This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1508
Commission Regulation (EC) No 1508/2007 of 18 December 2007 determining the extent to which applications for import rights lodged for the 2008 quota year for the import of live bovine animals of a weight exceeding 160 kg and originating in Switzerland, provided for in Regulation (EC) No 2172/2005, may be accepted
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1508/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għall-kwota ta' annimali bovini ħajjin ta' piż li jaqbeż il-160 kg u li ġejjin mill-Iżvizzera, kif ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 2172/2005
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1508/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għall-kwota ta' annimali bovini ħajjin ta' piż li jaqbeż il-160 kg u li ġejjin mill-Iżvizzera, kif ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 2172/2005
ĠU L 333, 19.12.2007, p. 69–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/69 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1508/2007
tat-18 ta’ Diċembru 2007
li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għall-kwota ta' annimali bovini ħajjin ta' piż li jaqbeż il-160 kg u li ġejjin mill-Iżvizzera, kif ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 2172/2005
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li jaqbeż il-160 Kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari Artikolu 4(1) tiegħu, l-ewwel inċiż,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 stabilixxa għal 4 600 bhima l-kwantità tal-kwota annwali li għaliha l-importaturi Komunitarji jistgħu jippreżentaw talba għad-drittijiet għall-importazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Billi d-drittijiet għall-importazzjoni mitluba ikunu b'mod li l-applikazzjonijiet jiġu aċċettati bi sħiħ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kull talba għad-drittijiet għall-importazzjoni ppreżentata skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għall-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008, ġiet sodisfatta sa 100 % tad-drittijiet għall-importazzjoni mitluba.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).