This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1045
Commission Implementing Regulation (EU) No 1045/2012 of 8 November 2012 on a derogation from Regulation (EEC) No 2454/93 as regards the rules of origin used for the purposes of the scheme of generalised tariff preferences to take account of the special situation of El Salvador regarding exports of certain fisheries products to the Union
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1045/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ El Salvador fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1045/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ El Salvador fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni
ĠU L 310, 9.11.2012, p. 31–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31993R2454 | artikolu 78 | 01/01/2012 | 30/06/2013 | |
Derogation | 31993R2454 | artikolu 79 | 01/01/2012 | 30/06/2013 | |
Derogation | 31993R2454 | artikolu 75 | 01/01/2012 | 30/06/2013 | |
Derogation | 31993R2454 | artikolu 73 | 01/01/2012 | 30/06/2013 | |
Derogation | 31993R2454 | artikolu 72 | 01/01/2012 | 30/06/2013 | |
Derogation | 31993R2454 | artikolu 76 | 01/01/2012 | 30/06/2013 | |
Derogation | 31993R2454 | artikolu 77 | 01/01/2012 | 30/06/2013 |
9.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1045/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012
dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ El Salvador fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3) li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Unjoni tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil El Salvador. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti oriġinanti li għandha tintuża għall-għan tal-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“GSP”). L-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għal deroga minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi benefiċjarji li jibbenefikaw mill-GSP. |
(3) |
Permezz ta’ ittra ddatata t-30 ta’ Marzu 2012, El Salvador ippreżenta talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Permezz tal-ittri ddatati l-20 ta’ Ġunju 2012 u t-30 ta’ Lulju 2012, El Salvador ippreżenta informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba. |
(4) |
It-talba tikkonċerna kwantità totali annwali ta’ 4 000 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn ’il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(5) |
It-talba turi li, mingħajr id-deroga, il-kapaċità tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut ta’ El Salvador sabiex ikompli jesporta l-flettijiet tat-tonn eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti. |
(6) |
Id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lil El Salvador żmien biżżejjed biex iħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tiegħu biex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali tal-flettijiet tat-tonn. Dan iż-żmien biżżejjed huwa meħtieġ sabiex il-gvern u l-industriji tal-ipproċessar ta’ El Salvador jiżguraw biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż. |
(7) |
Minħabba l-flussi tal-provvista u x-xejriet tal-produzzjoni eżistenti, id-deroga għandha tingħata fir-rigward ta’ kwantitajiet annwali ta’ 1 975 tunnellata għal flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16. Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex El Salvador jikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. L-ammont tal-kwota għall-2013 għandu jkun definit fuq bażi pro rata għall-perjodu tad-deroga mogħtija. Konsegwentement, l-ammonti tal-kwoti għandhom jiġu stabbiliti għal 1 975 tunnellata għall-2012, u 987,5 tunnellata għall-2013. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut ipproċessat eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali minn El Salvador lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(9) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex il-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-materjal li ma joriġinax biss li jintuża għall-manifattura tal-imsemmija flettijiet tat-tonn għandu jkun tonn ta’ intestaturi HS 0302 jew 0303. |
(10) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ El Salvador, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament. |
(11) |
Sabiex ikun hemm sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa neċessarju li jiġi stabbilit l-obbligu għall-awtoritajiet ta’ El Salvador biex jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini li ġew maħruġa. |
(12) |
Il-miżuri prevvisti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 72, 73 u 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” tal-kodiċi NM ex 1604 14 16 prodotti f’El Salvador minn tonn li ma joriġinax tal-intestatura HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f’El Salvador f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti esportati minn El Salvador u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet tad-dwana ta’ El Salvador għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
Il-kaxxa 4 tal-Formola A taċ-ċertifikati ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ El Salvador skont dan ir-Regolament ikollha waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet:
— |
“Derogation — Commission Implementing Regulation (EU) No …/2012”; |
— |
“Excepción — Reglamento de Ejecución (EU) No …/2012 de la Comisión”. |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ El Salvador għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa tmiem ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena ċivili, dikjarazzjoni kull tliet xhur tal-kwantitajiet li dwarhom inħarġu Formoli A taċ-ċertifikati tal-oriġini skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 04 p. 307 - 356.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 06 p. 3 - 516.
ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Perjodu |
Kwanità (f’piż nett ta’ tunnellati) |
09.1629 |
ex 1604 14 16 |
Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” |
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
1 975 |
Mill-1.1.2013 sat-30.6.2013 |
987,5 |