This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0216(06)
Publication of an amendment application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on protected geographical indications and protected designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
ĠU C 43, 16.2.2008, p. 31–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 43/31 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2008/C 43/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL EMENDA
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
Talba għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)
“CHASSELAS DE MOISSAC” jew “CHASSELAS DORÉ DE MOISSAC” jew “MOISSAC”
Nru KE: FR/PDO/117/0140/02.10.2003
DPO ( X ) IĠP ( )
Emenda(i) mitluba
1. Kategorija(i) ta' l-ispeċifikazzjoni:
X |
L-isem tal-prodott |
X |
Id-deskrizzjoni tal-prodott |
|
Iż-żona ġeografika |
X |
Il-prova ta' l-oriġini |
X |
Il-metodu ta' produzzjoni |
|
Ir-rabta |
X |
It-tikkettar |
X |
L-eżiġenzi nazzjonali |
2. Emenda(i):
L-isem: Chasselas de Moissac. Id-denominazzjoni miżmuma hija dik li hija l-aktar użata u l-aktar magħrufa.
Għalhekk l-istess prodott ma jistax jibqa' jiġi ppreżentat b'ismijiet differenti, u dan biex tiġi evitata konfużjoni għall-konsumatur.
Id-deskrizzjoni: Għeneb frisk tal-mejda jew li jżomm għal ħafna żmien. L-għanqud huwa artab, omoġenu fid-densità, kulur dehbi, ta' tul minimu ta' 12-il ċm u ta' piż minimu ta' 100 gramma. L-għeneb ma jridx ikun mgħaffeġ, irid ikun misjur biżżejjed, ma jridx ikun imħassar jew ikollu xi mard. In-nwar ta' l-għeneb jiġi ppreservat, iż-żerriegħa jingħarfu mit-trasparenza u z-zokk ta' l-għanqud huwa iebes.
Il-kontenut taz-zokkor huwa superjuri jew ugwali għal 160 g/l, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali fejn, għal ħsad partikolari, dan l-indiċi jista' jitbaxxa mingħajr ma jkun inferjuri għal 150 g/l. Huwa kkunsidrat li tintlaħaq il-maturità meta r-rapport taz-zokkor ma' l-aċidità huwa superjuri jew ugwali għal 25.
L-għenieqed huma ppreparati, miżbura u ppakkjati b'mod obbligatorju.
Id-deskrizzjoni tal-prodott fl-istess ħin ġiet issimplifikata u ppreċiżata sabiex jitneħħew it-termini l-aktar suġġettivi, u dan jippermetti li jitnaqqsu r-riskji ta' l-interpretazzjoni.
Il-prova ta' l-oriġini: L-għeneb jiġi kkontrollat mill-ġbir sa l-ippakkjar tiegħu.
L-għeneb jiġi biss minn plott tad-dwieli identifikati, fiż-żona ġeografika, permezz tas-servizzi ta' l-INAO [Institut National des appellations d'origine — Istitut Nazzjonali għad-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini] u minn esperti indipendenti. Dawn id-dwieli jridu jirrispettaw il-kriterji ġeopedoklimatiċi relattivi għall-post fejn huma miżrugħa l-plotts. Id-dwieli kollha konformi huma rreġistrati mis-servizzi ta' l-INAO.
Huma biss l-għeneb li ġejjin minn dawn id-dwieli li jistgħu jingħataw din id-denominazzjoni.
Min-naħa l-oħra kull produttur għandu jimla dikjarazzjoni ta' kapaċità annwali indirizzata lill-INAO. Din id-dikjarazzjoni tinkludi l-impenn li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni u ssemmi r-referenzi għall-plots maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac għall-ħsad ikkonċernat.
Dan id-dokument jippermetti li jiġu identifikati plotts utilizzati fil-produzzjoni tad-DPO għall-ħsad u li jiġi kkontrollat partikolarment ir-rendiment agronomiku tagħhom.
Kull produttur għandu jżomm reġistru ta' kuljum bid-dħul ta' l-għeneb fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar u l-ħruġ ta' l-għeneb ippakkjat. Fih jissemmew il-volumi tal-ħsad bil-plotts korrispondenti, u ssir distinzjoni bejn dawk li jgħaddu mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien, u n-numru ta' pakketti ppakkjati għal kull tip ta' plott, dawk li ħerġin mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien u n-numri ta' sinjali ta' identifikazzjoni utilizzati. Dan ir-reġistru jinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-aġenti responsabbli mill-kontroll.
Fir-rigward tal-prodott, l-eżamijiet analitiċi u organolettiċi huma mwettqa fuq kampjuni meħuda minn fost il-gruppi ppakkjati. Dawn għandhom l-għan li jassiguraw il-kwalità u l-kwalità tipika tal-prodotti maħsuba biex ikunu kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni “Chasselas de Moissac”.
Sinjal ta' identifikazzjoni, speċifiku għal “Chasselas de Moissac”, miftiehem mis-servizzi ta' l-INAO, jidentifika l-pakketti li fihom huma kkummerċjalizzati l-għeneb.
Il-metodu ta' produzzjoni: L-għeneb, li ġejjin mill-plotts tad-dwieli identifikati, jinġabru, jiġu ppreparati u ppakkjati fiż-żona ġeografika.
Il-varjetà Chasselas B biss hija awtorizzata. Id-dwieli huma organizzati b'sistema bi pjan wieħed ta' rbit jew b'sistema b'żewġ pjani ta' rbit. B'għan kwalitattiv, għal pjantazzjoni ġdida, id-densità u l-wisa' huma adattati skond il-mod ta' kif inhuma organizzati (densità minima ta' 3 300 ceps/ha u wisa' massima bejn il-fillieri sa 3 metri għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u densità minima ta' 2 500 ceps/ha u wisa' massima ta' 3,5 metri bejn il-fillieri għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit). It-termini għall-implimentazzjoni tad- densità u tal-wisa' jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-digriet rigward id-DPO “Chasselas de Moissac”.
Il-metodi ta' żbir awtorizzati huma il-guyot sempliċi jew doppju. In-numru ta' nebbieta għal kull ettaru ma jistax jeċċedi l-55 000 għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u s-60 000 għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit. It-“tpoġġija ta' l-għenieqed”, li tikkonsisti f'li l-għenieqed jitpoġġew fuq id-dielja b'mod liberu u areat, hija obbligatorja. Din tippermetti l-maturità ottimali ta' l-għeneb.
Wieħed ma jistax jippretendi li d-dwieli ż-żgħar ikunu kapaċi jipproduċu għeneb tad-denominazzjoni ta' l-oriġini qabel it-tieni sena ta' wara dik li matulha kienu miżrugħa qabel l-1 ta' Awwissu.
L-irrigazzjoni li ma tiffertilizzax hija awtorizzata mill-bidu.
Ir-rendiment tal-plotts identifikati maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac hija ffissata f'żewġ livelli (farms u plotts): Rendiment totali medju massimu tal-farm: 14 t/ha; Rendiment DPO medju massimu tal-farm: 13 t/ha; Rendiment totali massimu għal kull plott: 16 t/ha. Madankollu, għal ħsad partikolari, f'każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali, ir-rendiment totali massimu għal kull pakkett jista' jiġi modifikat mingħajr ma jaqbeż il-limitu ta' rendiment ta' 18 t/ha u mingħajr ma jimmodifika r-rendimenti medji tal-farm. Fl-ebda każ din id-deroga ma tista' tiġi magħquda ma' dik rigward ir-rata taz-zokkor għall-istess staġun.
Il-ħsad isir manwalment f'diversi partijiet.
L-għeneb jista' jitpoġġa fil-proċess biex iżomm għal tul ta' żmien wara li jinqata' l-għeneb imnixxef fil-mument tal-ħsad u jiġi trasportat malajr fil-post tal-ħażna, f'kontenituri li jippermettu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-għeneb, mhux miżbur, wara jkun suġġett għal tkessiħ mgħaġġel meta dan jasal fil-post tal-ħażna qabel ma jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul ippakkjat ermetikament, f'kamra kiesħa b'atmosfera, temperatura u umdità kkontrollati. Dan l-għeneb ma jistax jiġi ċċirkolat taħt id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” wara l-31 ta' Jannar tas-sena li ssegwi dik tal-ħsad.
Bejn id-dielja minn fejn jinħasad u l-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, l-għeneb, inkluż dak maħsub għall-konservazzjoni fit-tul, jiġi trasportat f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu b'mod ottimali, partikolarment in-nwar fuq l-għeneb.
Il-preparazzjoni ta' l-għenieqed, inkluż dawk li ġejjin mill-konservazzjoni fit-tul, issir fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar. L-għanqud huwa miżbur b'mod delikat biex jiġi eliminat l-għeneb ħażin. L-għenieqed ippreparati jridu jkunu konformi għad-deskrizzjoni ta' l-għenba.
Kull produttur għandu jkollu fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, u jekk ikun il-każ, minn tagħmir neċessarju biex l-għeneb jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul jekk din il-prattika tintuża.
Ladarba miżbura, l-għenieqed jiġu ppakkjati immedjatament fil-pakketti tagħhom sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. B'hekk l-għenba tgħaddi mill-anqas manipulazzjoni possibbli.
Dawn id-dispożizzjonijiet kollha huma min-naħa l-konktretizzazzjoni tal-prattika li kienet teżisti qabel u li ma kinitx ġiet kodifikata s'issa, u min-naħa l-oħra jirriflettu x-xewqa tal-grupp li qed jagħmel it-talba biex isiru preċiżjonijiet għall-insuffiċjenzi ta' l-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni.
Tikkettar: It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinvolvi:
l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini protetta “Chasselas de Moissac” miktuba b'karattri ta' daqs talanqas ugwali għal dak ta' l-akbar karattri,
il-kliem “Appellation d'origine contrôlée” (denominazzjoni protetta ta' l-oriġini) jew “AOC” (DPO),
l-isem tal-produttur.
Kull pakkett individwali jinkludi sistema ta' identifikazzjoni, inkluż numru ta' l-ordni, approvat mis-servizzi ta' l-INAO u mqassam minn entità approvata minn dan l-istitut. Din is-sistema ta' identifikazzjoni tista' sservi bħala appoġġ għat-tikkettar.
Minbarra t-tikkettar, id-dokumenti li jakkompanjawh u l-fatturi jridu jinkludu l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” u l-kliem “Appellation d'origine contrôlée” jew “AOC”.
Eżiġenza nazzjonali: Digriet relattiv għall-DPO “Chasselas de Moissac”.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“CHASSELAS DE MOISSAC”
Nru KE: FR/PDO/117/0140/02.10.2003
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru
Isem: |
Institut National des Appellations d'Origine |
||
Indirizz: |
|
||
Tel. |
(33) 153 89 80 00 |
||
Faks |
(33) 142 25 57 97 |
||
Posta elettronika: |
info@inao.gouv.fr |
2. Il-Grupp:
Isem: |
Syndicat de défense du Chasselas de Moissac AOC |
||
Indirizz: |
|
||
Tel. |
(33) 563 04 01 78 |
||
Faks |
(33) 563 04 11 21 |
||
Posta elettronika: |
— |
||
Kompożizzjoni: |
Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
3. It-Tip tal-prodott:
Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
4. L-Ispeċifikazzjoni
(Sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1 L-isem: “Chasselas de Moissac”
4.2 Id-deskrizzjoni: Għeneb frisk tal-mejda jew li jżomm għal ħafna żmien. L-għanqud huwa artab, omoġenu fid-densità, kulur dehbi, ta' tul minimu ta' 12-il ċm u ta' piż minimu ta' 100 gramma. L-għeneb ma jridx ikun mgħaffeġ, irid ikun misjur biżżejjed, ma jridx ikun imħassar jew ikollu xi mard. In-nwar ta' l-għeneb jiġi ppreservat, iż-żerriegħa jingħarfu mit-trasparenza u z-zokk ta' l-għanqud huwa iebes.
Il-kontenut taz-zokkor huwa superjuri jew ugwali għal 160 g/l, ħlief fil-każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali fejn, għal ħsad partikolari, dan l-indiċi jista' jitbaxxa mingħajr ma jkun inferjuri għal 150 g/l. Huwa kkunsidrat li tintlaħaq il-maturità meta r-rapport taz-zokkor ma' l-aċidità huwa superjuri jew ugwali għal 25.
L-għenieqed iridu jiġu ppreparati, miżbura u ppakkjati b'mod obbligatorju.
4.3 Iż-żona ġeografika: Bas Quercy, jiġifieri xi cantons tad-dipartimenti ta' Tarn-et-Garonne u ta' Lot.
4.4 Il-prova ta' l-oriġini: L-għeneb jiġi kkontrollat mill-ġbir sa l-ippakkjar tiegħu.
L-għeneb jiġi biss minn plotts ta' dwieli identifikati, ġewwa ż-żona ġeografika, mis-servizzi ta' l-INAO u minn esperti indipendenti. Dawn id-dwieli jridu jirrispettaw il-kriterji ġeopedoklimatiċi relattivi għall-post fejn huma miżrugħa l-plotts. Id-dwieli kollha konformi huma rreġistrati mis-servizzi ta' l-INAO.
Huwa biss l-għeneb li ġej minn dawn id-dwieli li jista' jingħata din id-denominazzjoni.
Min-naħa l-oħra kull produttur għandu jimla dikjarazzjoni ta' kapaċità annwali u jibgħatha lill-INAO. Din id-dikjarazzjoni tinkludi l-impenn li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni u ssemmi r-referenzi għall-plots maħsuba għall-produzzjoni tad-DPO Chasselas de Moissac għall-ħsad ikkunsidrat.
Dan id-dokument jippermetti li jiġu identifikati plotts utilizzati fil-produzzjoni tad-DPO għall-ħsad u li jiġi kkontrollat partikolarment ir-rendiment agronomiku tagħhom.
Kull produttur għandu jżomm reġistru ta' kuljum bid-dħul ta' l-għeneb fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar u l-ħruġ ta' l-għeneb ippakkjat. Fih jissemmew il-volumi tal-ħsad bil-plotts korrispondenti, b'distinzjoni minn dawk li jgħaddu mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien, u n-numru ta' pakketti ppakkjati għal kull tip ta' plott, dawk li ħerġin mill-proċess biex iżommu għal tul ta' żmien u n-numri ta' sinjali ta' identifikazzjoni utilizzati. Dan ir-reġistru jinżamm għad-dispożizzjoni ta' l-aġenti responsabbli mill-kontroll.
Fir-rigward tal-prodott, l-eżamijiet analitiċi u organolettiċi huma mwettqa fuq kampjuni meħuda minn fost il-gruppi ppakkjati. Dawn għandhom l-għan li jassiguraw il-kwalità u l-kwalità tipika tal-prodotti maħsuba biex ikunu kummerċjalizzati taħt l-isem tad-denominazzjoni “Chasselas de Moissac”.
Sinjal ta' identifikazzjoni, speċifiku għal “Chasselas de Moissac”, approvat mis-servizzi ta' l-INAO, jidentifika l-pakketti li fihom huwa kkumerċjalizzat l-għeneb.
4.5 Il-metodu ta' produzzjoni: L-għeneb, li ġej mill-plotts ta' dwieli identifikati, jinġabar, jiġi ppreparat u ppakkjat fiż-żona ġeografika.
Il-varjetà Chasselas B biss hija awtorizzata. Id-dwieli huma organizzati b'sistema bi pjan wieħed ta' rbit jew b'sistema b'żewġ pjani ta' rbit. B'għan kwalitattiv, għal pjantazzjoni ġdida, id-densità u l-wisa' huma adattati skond il-mod ta' kif inhuma organizzati (densità minima ta' 3 300 ceps/ha u wisa' massimu bejn il-fillieri ta' 3 metri għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u densità minima ta' 2 500 ceps/ha u wisa' massimu sa 3,5 metri bejn il-fillieri għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit). It-termini għall-implimentazzjoni ta' densità u tal-wisa' jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-digriet rigward id-DPO “Chasselas de Moissac”.
Il-metodi ta' żbir awtorizzati huma il-guyot sempliċi jew doppju. In-numru ta' nebbieta għal kull ettaru ma jistax jeċċedi l-55 000 għal sistema bi pjan wieħed ta' rbit u s-60 000 għal sistema b'żewġ pjanijiet ta' rbit. It-“tpoġġija ta' l-għenieqed”, li tikkonsisti f'li l-għenieqed jitpoġġew fuq id-dielja b'mod liberu u aerat, hija obbligatorja. Din tippermetti l-maturità ottimali ta' l-għeneb.
Wieħed ma jistax jippretendi li d-dwieli ż-żgħar ikunu kapaċi jipproduċu għeneb tad-denominazzjoni ta' l-oriġini qabel it-tieni sena ta' wara dik li matulha jkun seħħ iż-żrigħ qabel l-1 ta' Awwissu.
L-irrigazzjoni li ma tiffertilizzax hija awtorizzata mill-bidu.
Ir-rendiment tal-plots identifikati maħsuba għall-produzzjoni ta' Chasselas de Moissac DPO hija ffissata f'żewġ livelli (farms u plotts): Rendiment totali medju massimu tal-farm: 14 t/ha; Rendiment DPO medju massimu tal-farm: 13 t/ha; Rendiment totali massimu għal kull plot: 16 t/ha. Madankollu, għal ħsad partikolari, f'każ ta' sitwazzjoni klimatika eċċezzjonali, ir-rendiment totali massimu għal kull pakkett jista' jiġi modifikat mingħajr ma jaqbeż ir-rendiment limitu ta' 18 t/ha u mingħajr ma jimmodifika r-rendimenti medji tal-farm. Fl-ebda każ din id-deroga ma tista' tiġi magħquda ma' dik rigward ir-rata taz-zokkor għall-istess staġun.
Il-ħsad isir manwalment f'diversi partijiet.
L-għeneb jista' jitpoġġa fil-proċess biex iżomm għal tul ta' żmien wara li jinqata' l-għeneb imnixxef fil-mument tal-ħsad u jiġi trasportat malajr fil-post tal-ħażna, f'kontenituri li jippermettu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Dan l-għeneb, mhux miżbur, wara jkun suġġett għal tkessiħ mgħaġġel meta jasal fil-post tal-ħażna qabel ma jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul ippakkjat ermetikament, f'kamra kiesħa b'atmosfera, temperatura u umdità kkontrolati. Dan l-għeneb ma jistax jiġi ċċirkolat taħt id-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” wara l-31 ta' Jannar tas-sena li ssegwi dik tal-ħsad.
Bejn id-dielja minn fejn jinħasad u l-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, l-għeneb, inkluż dak maħsub għall-konservazzjoni fit-tul, jiġi trasportat f'kundizzjonijiet li jippermettu li l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu b'mod ottimali, partikolarment in-nwar fuq l-għeneb.
Il-preparazzjoni ta' l-għenieqed, inklużi dawk li ġejjin mill-konservazzjoni fit-tul, issir fil-fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar. L-għanqud huwa miżbur b'mod delikat biex jiġi eliminati l-għeneb ħażin. L-għenieqed ippreparati jridu jkunu konformi għad-deskrizzjoni ta' l-għenba.
Kull produttur għandu jkollu fabbrika taż-żbir u ta' l-ippakkjar, u jekk ikun il-każ, tagħmir neċessarju biex l-għeneb jitpoġġa għall-konservazzjoni fit-tul jekk din il-prattika tintuża.
Ladarba miżbura, l-għenieqed jiġu ppakkjati immedjatament fil-pakketti tagħhom sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott. B'hekk l-għenba tgħaddi mill-anqas manipulazzjoni possibbli u n-nwar tal-frott jiġi ppreservat. L-ippakkjar isir fil-fabbriki speċifiċi taż-żbir u ta' l-ippakkjar li jinstabu viċin il-post tal-ħsad. B'hekk, dan l-ippakkjar fl-arja mhux biss jippermetti li jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-prodott, imma jippermetti wkoll li tiġi garantita traċċabilità aqwa. Dan jevita wkoll li dan jeħżien jew li jitħallat ma' oħrajn.
4.6 Ir-rabta: Bas Quercy huwa karatterizzat minn karatteristiċi ġeoloġiċi, agroloġiċi u klimatiċi speċifiċi għalih. Id-delimitazzjoni tal-plotts tippermetti li x-chasselas jiġu prodotti fil-ħamrija l-aktar favorevoli: ħamrija taflija mħallta bis-silika, ramlija u skulata sew mill-ilma u ħamrija loamy ddekalċifikata. Il-kundizzjonijiet klimatiċi, varjazzjonijiet termiċi dgħajfa u fuq kollox perjodi twal ta' temp sabiħ fi żmien il-ħarifa, jippermettu li l-għeneb jimmatura b'mod tajjeb.
Tipi oħra ta' art huma favorevoli għal din il-produzzjoni: min-naħa, il-ħamrija sewda jew griża fonda u ċagħqija biżżejjed tal-meded ta' l-art għolja; min-naħa l-oħra, it-tirxien imżerżqin taflin u kalkarużi tal-ġnub tal-widien li huma miftuħa biżżejjed.
4.7 L-organu ta' spezzjoni:
Isem: |
Institut National des Appellations d'Origine |
||
Indirizz: |
|
||
Tel. |
(33) 153 89 80 00 |
||
Faks |
(33) 142 25 57 97 |
||
Posta elettronika: |
info@inao.gouv.fr |
||
Isem: |
D.G.C.C.R.F |
||
Indirizz: |
|
||
Tel. |
(33) 144 87 17 17 |
||
Faks |
(33) 144 97 30 37 |
||
Posta elettronika: |
C3@dgccrf.finances.gouv.fr |
4.8 It-tikkettar: It-tikkettar fuq il-pakketti individwali jinkludi:
l-isem tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” miktub b'ittri ta' daqs talanqas ugwali għal dak ta' l-akbar ittri,
in-nota “Appellation d'origine contrôlée” (Denominazzjoni protetta ta' l-oriġini) jew “AOC” (DPO),
l-isem tal-produttur.
Kull pakket individwali għandu sistema ta' identifikazzjoni, li jinkludi numru ta' l-ordni, miftiehem mas-servizzi ta' l-INAO u mqassam minn entità approvata minn dan l-istitut. Din is-sistema ta' identifikazzjoni tista' sservi bħala appoġġ għall-ittikketar.
Minbarra l-ittikketar, id-dokumenti li jakkompanjaw u l-fatturi jridu jinkludu l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini “Chasselas de Moissac” u l-kliem “Appellation d'origine contrôlée” jew “AOC”.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.