Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0091

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxixTest b’relevanza għaż- ŻEE

ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/91/oj

32003L0091



Official Journal L 254 , 08/10/2003 P. 0011 - 0013


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE

tas-6 ta’Ottubru 2003

li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż- ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħaxix [1], kif ġie emend minn Direttiva 2003/61/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/168/KEE ta’l-14 ta’April 1972 tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti ta’ħaxix [3], kif ġiet emendata mid-Direttiva 2002/8/KE [4] tistabbilixxi, wara li tikkonsidra l-aċċettazzjoni uffiċjali tat-tipi differenti fil-katalgi ta’l-Istati Membri, l-karatteristiċi li għandhom jiġu meqjusa bħala minimu mill-eżami ta’ speċi varji, kif ukoll il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet..

(2) Linji gwida ta’ prova rigward il-kondizzjonijiet għall-eżami tal-varjetajiet differenti li ġew stabbiliti mill-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjeta tal-pjanti [5], kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1650/2003 [6],rigward ċerti speċi.

(3) Linji gwida ta’ prova li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti jeżistu fuq il-livell internazzjonali. L-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) żviluppat linji gwida ta’prova.

(4) Id-Direttiva 72/168/KEE ġiet emendata minn Direttiva 2002/8/KE biex tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta’ prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti bil-għan li dawn jiġu aċċettati fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet ta’ l-Istati Membri, sakemm kienu ġew stabbiliti l-linji ta’gwida tal-CPVO. Minn dak iż-żmien il-CPVO ħarġet linji ta’gwida għal numru ta’speċi oħrajn.

(5) Huwa xieraq li tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta’prova ta’ CPVO u l-kondizzjonijiet għall-varjetajiet, bil-għan li dawn jiġu aċċettati fil-katalogi nazzjonali ta’l-Istati Membri.

(6) Huwa xieraq li s-sistema tal-Komunità tkun ibbażata fuq il-linji gwida ta’prova tal-UPOV, sakemm il-CPVO ma tkunx għada żviluppat linji ta’ gwida speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tapplika għall-ispeċi li m’humiex inklużi fi ħdan din id-Direttiva.

(7) Id-Direttiva 72/168/KEE għandha għaldaqstant tiġi mħassra.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żerriegħa u Materjal ta’Tnissil għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u Forestrija.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal din l-inklużjoni f’katalgu nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ Direttiva 2002/55/KE ta’varjetajiet ta’speċji ta’ħaxix li jaderixxu l-ħtiġijiet imniżżla fil-paragrafu 2.

2. Rigward preċiżjoni, stabilitá u uniformitá:

(a) l-ispeċi mniżżla fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-‘Protokoll għall-provi ta’preċiżjoni, stabilitá u uniformitá’ tal-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) imniżżla f’dak l-Anness;

(b) l-ispeċi mniżżla fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta’ prova għas-seħħ ta’provi ta’ preċiżjoni, stabbilitá u uniformitá ta’l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) mniżżla f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi ta’varjetá fi ħdan it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi markati b’ asterisk (*) fil-linji gwida ta’prova msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiġu użati, sakemm l-osservazzjoni ta’ karatteristika ma tkunx tħalliet minħabba fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristici oħrajn, u sakemm l-espressjoni ta’ karatteristika m’hix ostakolata mill-kondizzjonijiet ambjentali li fihom tkun qed isseħħ il-prova.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ ta’l-ispeċi mniżżla f’L-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet tad-disinn ta’prova u tal-kondizzjonijiet ta’tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta’prova msemmijja f’dawk l-Annessi jiġu mħarsa fil-ħin ta’l-eżamijiet.

Artikolu 4

Direttiva 72/168/KEE hija mħassra.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sal-31 ta’Marzu 2004 l-aktar tard. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fil-pront.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew din ir-riferenza għandha tiġi mhemża fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jaddottaw fl-oqsma li jaqghu taħt din id-Direttiva..

Artikolu 6

1. Meta, mad-dħul fis-seħħ ta’din id-Direttiva, ċerti varjetajiet ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’l-ispeċi tal-ħaxix, u l-eżamijiet uffiċjali nbdew qabel dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ jew

(a) Direttiva 72/168/KEE jew

(b) il-linji gwida tal-CPVO mniżżla f’L-Anness I jew il-linji gwida tal-UPOV imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi,

il-varjetajiet konċernati jiġu meqjusa li jaderixxu l-ħtiġijiet ta’din id-Direttiva.

2. Paragrafu 1 japplika biss fejn il-provi jwasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli mniżżla jew f’

(a) Direttiva 72/168/KEE jew fil-

(b) linji gwida tal-CPVO kif mniżżla f’L-Anness I jew fil-linji gwida tal-UPOV kif imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulhaa fi Brussell, fis-6 ta’Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 193, ta’ l-20.07.02, p. 23.

[2] ĠU L 165, tat-03.07.03, p. 23.

[3] ĠU L 103, tat-02.05.72, p. 6.

[4] ĠU L 37, tas-07.02.02, p. 7.

[5] ĠU L 227, ta’ l-01.09.94, p. 1.

[6] ĠU L 245, tad-29.09.03, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TA’ SPECI LI GĦANDHOM IĦARSU L-LINJI GWIDA TA’ PROVA TAL-CPVO.

Protokoll tal-kurrat

Protokoll ta’l-asparagu TP/130/1 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll tal-pastard TP/45/1 ta’ tal- 15.11.2001

Protokoll tal-brokkli mnibbet TP/151/1 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll tal-Brussels sprouts (tip ta’kaboċċi żgħar) TP/54/1 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll tal-kaboċċi tas-Savoy TP/48/1 ta’ tal- 15.11.2001

Protokoll tal-kaboċċi TP/48/1 ta’ tal- 15.11.2001

Protokoll tal-kaboċċi ħomor TP/48/1 ta’ tal- 15.11.2001

Protokoll taċ-ċili/bżar aħmar/bżar TP/76/1 ta’tas- 27.3.2002

Protokoll ta’l-indivi TP/118/1 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll tal-bettiegħ TP/104/1 ta’tas- 27.3.2002

Protokoll tal-ħjar/pikles TP/61/1 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll tal-karrotti TP/49/6 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll tal-ħass TP/13/1 ta’tal- 15.11.2001

Protokoll tat-tadam TP/44/2 ta’ tal- 15.11.2001

Protokoll tal-fażola Franċiża TP/12/1 ta’ tal- 15.11.2001

Protokoll tar-ravanell abjad TP/64/6 ta’ tas- 27.3.2002

Protokoll ta’l-ispinaċi TP/55/6 ta’ tas- 27.3.2002

Corn salad/Lamb’s lettuce, Protokoll tal-Valerjanella TP/75/6 ta’tas- 27.3.2002

It-test ta’dawn il-Protokolli jista jinstab fuq il-website tal-CPVO (www.cpvo.eu.int).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

LISTA TA’ SPECI LI GĦANDHOM IĦARSU L-LINJI GWIDA TA’PROVA TAL-UPOV

Linja gwida tal-Kurrat Selvaġġ/basal Irlandiż/basal f’gozz Jappuniż TG/161/3 ta’ ta’ l- 1.4.1998

Linja gwida tat-tewm TG/162/4 ta’ ta’ l- 4.4.2001

Linja gwida tal-karfus TG/82/4 ta’ tas- 17.4.2002

Linja gwida tal-(Spinach beet) varjetá ta’pitravi kkultivata għall-weraq tagħha li jittiekel/l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus/Leaf beet TG/106/3 ta’ tas- 7.10.1987

Linja gwida tal-pitravi TG/60/6 ta’ tat- 18.10.1996

Linja gwida tal-kaboċċi mberflaTG/90/6 ta’tas- 17.4.2002

Linja gwida tal-ġdur TG/65/4 ta’ tas- 17.4.2002

Linja gwida tal-kaboċċi Ciniżi TG/105/4 ta’ tad- 9.4.2003

Linja gwida tan-nevew TG/37/10 ta’ ta’ l- 4.4.2001

Linja gwida taċ-ċikwejra Witloof, TG/173/3 ta’ tal- 5.4.2000

Linja gwida taċ-ċikwejra tal-werqa, TG/154/3 ta’ tat- 18.10.1996

Linja gwida taċ-ċikwejra industrijali, TG/172/3 ta’ ta’ l- 4.4.2001

Linja gwida tad-dulliegħ TG/142/3 ta’ tas- 26.10.1993

Linja gwida tal-qargħa aħmar TG/155/3 ta’ tat- 18.10.1996

Linja gwida tal-qara’ xitwi TG/119/4 ta’ tas- 17.4.2002

Linja gwida tal-qaqoċċ TG/184/3 ta’ ta’ l- 4.4.2001

Linja gwida tal-busbież TG/183/3 ta’ ta’ l- 4.4.2001

Linja gwida tat-tursin TG/136/4 ta’tat- 18.10.1991

Linja gwida tal-fażola tixeblek TG/9/5 ta’ tad- 9.4.2003

Linja gwida tal-piżelli TG/7/9 ta’ ta’ l- 4.11.1994 (u korrezjoni tat- 18.10.1996)

Linja gwida tar-rabarbru TG/62/6 ta’ ta’ l- 24.3.1999

Linja gwida tas-Scorzonera/sassefrika sewda TG/116/3 ta’ tal- 21.10.1988

Linja gwida tal-brunġiel TG/117/4 ta’ tas- 17.4.2002

Linja gwida tal-ful TG/206/1 ta’ tad- 9.4.2003

It-test ta’dawn il-Protokoll jista jinstab fuq il-website tal-UPOV website (www.upov.int).

--------------------------------------------------

Top