Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1210

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2007 tas- 17 ta’ Ottubru 2007 li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta' l-ikel u tuffieħ)

    ĠU L 274, 18.10.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1210/oj

    18.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 274/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1210/2007

    tas-17 ta’ Ottubru 2007

    li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta' l-ikel u tuffieħ)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 35(3) tiegħu;

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazjoni tar-rifondi (rifużjonijiet) ta' l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex.

    (2)

    Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jibbenifikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ biex issir esportazzjoni li tkun ekonomikament sinifikanti, fil-qafas tal-limiti stipulati fl-arranġamenti konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

    (3)

    Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) 2200/96, jaqbel li jkun assigurat li l-kummerċ li diġà żviluppa minħabba r-reġim ta' l-għoti tar-rifuzjonijiet ma jkunx imxekkel. Għal din ir-raġuni, u minħabba n-natura staġjonali ta' l-esportazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Meta jitqassmu l-kwantitajiet, għandha titqies it-tendenza li dawn il-prodotti jitħassru.

    (4)

    Fid-dawl ta' l-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi, minn naħa, jitqiesu l-qagħda u l-perspettivi għall-ġejjieni, u min-naħa l-oħra, jitqiesu il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq Komunitarju tal-frott u l-ħxejjex, u l-prezzijiet applikati fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, iridu jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta' l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti.

    (5)

    Skond l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) 2200/96, il-prezzijiet fis-suq Komunitarju huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet l-aktar favorevoli għall-esportazzjoni.

    (6)

    Il-qagħda kummerċjali internazzjonali u l-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu varjazzjoni fir-rifużjoni, għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni ta' dak il-prodott.

    (7)

    It-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb ta' l-ikel, u t-tuffieħ tal-kategoriji Extra, I u II ta' l-istandards Komunitarji għat-tqegħid fis-suq, attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti.

    (8)

    Sabiex ikun assigurat l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli, u filwaqt li titqies l-istruttura ta' l-esportazzjoni fil-Komunità, jeħtieġ li ssir sejħa għal offerti biex jiġi stabbilit l-ammont indikattiv tar-rifużjonijiet u tal-kwantitajiet stabbiliti għall-perjodu kkonċernat.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B'dan qed tinfetaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema A3. Il-prodotti kkonċernati, il-perjodu għat-tressiq ta' l-offerti, il-livell indikattiv għar-rifużjoni u l-kwantitajiet previsti huma stipulati fl-Anness.

    2.   Il-liċenzji maħruġa għall-finijiet ta' l-għajnuna għall-ikel, skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), mhumiex ikkalkolati skond il-kwantitajiet eliġibbli stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    3.   Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tat-tip A3 huwa limitat għall-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.05.2007, p. 3).

    (3)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


    ANNESS

    LI JIFTAĦ SEJĦA GĦAL OFFERTI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA' LIĊENZJI GĦALL-ESPORTAZZJONI A3, FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX (TADAM, LARINĠ, LUMI, GĦENEB TA' L-IKEL U TUFFIEĦ)

    Perjodu għat-tressiq ta' l-offerti: mill-25 sas-26 ta' Ottubru 2007.

    Il-kodiċi tal-prodotti (1)

    Destinazzjoni (2)

    Ir-rata indikattiva tar-rifużjoni

    (f'EUR/t netta)

    Kwantitajiet previsti

    (f' t)

    0702 00 00 9100

    A00

    30

    5 000

    0805 10 20 9100

    A00

    36

    56 667

    0805 50 10 9100

    A00

    60

    16 667

    0806 10 10 9100

    A00

    23

    1 667

    0808 10 80 9100

    F04 , F09

    32

    50 000


    (1)  Il-Kodiċi tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

    (2)  Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87. Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

    F04

    :

    Ħong Kong, Singapor, il-Malażja, Sri Lanka, l-Indoneżja, it-Tajlandja, it-Tajwan, Papua-New Guinea, il-Laos, il-Kambodja, il-Vjetnam, il-Ġappun, l-Urugwaj, il-Paragwaj, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kosta Rika.

    F09

    :

    Id-destinazzjonijiet li ġejjin: In-Norveġja, l-Iżlanda, Greenland, il-Gżejjer Faeroe, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Montenegro, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, l-Ukraina, l-Għarabja Sawdita, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, (Abu Dabi, id-Dubaj, Xarġa, Aġman, Umm al-Qi'iwayn, Ras al-Khayma u Fuġajra), il-Kuwajt, il-Jemen, is-Sirja, l-Iran, il-Ġordan, il-Bolivja, il-Brażil, il-Veneżwela, il-Perù, il-Panama, l-Ekwador u l-Kolombja, pajjiżi u territorji ta' l-Afrika għajr l-Afrika t'Isfel, id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


    Top