Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Saħħa pubblika

Skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-saħħa pubblika hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Filwaqt li l-Istati Membri jiddefinixxu u jipprovdu s-servizzi tagħhom tas-saħħa nazzjonali u tal-kura medika, l-UE tfittex li tikkumplimenta politiki nazzjonali permezz tal-Istrateġija tas-saħħa tagħha sabiex:

  • timpedixxi mard permezz tal-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja aktar sani;
  • tiffaċilita aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura;
  • tikkontribwixxi għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli;
  • tindirizza theddid transkonfinali;
  • iżżomm lin-nies b’saħħithom tul għomorhom kollu;
  • tagħmel l-aqwa użu minn teknoloġiji u prattiċi ġodda.

Ir-Regolament (UE) 2021/522 jistabbilixxi l-programm l-UE għas-Saħħa għall-perjodu 2021-2027. B’baġit ta’ aktar minn EUR 5 billjun, il-programm għandu l-għan li:

  • jagħti spinta lit-tlestija tal-UE għal theddidiet transkonfinali kbar għas-saħħa billi joħloq
    • riżervi ta’ provvisti mediċi għall-kriżijiet
    • riżerva ta’ persunal u esperti tal-kura tas-saħħa li jistgħu jiġu mmobiliżżati biex iwieġbu għall-kriżijiet fl-UE u
    • sorveljanza miżjuda ta’ theddidiet tas-saħħa;
  • isaħħaħ sistemi tas-saħħa biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw epidemiji kif ukoll sfidi fit-tul billi jappoġġja
    • il-prevenzjoni tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa f’popolazzjoni li qed tixjieħ
    • it-trasformazzjoni diġitali tas-sistemi tas-saħħa u
    • aċċess għall-kura tas-saħħa għal gruppi vulnerabbli;
  • jagħmel mediċini u servizzi tal-mediċini disponibbli u affordabbli, jinvolvi l-użu prudenti u effiċjenti ta’ antimikrobjali u jippromwovi innovazzjoni medika u farmaċewtika u manifattura aktar ekoloġika.

ARA WKOLL

Top