ikunu eżaminati minn Kumitati fuq il-kriterji ta' għotja kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa. Esperti esterni ser jiġu mistiedna biex jieħdu sehem fil-proċedura ta' evalwazzjoni.


Top