Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0855

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/855 tas-27 ta' Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ST/8860/2019/INIT

    ĠU L 140, 28.5.2019, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/855/oj

    28.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 140/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/855

    tas-27 ta' Mejju 2019

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 46(7) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness IX u l-Anness XIV għal dak ir-Regolament.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li 17-il entrata inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġu aġġornati.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    N. HURDUC


    (1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:

    (1)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “14.

    Brigadier Ġenerali Mohammad NADERI

     

    Kap ta' Aviation Industries Organisation (IAIO) tal-Iran. Eks Kap ta' Aerospace Industries Organisation (AIO) tal-Iran. AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani.

    23.6.2008

    23.

    Davoud BABAEI

     

    Il-kap attwali tas-sigurtà għall-istitut tar-riċerka tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Ministeru tad-Difiża, l-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND), li hija mmexxija minn Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi, indikat min-NU. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar id-dimensjonijiet militari possibbli tal-programm nukleari tal-Iran li l-Iran jirrifjuta li jikkoopera dwaru. Bħala kap tas-sigurtà, Babaei huwa responsabbli għall-prevenzjoni ta' żvelar ta' informazzjoni inkluż lill-IAEA.

    1.12.2011

    25.

    Sayed Shamsuddin BORBORUDI

    magħruf bħala Seyed Shamseddin BORBOROUDI

    Data tat-Twelid: 21 ta' Settembru 1969

    Viċi Kap tal-Organizzazzjoni Iranjana tal-Enerġija Atomika indikata min-NU, fejn huwa subordinat ta' Feridun Abbasi Davani, indikata min-NU. Huwa kien involut fil-programm nukleari Iranjan mill-inqas mill-2002, inkluż bħala l-ex Kap tal-akkwist u l-loġistika f'AMAD, fejn huwa kien responsabbli għall-użu ta' kumpanniji li jservu ta' paraventu bħal Kimia Madan biex jinkiseb tagħmir u materjal għall-programm ta' armi nukleari tal-Iran.

    1.12.2011

    27.

    Kamran DANESHJOO (magħruf bħala DANESHJOU)

     

    Viċi Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Huwa ta appoġġ lil attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni.

    1.12.2011”

    (2)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “12.

    Fajr Aviation Composite Industries

    Mehrabad Airport, PO Box 13445-885, Tehran, Iran

    Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan il-MODAFL it-tnejn indikati mill-UE li primarjament tipproduċi materjali komposti għall-industrija tal-inġenji tal-ajru.

    26.7.2010

    95.

    Samen Industries

    2nd km of Khalaj Road End of Seyyedi St., P.O.Box 91735-549, 91735 Mashhad, Iran, Tel.: +98 511 3853008, +98 511 3870225

    Isem shell għal Khorasan Metallurgy Industries indikata min-NU, sussidjarja ta' Ammunition Industries Group (AMIG).

    1.12.2011

    153.

    Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND)

     

    L-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND) tappoġġa direttament l-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar dimensjonijiet militari possibbli (PMD) tal-programm nukleari tal-Iran. SPND hija mmexxija minn Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi indikat min-NU, u hija parti mill-Ministeru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) indikat mill-UE.

    22.12.2012”

    (3)

    taħt l-intestatura II l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

     

    Eks Viċi Ministru u Spettur Ġenerali ta' MODAFL.

    23.6.2008

    3.

    Parviz FATAH

    twieled fl-1961

    Membru tal-IRGC. Eks Ministru għall-Enerġija.

    26.7.2010

    4.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

     

    Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Industriji Ajruspazjali tal-Iran (AIO) u eks-direttur eżekuttiv tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) indikata min-NU. Membru tal-IRGC u Viċi fil-Ministeru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Iran (MODAFL).

    23.6.2008

    5.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ali HOSEYNITASH

     

    Membru tal-IRGC. Membru tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar kwistjonijiet nukleari.

    23.6.2008

    12.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ali SHAMSHIRI

     

    Membru tal-IRGC. Okkupa rwoli għolja fil-MODAFL.

    23.6.2008

    13.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ahmad VAHIDI

     

    Eks Ministru tal-MODAFL.

    23.6.2008

    15.

    Abolghassem Mozaffari SHAMS

     

    Eks Kap tal-Kwartieri Ġenerali ta' Khatam Al-Anbiya Construction.

    1.12.2011”

    (4)

    taħt l-intestatura II, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “11.

    Behnam Sahriyari Trading Company

    Indirizz Postali: Ziba Buidling, 10th Floor, Northern Sohrevardi Street, Tehran, Iran

    Involuta fit-trasbord ta' armi f'isem l-IRGC.

    23.1.2012”

    (5)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “20.

    (b)

    Iran Communications Industries (ICI)

    PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz Alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz Alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

    Iran Communications Industries, sussidjarja ta' Iran Electronics Industries (elenkata mill-UE), tipproduċi diversi oġġetti inklużi sistemi ta' komunikazzjoni, avionics, tagħmir ta' optics u electro-optics, micro-electronics, teknoloġija tal-informazzjoni, test u measurement, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, tagħmir elettroniku tal-gwerra, manifattura u tiġdid ta' radar tube, u missile launchers.

    26.7.2010”

    (6)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, titneħħa l-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “19.

    Iran Communications Industries (ICI)

    PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz Alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz Alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

    Iran Communications Industries, sussidjarja ta' Iran Electronics Industries (ara nru 20), tipproduċi diversi oġġetti, inklużi sistemi ta' komunikazzjoni, avionics, tagħmir ta' optics u electro-optics, micro-electronics, teknoloġija tal-informazzjoni, test u measurement, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, tagħmir elettroniku tal-gwerra, manifattura u tiġdid ta' radar tube, u missile launchers. Dawn l-oġġetti jistgħu jintużaw fi programmi li jinsabu taħt sanzjoni skont il-UNSCR 1737.

    26.7.2010”

    (7)

    taħt l-intestatura II, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “12.

    Etemad Amin Invest Co Mobin

    Pasadaran Av. Tehran, Iran

    Kumpannija li hija proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-IRGC li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

    26.7.2010”

    (8)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, titneħħa l-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “10.

    Etemad Amin Invest Co Mobin

    Pasadaran Av. Tehran, Iran

    Qrib Naftar u Bonyad-e Mostazafan, Etemad Amin Invest Co Mobin tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim u tal-Istat parallel Iranjan.

    26.7.2010”


    Top