Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Ir-regolament hu mfassal biex joħloq mandat aktar robust għall-koordinazzjoni u kooperazzjoni għal rispons aktar effettiv għat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, bħall-pandemija ta’ COVID-19, fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) u fil-livell tal-Istati Membri tal-UE. Għandha l-għan li:
isaħħaħ l-ippjannar tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons;
jirrinforza s-sorveljanza u l-monitoraġġ epidemjoloġiċi;
itejjeb ir-rapportar tad-data; u
isaħħaħ l-intervenzjonil-intervenzjoni tal-UE.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-regolament japplika għall-miżuri tas-saħħa pubblika fir-rigward tal-kategoriji li ġejjin ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa:
theddid ta’ oriġini bijoloġika, inkluż mard komunikabbli, infezzjonijiet assoċjati, reżistenza għall-antimikrobiċi u bijotossini jew aġenti ta’ ħsara bijoloġiċi oħra;
theddid ta’ oriġini kimika;
theddid ta’oriġini ambjentali, inkluż dawk marbuta mal-klima;
Dan japplika wkoll għas-sorveljanza epidemjoloġika ta’ mard komunikabbli.
Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa
Ir-regolament jistabbilixxi Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa msaħħaħ biex jiġġieled theddid transkonfinali serju għas-saħħa, magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri f’żewġ livelli ta’ ħidma:
grupp ta’ ħidma fil-livell avvanzat biex jiddiskuti theddid transkonfinali serju għas-saħħa; u
gruppi ta’ ħidma tekniċi biex jiddiskutu suġġetti speċifiċi meta jkun hemm bżonn.
Rappreżentanti ta’ aġenziji tal-UE u l-korpi rilevanti jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi.
Il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jaħdem fuq:
il-koordinament u ż-żamma ta’ kuntatti mal-Kummissjoni Ewropea fuq l-ippjanar tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons;
il-koordinazzjoni tar-riskju u tal-komunikazzjoni u r-rispons għall-kriżi tal-Istati Membri;
l-adozzjni ta’ opinjonijiet u konsulenza, inkluż fuq miżuri ta’ rispons speċifiċi bbażati fuq opinonijiet esperti minn aġenziji tekniċi tal-UE; u
tfassil ta’ prijoritajiet u objettivi annwali fi programm ta’ ħidma.
l-ippjanar tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons
Pjan u rakkomandazzjonijiet tal-UE dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u ir-rispons iridu jkunu żviluppati, inkluż proviżjonijiet dettaljati fuq l-ixxerjar ta’ informazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri. Il-pjan tal-UE ser jikkumplimenta l-pjanijiet nazzjoni tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons. Il-pjan tal-UE mbagħad ser jgħaddi minn stress tests, eżerċizji u rieżamijiet, u l-pjanijiet nazzjonali ser ikunu assessjati regolarment miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. (ECDC). Il-Kummissjoni ser tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Att ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1808, jistabbilixxi l-mudell għall-għotja ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa.
Att delegat, ir-Regolament Delegat (UE) 2024/1232, jistabbilixxi proċeduri, standards u kriterja għall-valutazzjonijiet tal-istat ta’ implimentazzjoni tal-Istati membri tal-pjannijiet ta’ prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons tagħhom u r-relazzjoni tagħhom mal-pjan ta’ prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons tal-UE.
Akkwist konġunt ta’ kontramiżuri mediċi
Sistema rinfurzata ta’ akkwist konġunt ta’ kontramiżuri mediċi, miftuħa wkoll għal pajjiżi msieħba bħal membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, hi miftuħa għal Andorra, Monaco, San Marino, l-Istat tal-Belt tal-Vatikan u pajjiżi kandidati tal-UE.
Networks tal-UE
Sistema msaħħa u integrata ta’ sorveljanza fil-livell tal-UE ser ittejjeb l-iskambju tad-data. Ir-regolament jipprovdi għal:
aċċess msaħħaħ tal-ECDC għad-data fuq is-saħħa għal aspetti tar-riċerka u epijemoloġija;
rapportar fuq sistema tad-data rilevanti għas-saħħa;
sorveljanza marbuta ma’ sorsi u data ta’ informazzjoni oħra disponibbli.
Iż-żewġ networks ġodda nħalqu: network Ewropew tal-Laboratorji ta’ Referenza u networks tal-UE fuq l-użu ta’ sustanzi ta’ oriġini umana.
Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/892 jaħtar laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għal ċerti oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika.
reżistenza għall-antimikrobiċi fil-batterja;
patoġeni virali li jinġarru minn vettur, patoġeni emerġenti li jinġarru minn roditur u patoġenti virali żoonotiċi;
patoġeni ta’ riskju għoli u batterji żoonotiċi;
Leġjonella, u
difterite u pertussis.
Valutazzjoni ta’ twissija bikrija u riskju tas-saħħa pubblika
Is-sistema ta’ twissija bikrija u rispons tfisser li l-Kummissjoni, l-ECDC u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali jkunu f’komunikazzjoni permanenti għall-iskopijiet ta’ tħejjija, twissija bikrija u rispons, notifiki ta’ twissija, valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika u determinazzjoni tal-miżuri li jista’ jkun hemm bżonn biex jipproteġu s-saħħa pubblika.
Rikonoxximent ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-UE
Il-Kummissjoni tista’ tiddikjara emerġenza għas-saħħa pubblika fil-livell tal-UE bbażata fuq opinjonijiet esperti bħal dawk maħruġa minn kumitat ta’ konsulenza speċjali. Dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-UE ser tqanqal:
kumulazzjoni konġunta u akkwist ta’ prodotti jew tagħmir mediku rilevanti għall-kriżi; u
Konformi mal-approċċi “saħħa waħda” u “saħħa fil-politiki kollha” tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-implimentazzjoni hi appoġġjata minn finanzjament minn programm u strumenti rilevanti tal-UE.
Ir-Regolament (UE) Nru 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar theddid għas-saħħa transkonfinali serju u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, , pp. 26–63).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1232 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-istat tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons u r-relazzjoni tagħhom mal-pjan ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons tal-Unjoni (ĠU L., 2024/1232, ).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/892 tat- li jaħtar laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għal ċerti oqsma speċifiċi tas-saħħa pubblika (ĠU L., 2024/892 ).
Ir-Regolament (UE) 2023/1322 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 (ĠU L 166, , pp. 6–47).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1808 tal- li jistabbilixxi l-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ippjanar għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons fir-rigward ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 234, , pp. 105–141).
Ir-Regolament (UE) Nru 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, , pp. 1–37).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2022/123 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 tal- dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-forniment ta’ kontramiżuri mediċi rilevanti għal kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni (ĠU L 314, , pp. 64–78).
Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Ue fil-qasam tas-saħħa (“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027, u li jħassar ir-Regolament (UEU Nru. 282/2014 (ĠU L 107, , pp. 1–29).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Nintroduċu tal-HERA, l-Awtorità tal-UE tat-Tħejjija u għar-Rispons f’każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa, il-pass li jmiss biex titlesta l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa (COM (2021), 576 finali, ).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- li twaqqaf l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (ĠU C 393 I, , pp. 3–8).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet PartiI — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu XIV — Is-Saħħa Pubblika — Artikolu 168 (ex Artikolu 152 TKE) (ĠU L 202, , pp. 122-124).
Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 376, , pp. 1–13).
Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, , pp. 1–33).
Ir-Regolament (KE) Nru. 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard (ĠU L 142, , pp. 1–11).