Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0216(06)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 43, 16.2.2008, p. 31–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 43/31


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    (2008/C 43/11)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    TALBA GĦAL EMENDA

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    Talba għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)

    “CHASSELAS DE MOISSAC” jew “CHASSELAS DORÉ DE MOISSAC” jew “MOISSAC”

    Nru KE: FR/PDO/117/0140/02.10.2003

    DPO ( X ) IĠP ( )

    Emenda(i) mitluba

    1.   Kategorija(i) ta' l-ispeċifikazzjoni:

    X

    L-isem tal-prodott

    X

    Id-deskrizzjoni tal-prodott

    Image

    Iż-żona ġeografika

    X

    Il-prova ta' l-oriġini

    X

    Il-metodu ta' produzzjoni

    Image

    Ir-rabta

    X

    It-tikkettar

    X

    L-eżiġenzi nazzjonali

    2.   Emenda(i):

    L-isem: Chasselas de Moissac. Id-denominazzjoni miżmuma hija dik li hija l-aktar użata u l-aktar magħrufa.

    Għalhekk l-istess prodott ma jistax jibqa' jiġi ppreżentat b'ismijiet differenti, u dan biex tiġi evitata konfużjoni għall-konsumatur.

    Id-deskrizzjoni: Għeneb frisk tal-mejda jew li jżomm għal ħafna żmien. L-għanqud huwa artab, omoġenu fid-densità, kulur dehbi, ta' tul minimu ta' 12-il ċm u ta' piż minimu ta' 100 gramma. L-għeneb ma jridx ikun mgħaffeġ, irid ikun misjur biżżejjed, ma jridx ikun imħassar jew ikollu xi mard. In-nwar ta' l-għeneb jiġi ppreservat, iż-żerriegħa jingħarfu mit-trasparenza u z-zokk ta' l-għanqud huwa iebes.

    Il-kontenut taz-zokkor huwa superjuri jew ugwali għal 160 g/l, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali fejn, għal ħsad partikolari, dan l-indiċi jista' jitbaxxa mingħajr ma jkun inferjuri għal 150 g/l. Huwa kkunsidrat li tintlaħaq il-maturità meta r-rapport taz-zokkor ma' l-aċidità huwa superjuri jew ugwali għal 25.

    L-għenieqed huma ppreparati, miżbura u ppakkjati b'mod obbligatorju.

    Id-deskrizzjoni tal-prodott fl-istess ħin ġiet issimplifikata u ppreċiżata sabiex jitneħħew it-termini l-aktar suġġettivi, u dan jippermetti li jitnaqqsu r-riskji ta' l-interpretazzjoni.

    Il-prova ta' l-oriġini: L-għeneb jiġi kkontrollat mill-ġbir sa l-ippakkjar tiegħu.

    L-għeneb jiġi biss minn plott tad-dwieli identifikati, fiż-żona ġeografika, permezz tas-servizzi ta' l-INAO [Institut National des appellations d'origineIstitut Nazzjonali għad-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini] u minn esperti indipendenti. Dawn id-dwieli jridu jirrispettaw il-kriterji ġeopedoklimatiċi relattivi għall-post fejn huma miżrugħa l-plotts. Id-dwieli kollha konformi huma rreġistrati mis-servizzi ta' l-INAO.

    Huma biss l-għeneb li ġejjin minn dawn id-dwieli li jistgħu jingħataw din id-denominazzjoni.

    Min-naħa l-oħra kull produttur għandu jimla dikjarazzjoni ta' kapaċità annwali indirizzata lill-INAO. Din id-dikjarazzjoni tinkludi l-impenn li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni u ssemmi r-referenzi għall-plots maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac għall-ħsad ikkonċernat.

    Dan id-dokument jippermetti li jiġu identifikati plotts utilizzati fil-produzzjoni tad-DPO għall-ħsad u li jiġi kkontrollat partikolarment ir-rendiment agronomiku tagħhom.

    Kull produttur għandu jżomm reġistru ta' kuljum bid-dħul ta' l-għeneb fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar u l-ħruġ ta' l-għeneb ippakkjat. Fih jissemmew il-volumi tal-ħsad bil-plotts korrispondenti, u ssir distinzjoni bejn dawk li jgħaddu mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien, u n-numru ta' pakketti ppakkjati għal kull tip ta' plott, dawk li ħerġin mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien u n-numri ta' sinjali ta' identifikazzjoni utilizzati. Dan ir-reġistru jinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-aġenti responsabbli mill-kontroll.

    Fir-rigward tal-prodott, l-eżamijiet analitiċi u organolettiċi huma mwettqa fuq kampjuni meħuda minn fost il-gruppi ppakkjati. Dawn għandhom l-għan li jassiguraw il-kwalità u l-kwalità tipika tal-prodotti maħsuba biex ikunu kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni “Chasselas de Moissac”.

    Sinjal ta' identifikazzjoni, speċifiku għal “Chasselas de Moissac”, miftiehem mis-servizzi ta' l-INAO, jidentifika l-pakketti li fihom huma kkummerċjalizzati l-għeneb.

    Il-metodu ta' produzzjoni: L-għeneb, li ġejjin mill-plotts tad-dwieli identifikati, jinġabru, jiġu ppreparati u ppakkjati fiż-żona ġeografika.

    Il-varjetà Chasselas B biss hija awtorizzata. Id-dwieli huma organizzati b'sistema bi pjan wieħed ta' rbit jew b'sistema b'żewġ pjani ta' rbit. B'għan kwalitattiv, għal pjantazzjoni ġdida, id-densità u l-wisa' huma adattati skond il-mod ta' kif inhuma organizzati (densità minima ta' 3 300 ceps/ha u wisa' massima bejn il-fillieri sa 3 metri għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u densità minima ta' 2 500 ceps/ha u wisa' massima ta' 3,5 metri bejn il-fillieri għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit). It-termini għall-implimentazzjoni tad- densità u tal-wisa' jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-digriet rigward id-DPO “Chasselas de Moissac”.

    Il-metodi ta' żbir awtorizzati huma il-guyot sempliċi jew doppju. In-numru ta' nebbieta għal kull ettaru ma jistax jeċċedi l-55 000 għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u s-60 000 għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit. It-“tpoġġija ta' l-għenieqed”, li tikkonsisti f'li l-għenieqed jitpoġġew fuq id-dielja b'mod liberu u areat, hija obbligatorja. Din tippermetti l-maturità ottimali ta' l-għeneb.

    Wieħed ma jistax jippretendi li d-dwieli ż-żgħar ikunu kapaċi jipproduċu għeneb tad-denominazzjoni ta' l-oriġini qabel it-tieni sena ta' wara dik li matulha kienu miżrugħa qabel l-1 ta' Awwissu.

    L-irrigazzjoni li ma tiffertilizzax hija awtorizzata mill-bidu.

    Ir-rendiment tal-plotts identifikati maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac hija ffissata f'żewġ livelli (farms u plotts): Rendiment totali medju massimu tal-farm: 14 t/ha; Rendiment DPO medju massimu tal-farm: 13 t/ha; Rendiment totali massimu għal kull plott: 16 t/ha. Madankollu, għal ħsad partikolari, f'każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali, ir-rendiment totali massimu għal kull pakkett jista' jiġi modifikat mingħajr ma jaqbeż il-limitu ta' rendiment ta' 18 t/ha u mingħajr ma jimmodifika r-rendimenti medji tal-farm. Fl-ebda każ din id-deroga ma tista' tiġi magħquda ma' dik rigward ir-rata taz-zokkor għall-istess staġun.

    Il-ħsad isir manwalment f'diversi partijiet.

    L-għeneb jista' jitpoġġa fil-proċess biex iżomm għal tul ta' żmien wara li jinqata' l-għeneb imnixxef fil-mument tal-ħsad u jiġi trasportat malajr fil-post tal-ħażna, f'kontenituri li jippermettu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-għeneb, mhux miżbur, wara jkun suġġett għal tkessiħ mgħaġġel meta dan jasal fil-post tal-ħażna qabel ma jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul ippakkjat ermetikament, f'kamra kiesħa b'atmosfera, temperatura u umdità kkontrollati. Dan l-għeneb ma jistax jiġi ċċirkolat taħt id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” wara l-31 ta' Jannar tas-sena li ssegwi dik tal-ħsad.

    Bejn id-dielja minn fejn jinħasad u l-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, l-għeneb, inkluż dak maħsub għall-konservazzjoni fit-tul, jiġi trasportat f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu b'mod ottimali, partikolarment in-nwar fuq l-għeneb.

    Il-preparazzjoni ta' l-għenieqed, inkluż dawk li ġejjin mill-konservazzjoni fit-tul, issir fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar. L-għanqud huwa miżbur b'mod delikat biex jiġi eliminat l-għeneb ħażin. L-għenieqed ippreparati jridu jkunu konformi għad-deskrizzjoni ta' l-għenba.

    Kull produttur għandu jkollu fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, u jekk ikun il-każ, minn tagħmir neċessarju biex l-għeneb jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul jekk din il-prattika tintuża.

    Ladarba miżbura, l-għenieqed jiġu ppakkjati immedjatament fil-pakketti tagħhom sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. B'hekk l-għenba tgħaddi mill-anqas manipulazzjoni possibbli.

    Dawn id-dispożizzjonijiet kollha huma min-naħa l-konktretizzazzjoni tal-prattika li kienet teżisti qabel u li ma kinitx ġiet kodifikata s'issa, u min-naħa l-oħra jirriflettu x-xewqa tal-grupp li qed jagħmel it-talba biex isiru preċiżjonijiet għall-insuffiċjenzi ta' l-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni.

    Tikkettar: It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinvolvi:

    l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini protetta “Chasselas de Moissac” miktuba b'karattri ta' daqs talanqas ugwali għal dak ta' l-akbar karattri,

    il-kliem “Appellation d'origine contrôlée” (denominazzjoni protetta ta' l-oriġini) jew “AOC” (DPO),

    l-isem tal-produttur.

    Kull pakkett individwali jinkludi sistema ta' identifikazzjoni, inkluż numru ta' l-ordni, approvat mis-servizzi ta' l-INAO u mqassam minn entità approvata minn dan l-istitut. Din is-sistema ta' identifikazzjoni tista' sservi bħala appoġġ għat-tikkettar.

    Minbarra t-tikkettar, id-dokumenti li jakkompanjawh u l-fatturi jridu jinkludu l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” u l-kliem “Appellation d'origine contrôlée” jew “AOC”.

    Eżiġenza nazzjonali: Digriet relattiv għall-DPO “Chasselas de Moissac”.

    SINTEŻI

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “CHASSELAS DE MOISSAC”

    Nru KE: FR/PDO/117/0140/02.10.2003

    DPO ( X ) IĠP ( )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b'għan informattiv biss.

    1.   Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

    Isem:

    Institut National des Appellations d'Origine

    Indirizz:

    51, rue d'Anjou

    F-75008 Paris

    Tel.

    (33) 153 89 80 00

    Faks

    (33) 142 25 57 97

    Posta elettronika:

    info@inao.gouv.fr

    2.   Il-Grupp:

    Isem:

    Syndicat de défense du Chasselas de Moissac AOC

    Indirizz:

    1, promenade Sancert

    F-82200 Moissac

    Tel.

    (33) 563 04 01 78

    Faks

    (33) 563 04 11 21

    Posta elettronika:

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

    3.   It-Tip tal-prodott:

    Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

    4.   L-Ispeċifikazzjoni

    (Sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1   L-isem: “Chasselas de Moissac”

    4.2   Id-deskrizzjoni: Għeneb frisk tal-mejda jew li jżomm għal ħafna żmien. L-għanqud huwa artab, omoġenu fid-densità, kulur dehbi, ta' tul minimu ta' 12-il ċm u ta' piż minimu ta' 100 gramma. L-għeneb ma jridx ikun mgħaffeġ, irid ikun misjur biżżejjed, ma jridx ikun imħassar jew ikollu xi mard. In-nwar ta' l-għeneb jiġi ppreservat, iż-żerriegħa jingħarfu mit-trasparenza u z-zokk ta' l-għanqud huwa iebes.

    Il-kontenut taz-zokkor huwa superjuri jew ugwali għal 160 g/l, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali fejn, għal ħsad partikolari, dan l-indiċi jista' jitbaxxa mingħajr ma jkun inferjuri għal 150 g/l. Huwa kkunsidrat li tintlaħaq il-maturità meta r-rapport taz-zokkor ma' l-aċidità huwa superjuri jew ugwali għal 25.

    L-għenieqed iridu jiġu ppreparati, miżbura u ppakkjati b'mod obbligatorju.

    4.3   Iż-żona ġeografika: Bas Quercy, jiġifieri xi cantons tad-dipartimenti ta' Tarn-et-Garonne u ta' Lot.

    4.4   Il-prova ta' l-oriġini: L-għeneb jiġi kkontrollat mill-ġbir sa l-ippakkjar tiegħu.

    L-għeneb jiġi biss minn plotts ta' dwieli identifikati, ġewwa ż-żona ġeografika, mis-servizzi ta' l-INAO u minn esperti indipendenti. Dawn id-dwieli jridu jirrispettaw il-kriterji ġeopedoklimatiċi relattivi għall-post fejn huma miżrugħa l-plotts. Id-dwieli kollha konformi huma rreġistrati mis-servizzi ta' l-INAO.

    Huwa biss l-għeneb li ġej minn dawn id-dwieli li jista' jingħata din id-denominazzjoni.

    Min-naħa l-oħra kull produttur għandu jimla dikjarazzjoni ta' kapaċità annwali u jibgħatha lill-INAO. Din id-dikjarazzjoni tinkludi l-impenn li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni u ssemmi r-referenzi għall-plots maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac għall-ħsad ikkunsidrat.

    Dan id-dokument jippermetti li jiġu identifikati plotts utilizzati fil-produzzjoni tad-DPO għall-ħsad u li jiġi kkontrollat partikolarment ir-rendiment agronomiku tagħhom.

    Kull produttur għandu jżomm reġistru ta' kuljum bid-dħul ta' l-għeneb fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar u l-ħruġ ta' l-għeneb ippakkjat. Fih jissemmew il-volumi tal-ħsad bil-plotts korrispondenti, b'distinzjoni minn dawk li jgħaddu mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien, u n-numru ta' pakketti ppakkjati għal kull tip ta' plott, dawk li ħerġin mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien u n-numri ta' sinjali ta' identifikazzjoni utilizzati. Dan ir-reġistru jinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-aġenti responsabbli mill-kontroll.

    Fir-rigward tal-prodott, l-eżamijiet analitiċi u organolettiċi huma mwettqa fuq kampjuni meħuda minn fost il-gruppi ppakkjati. Dawn għandhom l-għan li jassiguraw il-kwalità u l-kwalità tipika tal-prodotti maħsuba biex ikunu kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni “Chasselas de Moissac”.

    Sinjal ta' identifikazzjoni, speċifiku għal “Chasselas de Moissac”, approvat mis-servizzi ta' l-INAO, jidentifika l-pakketti li fihom huwa kkumerċjalizzat l-għeneb.

    4.5   Il-metodu ta' produzzjoni: L-għeneb, li ġej mill-plotts ta' dwieli identifikati, jinġabar, jiġi ppreparat u ppakkjat fiż-żona ġeografika.

    Il-varjetà Chasselas B biss hija awtorizzata. Id-dwieli huma organizzati b'sistema bi pjan wieħed ta' rbit jew b'sistema b'żewġ pjani ta' rbit. B'għan kwalitattiv, għal pjantazzjoni ġdida, id-densità u l-wisa' huma adattati skond il-mod ta' kif inhuma organizzati (densità minima ta' 3 300 ceps/ha u wisa' massimu bejn il-fillieri ta' 3 metri għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u densità minima ta' 2 500 ceps/ha u wisa' massimu sa 3,5 metri bejn il-fillieri għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit). It-termini għall-implimentazzjoni ta' densità u tal-wisa' jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-digriet rigward id-DPO “Chasselas de Moissac”.

    Il-metodi ta' żbir awtorizzati huma il-guyot sempliċi jew doppju. In-numru ta' nebbieta għal kull ettaru ma jistax jeċċedi l-55 000 għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u s-60 000 għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit. It-“tpoġġija ta' l-għenieqed”, li tikkonsisti f'li l-għenieqed jitpoġġew fuq id-dielja b'mod liberu u aerat, hija obbligatorja. Din tippermetti l-maturità ottimali ta' l-għeneb.

    Wieħed ma jistax jippretendi li d-dwieli ż-żgħar ikunu kapaċi jipproduċu għeneb tad-denominazzjoni ta' l-oriġini qabel it-tieni sena ta' wara dik li matulha jkun seħħ iż-żrigħ qabel l-1 ta' Awwissu.

    L-irrigazzjoni li ma tiffertilizzax hija awtorizzata mill-bidu.

    Ir-rendiment tal-plots identifikati maħsuba għall-produzzjoni ta' Chasselas de Moissac DPO hija ffissata f'żewġ livelli (farms u plotts): Rendiment totali medju massimu tal-farm: 14 t/ha; Rendiment DPO medju massimu tal-farm: 13 t/ha; Rendiment totali massimu għal kull plot: 16 t/ha. Madankollu, għal ħsad partikolari, f'każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali, ir-rendiment totali massimu għal kull pakkett jista' jiġi modifikat mingħajr ma jaqbeż ir-rendiment limitu ta' 18 t/ha u mingħajr ma jimmodifika r-rendimenti medji tal-farm. Fl-ebda każ din id-deroga ma tista' tiġi magħquda ma' dik rigward ir-rata taz-zokkor għall-istess staġun.

    Il-ħsad isir manwalment f'diversi partijiet.

    L-għeneb jista' jitpoġġa fil-proċess biex iżomm għal tul ta' żmien wara li jinqata' l-għeneb imnixxef fil-mument tal-ħsad u jiġi trasportat malajr fil-post tal-ħażna, f'kontenituri li jippermettu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-għeneb, mhux miżbur, wara jkun suġġett għal tkessiħ mgħaġġel meta jasal fil-post tal-ħażna qabel ma jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul ippakkjat ermetikament, f'kamra kiesħa b'atmosfera, temperatura u umdità kkontrolati. Dan l-għeneb ma jistax jiġi ċċirkolat taħt id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” wara l-31 ta' Jannar tas-sena li ssegwi dik tal-ħsad.

    Bejn id-dielja minn fejn jinħasad u l-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, l-għeneb, inkluż dak maħsub għall-konservazzjoni fit-tul, jiġi trasportat f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu b'mod ottimali, partikolarment in-nwar fuq l-għeneb.

    Il-preparazzjoni ta' l-għenieqed, inklużi dawk li ġejjin mill-konservazzjoni fit-tul, issir fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar. L-għanqud huwa miżbur b'mod delikat biex jiġi eliminati l-għeneb ħażin. L-għenieqed ippreparati jridu jkunu konformi għad-deskrizzjoni ta' l-għenba.

    Kull produttur għandu jkollu fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, u jekk ikun il-każ, tagħmir neċessarju biex l-għeneb jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul jekk din il-prattika tintuża.

    Ladarba miżbura, l-għenieqed jiġu ppakkjati immedjatament fil-pakketti tagħhom sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. B'hekk l-għenba tgħaddi mill-anqas manipulazzjoni possibbli u n-nwar tal-frott jiġi ppreservat. L-ippakkjar isir fil-fabbriki speċifiċi taż-żbir u ta' l-ippakkjar li jinstabu viċin il-post tal-ħsad. B'hekk, dan l-ippakkjar fl-arja mhux biss jippermetti li jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-prodott, imma jippermetti wkoll li tiġi garantita traċċabilità aqwa. Dan jevita wkoll li dan jeħżien jew li jitħallat ma' oħrajn.

    4.6   Ir-rabta: Bas Quercy huwa karatterizzat minn karatteristiċi ġeoloġiċi, agroloġiċi u klimatiċi speċifiċi għalih. Id-delimitazzjoni tal-plotts tippermetti li x-chasselas jiġu prodotti fil-ħamrija l-aktar favorevoli: ħamrija taflija mħallta bis-silika, ramlija u skulata sew mill-ilma u ħamrija loamy ddekalċifikata. Il-kundizzjonijiet klimatiċi, varjazzjonijiet termiċi dgħajfa u fuq kollox perjodi twal ta' temp sabiħ fi żmien il-ħarifa, jippermettu li l-għeneb jimmatura b'mod tajjeb.

    Tipi oħra ta' art huma favorevoli għal din il-produzzjoni: min-naħa, il-ħamrija sewda jew griża fonda u ċagħqija biżżejjed tal-meded ta' l-art għolja; min-naħa l-oħra, it-tirxien imżerżqin taflin u kalkarużi tal-ġnub tal-widien li huma miftuħa biżżejjed.

    4.7   L-organu ta' spezzjoni:

    Isem:

    Institut National des Appellations d'Origine

    Indirizz:

    51, Rue d'Anjou

    F-75008 Paris

    Tel.

    (33) 153 89 80 00

    Faks

    (33) 142 25 57 97

    Posta elettronika:

    info@inao.gouv.fr

    Isem:

    D.G.C.C.R.F

    Indirizz:

    59, Bd V. Auriol

    F-75703 Paris Cedex 13

    Tel.

    (33) 144 87 17 17

    Faks

    (33) 144 97 30 37

    Posta elettronika:

    C3@dgccrf.finances.gouv.fr

    4.8   It-tikkettar: It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinkludi:

    l-isem tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” miktub b'ittri ta' daqs talanqas ugwali għal dak ta' l-akbar ittri,

    in-nota “Appellation d'origine contrôlée” (Denominazzjoni protetta ta' l-oriġini) jew “AOC” (DPO),

    l-isem tal-produttur.

    Kull pakket individwali għandu sistema ta' identifikazzjoni, li jinkludi numru ta' l-ordni, miftiehem mas-servizzi ta' l-INAO u mqassam minn entità approvata minn dan l-istitut. Din is-sistema ta' identifikazzjoni tista' sservi bħala appoġġ għall-ittikketar.

    Minbarra l-ittikketar, id-dokumenti li jakkompanjaw u l-fatturi jridu jinkludu l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” u l-kliem “Appellation d'origine contrôlée” jew “AOC”.


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top