Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/043/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5049 — Goldmann Sachs/Colony Capital/BUT) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 43, 16.2.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 43/27


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5049 — Goldmann Sachs/Colony Capital/BUT)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 43/07)

    1.

    Fil-5 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Goldmann Sachs Group (“Goldmann Sachs”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) u Colyzeo Investors II, Colony Investors VIII (flimkien “Colony Capital”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 l-kontroll konġunt ta' l-impriża BUT, Franza, permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Goldmann Sachs: servizzi bankarji għall-investiment u garanziji,

    għal Colony: l-investimenti u ġestjoni ta' beni immobbli,

    għal BUT: bejgħ bl-imnut ta' għamara tad-dar u prodotti elettriċi.

    3.

    Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjonin sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5049 — Goldmann Sachs/Colony Capital/BUT, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top