Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0071

    Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KETest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64–89 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/07/2019; Imħassar b' 32017R1129

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/71/oj

    32003L0071



    Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0064 - 0089


    Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ta’ l-4 ta’ Novembru 2003

    dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

    Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

    Billi:

    (1) Id-Direttivi tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta’ Marzu 1980 li tikkordina l-ħtiġiet għt-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-partikolaritajiet tal-listi li jridu jiġu ppubblikati sabiex jiddaħħlu t-titoli fil-listi uffiċjali tal-Borża [5] u 89/298/KEE tas-17 ta’ April 1989 li tikkordina l-ħtiġiet għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta jiġu offruti t-titoli trasferibbli lill- pubbliku [6] kienu adottati numru ta’ snin ilu billi daħħlu mekkaniżmu reċiproku parzjali u kumpless tal-għarfien li mhux kapaċi jikseb il-għan tal-passaport waħdieni pprovvdut f’din id-Direttiva. Dawn id-direttivi għandhom jiġu mgħollija fil-grad, aġġornati u rraggruppati flimkien f’test waħdieni.

    (2) Sadattant, id-Direttiva 80/390/KEE kienet integrata fid-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni tat-titoli fil-listi uffiċjali tal-Borża u dwar it-tagħrif li jrid jiġi ppubblikat dwar dawn it-titoli [7], li tikkodifika numru ta’ direttivi fil-kamp tat-titoli llistjati.

    (3) Madankollu, għar-raġunijiet tal-konsistenza huwa approprjat li d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/34/KE li joħorġu mid-Direttiva 80/390/KEE flimkien mad-Direttiva 89/298/KEE jiġu rraggruppati mill-ġdid u li tiġi emendata d-Direttiva 2001/34/KE jif jixraq.

    (4) Din id-Direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-kisba tas-suq intern kif iddikjarat fil-għamla ta’ skeda taż-żmien fil-komunikazzjonijiet Komunitarji "Pjan ta’ azzjoni għall-kapital fir-riskju" u "- implimetazzjoni tal-qafas għas-suq finanzjarju: Pjan ta’ Azzjoni" li jiffaċilitaw l-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli għall-investiment tal-kapital fuq bażi tul il-Komunità kollha, inkluż għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u ta’ dawk li jkunu sejrin jinbdew, bil-konċessjoni ta’ passaport waħdieni lil min joħroġhom.

    (5) Fis-17 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixxa Kumitat ta’ l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq Ewropej tat-titoli. Fir-rapport tiegħu tal-bidu tad-9 ta’ Novembru 2000, il-Kumitat enfasizza n-nuqqas ta’ definizzjoni maqbula ta’ l-offerti pubbliċi tat-titoli, bir-riżultat illi l-istess ħidma hija meqjusa bħala tqegħid privat f’uħud mill-Istati Membri u mhux f’oħrajn; is-sistema korrenti tiskoraġġixxi lid-ditti milli jgħollu l-kapital fuq bażi tul il-Komunità kollha u għalhekk milli jkollhom aċċess veru għal suq finanzjarju kbir, likwidu u integrat.

    (6) Fir-rapport finali tiegħu tal-15 ta’ Frar 2001, il-Kumitat ta’ l-Għorrief ippropona d-dħul ta’ modi tat-teknika leġislattivi ġodda msejsa fuq avviċinament fuq erba’ livelli, jiġifieri il-prinċipji qafas, il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni, il-koperazzjoni u l-infurzar. Il-Livell 1, id-direttiva, għandu jillimita ruħu għall-prinċipji "qafas" fil-wisa’ u ġenerali, filwaqt li l-Livell 2 għandu jkun fih miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni bil-għajnuna ta’ kumitat.

    (7) Il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2001 endorsja r-rapport finali tal-Kumitat ta’ l-Għorrief u ppropona avviċinament fuq erba’ livelli sabiex jagħmel iktar effiċjenti u trasparenti l-proċess regolatorju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-titoli.

    (8) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji endorsjat ukoll ir-rapport finali tal-Kumitat tal-Għorrief, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem il-Parlament fl-istess jum mill-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta’ Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissjunarju tas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji rigward is-salvagwardji għall-irwol tal-Parlament Ewropew f’dan il-proċess.

    (9) Skond il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma, il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2 għandhom jintużaw iktar spiss sabiex jiġi żgurat illi d-disposizzjonijiet tekniċi jistgħu jinżammu aġġornati ma’ l-iżviluppi tas-suq u dawk tas-sorveljanza u għandhom jiġu ffissati temmiet taż-żmien għall-istadji kollha tal-Livell 2.

    (10) Il-mira ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni huma li jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-investitur u l-effikaċja tas-suq, skond l-istandards regolatorji għolja adottati fil-fora internazzjonali rilevanti.

    (11) It-titoli mhux ta’ ekwità maħruġa minn Stat Membru jew minn awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, mill-korpi pubbliċi internazzjonli li tagħhom Stat Membru jew iktar huma membri, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri mhumiex koperti b’din id-Direttiva u għalhekk jissoktaw ma jkunux affettwati b’din id-Direttiva; dawk imsemmija hawn fuq li joħorġu dawn it-titoli jistgħu, madankollu, jekk hekk jagħżlu, ifasslu prospett skond din id-Direttiva.

    (12) Hija wkoll meħtieġa kopertura sħiħa tas-sigurtajiet ta’ ekwità u li mhumiex ta’ ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati kif iddefiniti bid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ l-investiment fil-kamp tat-titoli [8], u mhux biss it-titoli li jkunu ġew ammessi fil-listi uffiċjali tal-Boroż, sabiex jiġi protett l-investitur. Id-definizzjoni wiesgħa tat-titoli f’din id-Direttiva, li tinkludi l-mandati, il-mandati koperti u ċ-ċertifikati, hija valida biss għal din id-Direttiva u b’konsegwenza ta’ dan b’ebda mod ma taffettwa d-definizzjonijiet varji ta’ l-istrumentri finanzjarji wżati fil-leġislazzjoni nazzjonali għal għanijiet oħra, bħalma hi t-tassazzjoni. Uħud mit-titoli definiti f’din id-Direttiva jintitolaw lill-pussessur li jikseb titoli trasferibbli jew li jirċievi ammont fi flus korrenti permezz ta’ qbil fuq il-flus korrenti stabbilit b’riferiment għal strumenti oħra, notabbilment it-titoli trasferibbli, il-muniti, ir-rati u l-ammonti ta’ l-imgħax, l-oġġetti u l-indiċijiet jew miżuri oħra. L-irċevuti depożitarji u l-bankanoti konvertibbli, p.e., it-titoli konvertibbli fuq il-għażla ta’ l-investitur, jidħlu fid-definizzjoni tat-titoli mingħajr ekwità ddikjarati f’din id-Direttiva.

    (13) Il-ħruġ ta’ titoli li jkollhom tip u/jew klassi simili fil-każ tat-titoli mingħajr ekwità maħruġa fuq il-bażi ta’ programm ta’ offerta, inklużi l-mandati u ċ-ċertifikati f’kull għamla, kif ukoll fil-każ ta’ titoli maħruġa f’manjiera kontinwa jew imtennija, għandhom jiġu mifhuma li jkopru mhux biss titoli simili imma wkoll titoli li f’termini ġenerali jappartjenu għal kategorija waħda. Dawn it-titoli jistgħu jinkludu prodotti differenti, bħalma huma titoli, ċertifikati u mandati fuq id-djun, jew l-istess prodott taħt l-istess programm, u jista’ jkollhom karatteristiċi differenti b’mod notabbli f’termini ta’ senjorità, tipi ta’ sostenn minn taħt, jew il-bażi li fuqu jiġi stabbilit l-ammont tal-fidwa jew tal-ħlas tal-kupun.

    (14) Il-konċessjoni lil min joħroġ it-titoli ta’ passaport waħdieni, validu ġewwa l-Komunità kollha, u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ l-oriġini jeħtieġu l-identifikazzjoni ta’ l-Istat Membru tal-post bħala wieħed minn dawk posizzjonati l-aħjar sabiex jirregolaw lil min joħroġ it-titoli għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

    (15) Il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar tad-Direttiva preżenti ma jipprevjenux lil Stat Membri jew lil awtorità kompetenti jew borża permezz tal-ktieb tagħhom tar-regoli milli jimponu ħtiġiet oħra partikolari fil-kuntest ta’ ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli f’suq regolat (notabbilment rigward governanza korporattiva). Dawn il-ħtiġiet ma jistgħux jirrestrinġu direttament jew indirettament it-tfassil, il-kontenut u t-tixrid ta’ prospett approvat minn awtorità kompetenti,

    (16) Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. Huwa għalhekk approprjat li jitqiesu l-ħtiġiet differenti għall-protezzjoni tal-kategoriji varji ta’ investituri u l-livell tal-kompetenza tagħhom. L-iżvelar ipprovdut mill-prospett mhux meħtieġ għall-offerti limitati għall-investituri kwalifikati. B’kuntratt ma’ dan, kull bejgħ mill-ġdid lill-pubbliku jew il-kummerċ pubbliku permezz ta’ l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jeħtieġu l-pubblikazzjoni ta’ prospett.

    (17) Dawk li joħorġu t-titoli, li joffruhom jew il-persuni li jistaqsu għall-ammissjoni fil-kummerċ f’suq regolat tat-titoli li jkunu eżentati mill-obbligu li jippubblikaw prospett iridu jibbenefikaw mill-passaport waħdieni jekk iħarsu din id-Direttiva.

    (18) Il-provvediment ta’ tagħrif sħiħ li jirrigwarda t-titoli u lil dawk li joħorġu dawn it-titoli jippromwovi, flimkien mar-regoli dwar il-kondotta tan-negozju, il-protezzjoni ta’ l-investituri. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jipprovdi mezz effettiv sabiex tiżdied il-fiduċja fit-titoli u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament u l-iżvilupp xierqa tas-swieq tat-titoli. Il-manjiera approprjata għalbiex dan it-tagħrif jintgħamel disponibbli hija li jiġi ppubblikat prospett.

    (19) L-investiment fit-titoli, bħal kull għamla oħra ta’ investiment, jinvolvi riskju. Is-salvagwardji għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ l-investituri attwali u potenzjali huma meħtieġa fl-Istati Membri kollha sabiex jgħinuhom jagħmlu stima infurmata ta’ dawn ir-riskji u b’hekk jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-investiment fil-għarfien fis-sħiħ tal-fatti.

    (20) Dan it-tagħrif, li jeħtieġ li jkun suffiċjenti u oġġettiv kemm jista’ jkun rigward iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ min joħroġ it-titoli u d-drittijiet annessi mat-titoli, għandu jiġi pprovvdut f’għamla li tista’ tiġi analizzata bla xkiel u komprensibbli. L-armonizzazzjoni tat-tagħrif issoktat fil-prospett għandu jipprovdi protezzjoni ekwivalenti lill-investutur fil-livell Komunitarju.

    (21) It-tagħrif huwa fattur ċavetta fil-protezzjoni ta’ l-investitur; fil-prospett għandu jiġi inkluż sommarju li jagħti l-karatteristiċi essenzjali u r-riskji assoċjati ma’ min joħroġ it-titoli, kull garanti u t-titoli. Sabiex jiġi żgurat l-aċċess bla xkiel għal dan it-tagħrif, is-sommarju għandu jinkiteb f’ilsien mhux tekniku u normalment ma għandux jaqbeż il-2500 kelma fl-ilsien li fih il-prospett ikun ġie imfassal oriġinarjament.

    (22) Ġew adottati l-aħjar prattiċi fil-livell internazzjonali sabiex jippermettu illi jintgħamlu l-offerti ta’ l-ekwitajiet li jaqsmu l-fruntieri bl-użu ta’ sett wieħed ta’ l-istandards ta’ l-iżvelar stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (il-IOSCO); l-istandards ta’ l-iżvelar ta’ l-IOSCO [9] iridu jgħollu l-livell tat-tagħrif disponibbli għas-swieq u għall-investituri u fl-istess ħin iridu jissimplifikaw il-proċedura għal dawk il-Komunitarji li joħorġu t-titoli li jixtiequ joħolqu l-kapital f’pajjiżi terzi. Id-Direttiva ssejjaħ ukoll li jiġu adottati standards ta’ l-iżvelar imfassla apposta għal tipi oħra ta’ titoli u għal dawk li joħorġuhom.

    (23) Il-proċeduri fuq binarji mħaffa għal dawk li joħorġu t-titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li spiss joħolqu l-kapital f’dawn is-swieq jeħtieġu d-dħul fil-livell Komunitarju ta’ għamla ġdid għall-prospetti sabiex joffru programmi jew bonds ta’ l-ipoteki u sistema ġdida ta’ dokumeni tar-reġistrazzjoni. Dawk li joħorġu t-titoli jistgħu jagħżlu li ma jużawx dawn il-formati u għalhekk sabiex jabbozzaw il-prospett bħala dokument waħdieni.

    (24) Il-kontenut ta’ prospett bażi għandu, b’mod partikolari, iqis il-ħtieġa għall-flessibbiltà fejn jidħol it-tagħrif li jrid jiġi pprovdut rigward it-titoli.

    (25) It-tħollija barra ta’ tagħrif sensittiv li jrid jiġi inkluż fi prospett għandu jkun permess permezz ta’ deroga konċessa mill-awtorità kompetenti f’ċerti ċirkostanzi sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ ħsara għal min joħroġ it-titoli.

    (26) Għandu jiġi ffissat limitu ċar taż-żmien għall-validità ta’ prospett sabiex jiġi evitat tagħrif imgħoddi.

    (27) L-investituri għandhom jiġu protetti billi tiġi żgurata l-pubblikazzjoni ta’ tagħrif ta’ min joqgħod fuqu. Dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat huma bla ħsara għal obbligu dejjem għaddej ta’ l-iżvelar imma mhumiex meħtieġa li jippubblikaw tagħrif aġġornat b’mod regolari. B’żieda ma’ dan l-obbligu, dawk li joħorġu t-titoli għandhom jelenkaw, għall-inqas darba fis-sena, it-tagħrif kollu rilevanti ppubblikat jew magħmul disponibbli lill-pubbliku fit-12-il xahar ta’ qabel, inkluż it-tagħrif ipprovdut lill-ħtiġiet varji tar-rappurtaġġ stabbilit f’leġislazzjoni Komunitarja oħra. Dan għandu jagħmilha possibbli sabiex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni ta’ tagħrif konsistenti u mifhum bla xkiel fuq bażi regolari. Sabiex jiġu evitati piżijiet eċċessivi għal ċerti wħid minn dawk li joħorġu t-titoli, dawk li joħorġu t-titoli mingħajr ekwità b’denominazzjoni minima għolja ma għandhomx ikunu meħtieġa li jissodisfaw dan l-obbligu.

    (28) Huwa meħieġ għat-tagħrif annwali li jrid jiġi pprovdut minn dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jiġi mmonitorjat mill-Istati Membri skond l-obbligi tagħhom taħt id-disposizzjonijiet tal-liġijiet Komunitarji u nazzjonali li jirrigwardaw ir-regolazzjoni tat-titoli, dawk li joħorġu t-titoli u s-swieq tat-titoli.

    (29) L-opportunità li tħalli lil min joħroġ it-titoli li jinkorporaw b’dokumenti tar-riferiment li jkun fihom it-tagħrif li jrid jiġi żvelat fi prospett - sakemm id-dokumenti inkorporati bir-riferiment ikunu ġew inkartati qabel ma’ l-aworità kompetenti jew aċċettati minnha - għandhom jiffaċilitaw il-proċedura tat-tfassil ta’ prospett u jbaxxu l-ispejjeż għal dawk li joħorġu t-titoli mingħajr ma jipperikolaw il-protezzjoni ta’ l-investitur.

    (30) Id-differenzi li jirrigwardaw l-effiċjenza, il-metodi u l-għoti taż-żmien sabiex jiġi ċċekkjat it-tagħrif mogħti fi prospett mhux biss jagħmluha iktar diffiċli għall-impriżi li joħolqu l-kapital jew jiksbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar imma wkoll jimpedixxi l-kisba mill-investituri stabbiliti fi Stat Membru wieħed tat-titoli offruti minn wieħed li joħroġ it-titoli stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew ammess għall-kummerċ fi Stat Membru ieħor. Dawn id-differenzi għandhom jiġu eliminati billi jiġu armonizzati r-regoli u r-regolamenti sabiex jinkiseb grad adegwat ta’ ekwivalenza għas-salvagwardji meħtieġa f’kull Stat Membru sabiex jiżgura l-provvediment tat-tagħrif li jkun suffiċjenti u oġġettiv kemm jista’ jkun għall-pussessuri attwali jew potenzjali tat-titoli.

    (31) Sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni tad-dokumenti varji li jagħmlu l-prospett, għandu jiġi inkoraġġit l-użu tal-faċilitajiet tal-komunikazzjoni elettronika bħlma hu l-Internet. Il-prospett għandu dejjem jiġi kkunsinnat fil-għamla ta’ miktub fuq il-karta, mingħajr ħlas, fuq talba ta’ l-investituri.

    (32) Il-prospett għandu jiġi inkartat għand l-awtorità kompetenti rilevanti u għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku minn min joħroġ it-titoli, dak li joffrihom jew il-persuna li tistaqsi għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-informazzjoni.

    (33) Huwa wkoll meħtieġ, sabiex jiġu evitati t-toqob fil-leġislazzjoni Komunitarja li jimminaw il-fiduċja pubblika u għalhekk jippreġudikaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jiġu armonizzati l-avviżi.

    (34) Kull materja ġdida li tista’ tinfluwenza l-istima ta’ l-investiment, li tinħoloq wara l-pubblikzzjoni tal-prospett imma qabel l-għeluq ta’ l-offerta jew il-bidu tal-kummerċ f’suq regolat, għandha tiġi vvalutata mill-investituri u għalhekk teħtieġ l-approvazzjoni u t-tixrid ta’ suppliment mal-prospett.

    (35) L-obbligu fuq min joħroġ i-titoli li jittraduċi l-prospett kollu fl-ilsna kollha uffiċjali rilevanti jiskoraġġixxi l-offerti li jaqsmu l-fruntieri jew il-kummerċ multiplu. Sabiex jiġu ffaċilitati l-offerti li jaqsmu l-fruntieri, meta prospett jitfassal f’ilsien li hu komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, l-ospitanti jew l-Istat Membru tal-post għandhom ikunu intitolati biss li jeħtieġu sommarju fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħhom.

    (36) L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mewmbru ospitanti għandha tkun intitolata li tirċievi ċertifikat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tal-post li jiddikjara illi l-prospett tfassal skond din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat illi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jinkisbu bis-sħiħ, huwa meħtieġ ukoll li jiġu inklużi fl-iskop tagħha t-titoli maħruġa minn dawk li joħorġu t-titoli rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi.

    (37) Varjetà ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, li jkollhom reponsabbiltajiet differenti, tista’ toħloq spejjeż bla ħtieġa u l-irkib fuq xulxin tar-responsabbiltajiet mingħajr ma jipprovdu ebda benefiċċju addizzjonali. F’kull Stat membru għandha tiġi nnominata awtorità kompetenti waħdiena sabiex tapprova l-prospetti u tassumi r-responsbbiltà li tissorvelja t-tħaris ta’ din id-Direttiva. Stat Membru għandu jingħata l-permess, taħt kondizzjonijiet stretti, li jinnomina iktar minn awtorità kompetenti waħda, imma waħda biss trid tassumi d-dnirijiet tal-koperazzjoni internazzjonali. Din l-awtorità jew dawn l-awtoritajiet għandhom jiġu stabbiliti bħala awtorità/awtoritajiet amministattiva/i u fil-għamla li tiġi ggarantita l-indipendenza tagħhom mill-atturi ekonomiċi u li jiġu evitati l-konflitti ta’ interess. In-nomina ta’ awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-prospett ma għandhiex teskludi l-koperazzjoni bejn din l-awtorità u l-entitajiet l-oħra bil-ħsieb li jiġu ggarantiti l-iskrutinju effiċjenti u l-approvazzjoni tal-prospetti fl-interess ta’ dawk li joħorġu t-titoli, l-investituri, il-parteċipanti fis-swieq u s-swieq xorta waħda. Għandha tiġi rivista kull delega tal-kompiti li jkollha x’taqsam ma’ l-obbligi pprovduti f’din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni, skond l-Artikolu 31, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u, għajr għall-pubblikazzjoni tal-prospetti approvati fuq l-Internet u l-inkartament tal-prospetti kif imsemmi fl-Artikolu 14, għandha ttemm tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    (38) Sett minimu komuni ta’ poteri lill-awtoritajiet kompetenti jrid jiggarantixxi l-effikaċja tas-sorveljnza tagħhom. Għandu jiġi żgurat il-mixi tat-tagħrif lejn is-swieq meħtieġ bid-Direttiuva 2001/34/KE u għandha tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kontra l-kontravvenzjonijiet.

    (39) Għall-għanijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhonm teħtieġ il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

    (40) Minn żmien għal żmien jistgħu jkunu meħtieġa l-gwida teknika u miżuri ta’ implimentazzjoni għar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex iqisu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tiġi mogħtija l-poter li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni, sakemm dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta’ din id-Direttiva u sakemm il-Kummissjoni taġixxi skond il-prinċipji ddikjarati f’din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tat-Titoli Ewropej stabbili bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE [10].

    (41) Hija u teżerċita l-poteri tagħha ta’ implimentazzjoni skond din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

    - il-ħtieġa li tiġi żgurata l-fiduċja fis-swieq finanzjarji fost l-investituri ż-żgħar u fost l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) bil-promozzjoni ta’ standards għolja ta’ trasparenza fis-swieq finanzjarji.

    - il-ħtieġa li l-investituri jiġu pprovduti b’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ investiment li jikkompetu ma’ xulxin u livell ta’ żvelar u protezzjoni mfassla apposta skond iċ-ċirkostanzi tagħhom,

    - il-ħtieġa li jiġi żgurat illi l-awtoritajiert regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b’mod konsistenti, speċjalment rigward il-ġlieda kontra l-kriminalità ta’ min jaħdem bil-pinna,

    - il-ħtieġa ta’ trasparenza u ta’ konsultazzjoni ta’ livell għoli mal-parteċipanti kollha tas-swieq u mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill,

    - il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn iridu jkunu dinamiċi u effiċjenti,

    - il-ħtieġa li tiġi żgurata l-istabbiltà sistematika tas-sistema finanzjarja billi l-innovazzjoni finanzjarja tiġi mmonitorjata mill-qrib u b’mod reattiv,

    - l-importanza li titnaqqas l-ispiża tal-kapital u li jiżdied l-aċċess għalih,

    - il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati, fuq il-bażi ta’ skondijiet fit-tul, l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti tas-swieq (inklużi l-SMEs u l-investituri ż-żgħar) ta’ kull miżura ta’ implimentazzjoni,

    - il-ħtieġa li tiġi kkultivata l-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji Komunitarji mingħajr preġudizzju għall-estensjoni meħtieġa ħafna tal-koperazzjoni internazzjonli,

    - il-ħtieġa li jinkiseb kamp uniformi tal-kompetizzjoni għall-parteċipanti kollha tas-swieq billi tiġi stabbilita leġislazzjoni Komunitarja kulmeta jkun approprjat,

    - il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-differenzi fis-swieq finanzjarji nazzjonali meta dawn ikollhom effett mhux mistħoqq fuq il-koerenza tas-suq waħdieni,

    - il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġislazzjoni Komunitarja l-oħra f’dan il-qasam, billi l-iżbilanċi fit-tagħrif u n-nuqqas tat-trasparenza jistgħu jipperikolaw il-ħidma tas-swieq u fuq kollox jagħmlu ħsara lill-konsumaturi u lill-investituri ż-żgħar.

    (42) Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni tal-miżuri abbozzati ta’ l-implimentazzjoni sabiex jippermetti li jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f’każijiet urġenti u ġġustifikati kif mistħoqq, dan il-perjodu taż-żmien jista’ jitqassar. Jekk, f’dan il-perjodu taż-żmien, titgħadda riżoluzzjoni mill-Parlamnt Ewropew, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-miżuri abbozzati.

    (43) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ sanzjonijiet għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għalbiex jiżguraw illi dawn is-sanzjonijiet jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

    (44) Għandha ssir disposizzjoni għad-dritt tar-rivista ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    (45) Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u appoprjat għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-kompletezza ta’ suq waħdieni tat-titoli li jiġu stabbiliti regoli dwar passaport waħdieni għal min joħroġ it-titoli. Din id-Direttiva ma tmurx lil hemm minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijit segwiti skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.

    (46) L-istima magħmula mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiffoka b’mod partikolari fuq il-proċess ta’ l-approvazzjoni tal-prospetti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, u b’mod iktar ġenerali fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-post, u sewwa jekk il-problemi tal-protezzjoni ta’ l-investitur u l-effikaċja tas-suq jistgħu jirriżultaw minn din l-applikazzjoni u sewwa jekk le; il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-funzjonament ta’ l-Artikolu 10.

    (47) Għall-iżviluppi futuri ta’ din id-Direttiva, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-materja li jiġi deċiż liema mekkaniżmu ta’ approvazzjoni għandu jiġi adottat sabiex itejjeb iktar l-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-prospetti, inkluż li possibbilment tiġi stabbilita Unita tat-Titoli Ewropej.

    (48) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji konoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    (49) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi applikata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [11],

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    L-għan u l-firxa ta’ applikazzjoni

    1. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jarmonizza l-ħtiġiet għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospetti li jridu jiġu ppubblikati meta jiġu offruti t-titoli lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew jopera ġewwa Stat Membru.

    2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

    (a) l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra ta’ investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq;

    (b) it-titoli ta’ mingħajr ekwità maħruġa minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali ta’ Stat Membru, minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri;

    (ċ) l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri;

    (d) it-titoli ggarantiti mingħajr kondizzjonijiet u b’mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru;

    (e) it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status legali jew minn kopi ta’ mingħajr qligħ, konoxxuti minn Stat Membru, bil-ħsieb li jiksbu l-mezzi meħieġa sabiex jiksbu l-għanijiet tagħhom li ma jagħmlux qligħ;

    (f) it-titoli migħajr ekwità maħruġa b’manjiera soktata jew imtennija mill-istituzzjoninjiet tal-kreditu sakemm dawn it-titoli:

    (i) ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;

    (ii) ma jagħtux id-dritt li jiġu ssottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

    (iii) jimmaterjalizzaw billi jiġu rċevuti depożiti li jitħallsu lura;

    (iv) ikunu koperti bi skema tad-depożitu ta’ garanzija skond id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi tad-depożitu tal-garanziji [12];

    (g) ishma mhux funġibbli ta’ kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdi lill-pussessur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta’ proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbigħu lil ħaddieħor mingħajr ma jiskadi dan id-dritt;

    (h) it-titoli inklużi f’offerta meta l-ammont totali ta’ l-offerta jkun inqas min EUR 2500000, liema limitu għandhu jiġi kkalkolat fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar;

    (i) "bostadsobligationer" maħruġa b’mod irripetut mill-instituzzjonijiet tal-kreditu fl-Isvezja li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jikkonċedu self fuq l-ipoteki, sakemm:

    (i) il-"bostadobligationer" maħruġa jkunu ta’ l-istess serje;

    (ii) il-"bostadsobligationer" jinħarġu meta tinqala’ l-ħtieġa matul perjodu taż-żmien speċifikat tal-ħruġ;

    (iii) it-termini u l-kondizzjonijiet tal-"bostadsobligationer" ma jiġux mibdula matul il-perjodu taż-żmien tal-ħruġ;

    (iv) is-somom li joħorġu mil-ħruġ tal-"bostadsobligationer", skond l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni ta’ min joħroġ it-titoli, jitqiegħdu f’attività li jipprovdu kopertura suffiċjenti għar-responsabbiltà li toħroġ mit-titoli;

    (j) it-titoli mingħajr ekwità maħruġa f’manjiera soktata jew imtennija mill-istituzzjonijiet tal-kreditu meta l-ammont totali ta’ l-offerta jkun inqas min EUR 50000000, liema limitu għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli:

    (i) ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;

    (ii) ma jagħtux id-dritt li jiġu ssottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

    3. Minkejja l-paragrafu 2(b), (d), (h), (i) u (j), min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom ikunu intitolati li jfasslu prospett skond din id-Direttiva meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ.

    Artikolu 2

    Id-definizzjonijiet

    1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) "titoli" tfisser it-titoli trasferibbli kif iddefiniti bl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 93/22/KEE bl-eċċezzjoni ta’ l-istrumenti tas-swieq tal-flus kif definiti bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 93/22/KEE, li jkollhom maturità ta’ inqas minn 12-il xahar. Għal dawn l-istrumeni tista’ tapplika l-leġislazzjoni nazzjonali;

    (b) "titoli ta’ ekwità" tfisser l-ishma u t-titoli l-oħra trasferibbli ekwivalenti għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll kull tip ieħor ta’ titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt li jinkiseb kull wieħed mit-titoli memmij hawn fuq bħala konsegwenza li jkunu jistgħu jiġu kkonvertiti jew li jiġu eżerċitati minnhom id-drittijiet ikkonferiti minnhom, sakemm it-titoli tat-tip ta’ l-aħħar jinħarġu minn min joħroġ l-ishma ta’ sostenn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp imsemmi ta’ min joħroġhom;

    (ċ) "titoli mingħajr ekwità" tfisser it-titoli kollha li mhumiex titoli ta’ ekwità;

    (d) "offerta tat-titoli lill-pubbliku" tfisser komunikazzjoni lil persuni f’kull għamla u b’kull mezz, li tippreżenta tagħrif biżżejjed dwar it-termini ta’ l-offerta u dwar it-titoli li jkunu sejrin jiġu offerti, hekk li jgħinu lill-investitur li jiddeċiedi dwar dawn it-titoli li jixtrihom jew jissottoskrivihom. Din id-definizzjoni għandha tapplika wkoll għat-tqegħid tat-titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji;

    (e) "investituri kwalifikati" tfisser:

    (i) l-entitajiet legali li jkunu awtrorizzati jew regolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji, inklużi: l-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet oħra awtorizzati jew regolati, il-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni, skemi oħra ta’ investiment kollettiv u l-kumpaniji tagħhom tal-ġestjoni, il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tagħhom tal-ġestjoni, in-negozjanti ta’ l-oġġetti, kif ukoll l-entitajiet mhux awtorizzati jew regolati ta’ hekk li l-għan korporattiv tagħhom huwa biss li jinvestu fit-titoli;

    (ii) il-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, il-banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali bħalma huma l-Fond Dinji Monetarju, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew ta’ l-Investument u organizzazzjonijiet internazzjonali bħalhom;

    (iii) entitjiet legali oħra li ma jissodisfawx tnejn mit-tliet kriterji dikjarati fil-paragrafu (f);

    (iv) ċerti persuni naturali: bla ħsara għar-rikonoxximent reċiproku, Stat Membru jista’ jagħżel li jawtorizza persuni naturali li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jitolbu espressament li jiġu kkunsidrati bħala investituri kwalifikati jekk dawn il-persuni jissodisfaw mill-inqas tnejn mill-kriterji dikjarati fil-paragrafu 2;

    (v) ċerti SMEs: bla ħsara għar-rikonoxximent reċiproku, Stat Membru jista’ jagħżel li jawtorizza lill-SMEs li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’dan l-Istat Membru u li jitolbu espressament li jiġu kkunsidrati bħala investituri kwalifikati;

    (f) "intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju" tfisser il-kumpaniji li, skond l-aħħar kontijiet annwali jew ikkonsolidati tagħhom, jissodisdaw mill-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: numru medju ta’ impjegati inqas minn 250 matul is-sena finanzjarja, karta tal-bilanċ totali li ma taqbiżx il-EUR 43000000 u turnover annwali nett li ma jaqbiżx il-EUR 50000000;

    (g) "istituzzjoni tal-kreditu" tfisser impriża kif iddefnita bl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 li għandha x’taqsam mat-teħid u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu [13];

    (h) "min joħroġ it-titoli" tfisser entità legali li toħroġ jew tipproponi li toħroġ it-titoli;

    (i) "persuna li tagħmel offerta" tfisser entità jew individwu legali li joffru t-titoli lill-pubbliku;

    (j) "suq regolat" ifisser suq kif iddefinit fl-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE;

    (k) "programm ta’ offerta/li joffri" ifisser pjan li jkun jippermetti l-ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità, inklużi l-mandati f’kull għamla, li jkollhom tip u/jew klassi simili, f’manjiera ssoktata jew imtennija matul perjodu speċifikat taż-żmien tal-ħruġ tat-titoli;

    (l) "titoli maħruġa f‘perjodu ssoktat jew imtenni taż-żmien" tfisser il-ħruġ skond il-ħtieġa jew mill-inqas żewġt iħruġ separati ta’ titoli ta’ tip u/jew klassi simili fuq perjodu taż-żmien ta; 12-il xahar;

    (m) "Stat Membru tal-post" ifisser:

    (i) għal dawk il-Komunitarji kollha li joħorġu t-titoli li mhumiex imsemmija fit-(ii), l-Istat Membru fejn min joħroġ it-titoli jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

    (ii) għal kull ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni għal kull unita tammontà għal mill-inqas EUR 1000, u għal kull ħruġ ta’ titoli mingħajr ekwità li jagħti d-dritt li jinkisbu kull titoli trasferibbli jew li jirċievu ammont fi flus kontanti, bħala konsegwenza talli jiġu kkonvertiti jew jiġu eżerċitati d-drittijiet ikkonferiti minnhom, sakemm min joħroġ it-titoli mingħajr ekwità ma jkunx dak li joħroġ it-titoli tas-sostenn jew entità li tappartjeni għall-grupp ta’ min joħroġ it-titoli msemmija l-aħħar, l-Istat Membru fejn min joħroġ it-titoli jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew meta t-titoli kienu jew kienu sejrin ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku, bil-għażla ta’ min jiħroġ it-titoli, dak li joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni, skond kif ikun il-każ; L-istess reġim għandu japplika għat-titoli mingħajr ekwità f’munita oħra għajr-l-euro, sakemm il-valur ta’ din id-denominazzjoni minima jkun ta’ kważi EUR 1000;

    (iii) għal dawk kollha li joħorġu titoli f’pajjiż terz, li mhumiex imsemmija fit-(ii), l-Istat Membru fejn it-titoli jkunu maħsuba li jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jew fejn issir l-ewwel applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, bil-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni, skond kif ikun il-każ, bla ħsara għall-għażla sossegwenti minn dawk li joħorġu t-titoli inkorporati f’pajjiż terz jekk l-Istat Membru tal-post ma jkunx ġie stabbilit bil-għażla tagħhom;

    (n) "Stat Membru ospitanti" ifisser l-Istat fejn issir offerta lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għall-kummerċ, meta differenti mill-Istat Membru tal-post;

    (o) "impriża ta’ investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq" tfisser it-trusts ta’ l-unitajiet u kumpaniji ta’ l-investiment:

    (i) li l-oġġett tagħhom huwa l-investiment kollettiv tal-kapital ipprovdut mill-pubbliku, u li joperaw fuq il-prinċipju tal-frix tar-risjku;

    (ii) l-unitajiet li tagħhom, fuq it-talba tal-pussessur, jiġu mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-attività ta’ dawn l-impriżi;

    (p) "unitajiet ta’ impriża ta’ investiment kollettiv" tfisser it-titoli maħruġa minn impriża ta’ investiment kollettiv bħala li tirrapprżenta d-drittijiet tal-parteċipanti f’din l-impriża fuq l-attiv tagħha;

    (q) "approvazzjoni" tfisser l-att pożittv mar-riżultat ta’ l-iskrutinju tal-kompletezza tal-propspett mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post inklużi l-konsistenza tat-tagħrif u kemm hu kapaċi li jiġi mifhum;

    (r) "prospett bażi" ifisser prospett li jkun fih it-tagħrif kollu rilevanti kif speċifikat fl-Artikoli 5, 7 u 16 fil-każ li jkun hemm suppliment, li jirrigwrda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli li jkun sejrin jiġu offruti lill-pubbiku jew ammessi għll-kummerċ, u, bil-għażla ta’ min joħroġ l-offerti, il-kondizzonijiet finali ta’ l-offerta.

    2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(e)(iv) il-kriterji huma dawn li ġejjin:

    (a) l-investitur ikun wettaq transazzjonijiet ta’ daqs sinifikanti fis-swieq tat-titoli fi frekwnza medja ta’, mill-inqas, 10 kull kwart tas-sena fuq l-erba’ kwarti preċedenti tas-sena;

    (b) id-daqs tal-portafoll tat-titoli ta’ l-investitur jaqbeż il-EUR 0,5 miljuni;

    (ċ) l-investiur jaħdem jew ikun ħadem għal mill-inqas sena fis-settur finanzjarju f’posizzjoni professjonali li teħtieġ għerf dwar l-investiment tat-titoli.

    3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(e)(iv) għandu japplika dan li ġej:

    Kull awtorità kompetenti għandha tiżgura illi jkunu f’posthom il-mekkaniżmi approprjati għal reġistru tal-persuni naturali u l-SMEs ikkunsidrati bħala investituri kwalifikati, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat livell adegwat tal-protezzjoni ta’ l-informazzjoni. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għal dawk lollha li joħorġu t-titoli. Kull persuna naturali jew SME li jkunu jixtiequ li jiġu kkunsidrati bħala investituri kwalifikati għandhom jirreġistraw u kull investitur reġistrat jista’ jiddeċiedi li jagħżel li joħroġ minnu f’kull waqt.

    4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 24(2), miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw id-definizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1, inkluż l-aġġustament taċ-ċifri wżati fid-definizzjonijiet ta’ l-SMEs, filwaqt li jitqiesu l-leġislazzjoni Komunitarja u r-rakkommandazzjonijiet kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi u l-miżuri ta’ l-iżvelar li jkollhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni ta’ l-investituri individwali.

    Artikolu 3

    L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett

    1. L-Istati Membri ma għandhom jippermettu li ssir ebda offerta ta’ titoli lill-pubbliku fit-territorju tagħhom mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett.

    2. L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għat-tipi ta’ offerta li ġejjin:

    (a) offerta għat-titoli indirizzata lill-invstituri kkwalifikati biss; u/jew

    (b) offera għat-titoli indirizzata lil inqas minn 100 persuna naturali jew legali għal kull Stat Membru, għajr għall-investituri kkwalifikati; u/jew

    (ċ) offerta għat-titoli indirizzata lil investitri li jiksbu titoli għal ammont totali ta’ mill-inqas EUR 50000 kull investitur, għal kull offerta separata; u/jew

    (d) offerta għat-titoli li d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità tammonta għal mill-inqas EUR 50000; u/jew

    (e) offerta tat-titoli b’ammont totali ta’ inqas min EUR 100000, liema limitu għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar.

    Madankollu kull bejgħ mill-ġdid sossegwenti tat-titoli li qabel kienu bla ħsara għal tip jew iktar ta’ l-offerta msemmija f’dan il-paragrafu għandha titqies bħala offerta separata u għandha tapplika d-definizzjoni ddikjarata fl-Artikolu 2(1)(d) bil-għan li jiġi deċiż jekk dan il-bejgħ mill-ġdid huwiex offerta tat-titoli lill-pubbliku jew le. It-tqegħid tat-titoli permezz ta’ l-intermedjarji finanzjarji għandu jkun bla ħsara għall-pubblikazzjoni ta’ prospett jekk ma jiġu ssidisfatti l-ebda waħda mill-kondizzjonijiet minn (a) sa (e) għat-tqegħid finali.

    3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew li jopera ġewwa t-territorji tagħhom tkun bla ħsara għall-pubblikazzjoni ta’ prospett.

    Artikolu 4

    L-eżenzjonijiet mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett

    1. l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għall-offerti tat-titoli lill-pubbliku rigward it-tipi ta’ titoli li ġejjin:

    (a) l-ishma maħruġa minflok l-ishma ta’ l-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

    (b) it-titoli offruti b’konnessjoni ma’ teħid tal-pussess permezz ta’ offerta ta’ skambju, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif li jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġet tal-leġislazzjoni Komunitarja;

    (ċ) it-titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ inkorporazzjoni, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif li jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġet tal-leġislazzjoni Komunitarja;

    (d) l-ishma offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi jiġu mħallsa fil-għamla ta’ ishma ta’ l-istess klassi bħall-ishma li rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natura ta’ l-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji ta’ l-offerta;

    (e) it-titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew ta’ qabel minn min jimpjegahom li jkollu titoli diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew minn impriża assoċjata, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natua tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji ta’ l-offerta.

    2. L-obbligu li jiġi ppubblikat prospett ma għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-tipi ta’ titoli li ġejjin:

    (a) l-ishma li, fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar, jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tan-numru ta’ l-ishma ta’ l-istes klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

    (b) l-ishma maħruġa minflok l-ishma ta’ l-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-isma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

    (ċ) it-titoli offruti b’konnessjoni ma’ teħid tal-pussess permezz ta’ offerta ta’ skambju, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif li jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġet tal-leġislazzjoni Komunitarja;

    (d) it-titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ inkorporazzjoni, sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif li jkun meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġet tal-leġislazzjoni Komunitarja;

    (e) l-ishma offruti, assensjati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fil-għamla ta’ ishma ta’ l-istess klassi bħall-ishma li rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, sakemm l-ishma msemmija jkunu ta’ l-istess klassi bħal ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u jkun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natura ta’ l-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji ta’ l-offerta;

    (f) it-titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lid-diretturi jew lill-impjegati eżistenti jew ta’ qabel minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, sakemm it-titoli msemmija jkunu ta’ l-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u sakemm ikun disponibbli dokument li jkun fih it-tagħrif dwar in-numru u n-natua tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji ta’ l-offerta;

    (g) l-ishma li jirriżulatw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta’ titoli oħra jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet ikkonferiti minn titoli oħra, skemm l-ishma msemmija jkunu ta’ l-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

    (h) l-ishma diġà ammessi għall-kummerċ f’suq ieħor regolat, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) illi dawn it-titoli, jew titoli ta’ l-istess klassi, jkunu ġew ammessi għall-kummerċ f’dan is-suq l-ieħor regolat għal iktar minn 18-il xahar;

    (ii) illi, rigward it-titoli ammessi għall-ewwel darba għall-kummerċ f’suq regolat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-ammissjoni għall-kummerċ f’dan is-suq l-ieħor regolat kienet assoċjata ma’ prospett approvat magħmul disponibbli lill-pubbliku skond l-Artikolu 14;

    (iii) illi, għajr fejn japplika t-(ii), rigward it-titoli ammessi għal-ewwel darba sabiex jiddaħħlu fil-listi wara t-30 ta’ Ġunju 1983, il-partikolaritajiet dwar li jiddaħħlu fil-listi kienu approvati skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 80/390/KEE jew tad-Direttiva 2001/34/KE;

    (iv) illi jkunu mwettqa l-obbligi li jkunu għaddejja għall-kummerċ f’dan is-suq l-ieħor regolat;

    (v) illi l-persuna li tkun tfittex l-ammissjoni ta’ titolu għall-kummerċ f’suq regolat skond din l-eżenzjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku dokument sommarju f’ilsien aċċettat mill-awrorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta-ssuq regolat fejn titfittex l-ammissjoni;

    (vi) illi d-dokument sommarju riferit fil-(v) jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku fl-Istat Membru tas-suq regolat meta titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ fil-manjiera ddikjarata fl-Artikolu 14(2); u

    (vii) illi l-kontenut tad-dokument sommarju għandu jikkonforma ma’ l-Artikolu 5(2). Iktar minn hekk, id-dokument għandu jiddikjara fejn ikun jista’ jinkiseb il-prospett l-iktar riċenti u fejn ikun disponibbli t-tagħrif finanzjarju ppubblikat minn min joħroġ it-titoli skond l-obbligi tiegħu għaddejja ta’ l-iżvelar.

    3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-paragrafi 1(b), 1(ċ), 2(ċ) u 2(d), notabbilment fejn tidħol it-tifsira ta’ l-ekwivalenza.

    KAPITOLU II

    IT-TFASSIL TAL-PROSPETT

    Artikolu 5

    Il-Prospett

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(2), il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif kollu li, skond in-natura partikolari ta’ min joħroġ it-titoli u tat-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, huwa meħtieġ sabiex jgħin lill-investituri jagħmlu stima infurmata ta’ l-attivi u l-liabbiltajiet, il-posizzjoni finanzjarja, il-qligħ u t-telf, u l-prospetti ta’ min jiħroġ it-titoli u ta’ kull garanti, u tad-drittijiet annessi ma’ dawn it-titoli. Dan it-tagħrif għandu jiġi ppreżentat f’għamla li tkun tista tiġi analizzata u tinftiehem bla xkiel.

    2. Il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. Għandu jinkludi wkoll sommarju. Is-sommarju għandu jwassal, f’manjiera qasira u f’ilsien mhux tekniku, il-karetteristiċi essenzjali u r-riskji assoċjati ma’ min joħroġ it-titoli, kull garanti u t-titoli, fl-ilsien li fih kien tfassal oriġinarjament il-prospett. Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija illi:

    (a) għandu jinqara bħala daħla għall-prospett;

    (b) kull deċiżjoni għal investiment fit-titoli għandha tkun imsejsa fuq il-konsiderazzjoni tal-prospett bħala ħaġa waħda mill-investitur;

    (ċ) meta pretensjoni li jkollha x’taqsam mat-tagħrif li jkun jinsab fi prospett titressaq quddiem qorti, l-investitur kwerelant jista’, skond il-legislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri, jkollu jġorr l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċedimenti legali; u

    (d) ir-responsabbiltà ċivili taqa’ fuq dawk il-persuni li jkunu intavolaw is-sommarju, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, u applikata għan-notifika tagħha, imma biss jekk is-sommarju jkun iqarraq, mhux eżatt jew inkonsistenti meta moqri flimkien ma’ partijiet oħra tal-prospett.

    Meta l-prospett ikollu x’jaqsam ma’ l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità li jkollhom denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 50000, ma għandu jkun hemm l-ebda ħtieġa li jiġi pprovdut sommarju għajr meta mitlub minn Stat Membru kif ipprovvdut fl-Artikolu 19(4).

    3. Bla ħsara għall-paragafu 4, min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jistgħu jfasslu l-propsett bħala dokument waħdieni jew bħala dokumenti separati. Prospett kompost minn dokumenti separati għandu jqassam it-tagħrif meħtieġ f’dokument tar-reġistrazzjni, nota dwar it-titoli u nota sommarja. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun fih it-tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ min joħroġ it-titoli. In-nota dwar it-titoli għandu jkun fiha t-tagħrif li jirrigwarda t-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

    4. Rigward it-tipi ta’ titoli li ġejjin, il-prospett jista’, bil-għażla ta’ min joħroġhom, min joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jikkonsisti fi propspett bażi li jkun fih it-tagħrif kollu rilevanti li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat:

    (a) it-titoli mingħajr ekwità, inklużi l-mandati f’kull għamla, maħruġa taħt programm ta’ offerti;

    (b) it-titoli mingħajr ekwità maħruġa b’manjiera ssoktata jew imtennija mill-istituzzjoninjiet tal-kreditu,

    (i) meta s-somom li jkunu ġejjin mill-ħruġ tat-titoli msemmija, skond il-leġislanzzjoni nazzjonali, jitqiegħdu f’attivi li jipprovdu kopertura biżżejjed għar-responsabblità li toħroġ mit-titoli sad-data tal-maturità tagħhom;

    (ii) meta, fl-eventwalità ta’ falliment ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu relatat, is-somom imsemmija jkunu maħsuba, bħala prijorità, għalbiex jitħallsu lura l-kapital u l-imgħax li jkunu waslu biex jagħlqu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u l-għeluq ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu [14].

    It-tagħrif mogħti fil-prospett bażi għandu jiġi ssupplimentat, jekk meħtieġ, skond l-Artikolu 16, bit-tagħrif aġġornat dwar min joħroġ it-titoli u t-titoli li jridu jiġu offerti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

    Jekk il-kondizzjonijiet finali ta’ l-offerta ma jiġux inklużi jew fil-prospett bażi jew f’suppliment, il-kondizzjonijiet finali għandhom jiġu pprovduti lill-investituri u inkartati għand l-awtorità kompetenti meta kull offerta pubblika tintgħamel malajr kemm jista’ jkun prattikabbli u jekk possibbli bil-quddiem tal-bidu ta’ l-offerta. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(1)(a) għandhom japplikaw f’kull każ minn dan.

    5. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-poċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-format tal-prospett jew tal-prospett bażi u s-supplimenti.

    Artikolu 6

    Ir-responsabbiltà annessa mal-prospett

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-responsabbiltà rigward it-tagħrif mogħti fi prospett ikollu x’jaqsam mill-inqas ma’ min joħroġ it-titoli jew il-korpi tiegħu amministrattivi, tal-ġestjoni jew tas-sorveljanza, ma’ min joffrihom, mal-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-garanti, skond kif ikun il-każ. Il-persuni responsabbli għandhom ikunu identifikati biċ-ċar fil-prospett b’isimhom u l-funzjonament tagħhom jew, fil-każ ta’ persuni legali, isimhom u l-uffiċċji reġistrati tagħhom, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tagħhom li, safejn ikunu jafu, it-tagħrif li jkun jinsab fil-prospett ikun skond il-fatti u li l-prospett ma jħalli barra xejn li x’aktarx jaffettwa l-importanza tiegħu.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli mit-tagħrif mogħti fi prospett.

    Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-ebda responsabbiltà ċivili ma għandha taqa’ fuq persuna fuq il-bażi tas-sommarju biss, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, għajr jekk ikunu qarrieqa, mhux preċiżi jew inkonsistenti meta moqrija flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett.

    Artikolu 7

    It-tagħrif minimu

    1. Il-miżuri dettaljati ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw it-tagħrif speċifiku li jrid jiġi inkluż fi prospett, bl-evitar tad-duplikazzjoni tat-tagħrif meta prospett ikun mibni fuq dokumenti separati, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2). L-ewwel sett tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sa l-1 ta’ Lulju 2004.

    2. B’mod partikolari, sabiex jiġu elaborati l-mudelli varji tal-prospetti, għandu jitqies dan li ġej:

    (a) it-tipi varji tat-tagħrif meħtieġ mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta’ ekwità mqabbla mat-titoli mingħajr ekwità, għandu jittieħed avviċinament konsistenti rigward it-tagħrif meħtieġ fi prospett għat-titoli li jkollhom rationale ekonomiku simili, notabbilment it-titoli derivattivi;

    (b) it-tipi varji u l-karatteristiċi ta’ l-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità. It-tagħrif meħtieġ fi prospett għandu jkun approprjat mil-lat ta’ l-investituri interessati għat-titoli mingħajr ekwità li jkollhom id-denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 50000;

    (ċ) il-format użat u t-tagħrif meħtieġ fil-prospetti li għandhom x’jaqsmu mat-titoli mingħajr ekwità, inklużi l-mandati f’kull għamla, maħruġa taħt programm ta’ offerti;

    (d) il-format użat u t-tagħrif meħtieġ fil-prospetti li għandhom x’jaqsmu mat-titoli mingħajr ekwità, safejn u sakemm dawn it-titoli ma jkunux issubordinati, konvertibbli, jistgħu jiġu skambjati, bla ħsara għad-drittijiet tas-sottoskrizzjoni u tal-kisba jew marbuta ma’ l-istrumenti derivattivi, maħruġa f’manjiera ssoktata jew imtennija ma’ l-entitajiet awtorizzati jew regolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea;

    (e) l-attivitajiet varji u d-daqs ta’ min joħroġ it-titoli, b’mod partikolari l-SMEs. Rigward dawn il-kumpaniji, it-tagħrif għandu jiġi addattat skond id-daqs tagħhom u, meta approprjat, skond l-istorja iktar qasira tax-xogħol tagħhom;

    (f) jekk japplika, in-natura pubblika ta’ min joħroġ it-titoli.

    3. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu msejsa fuq l-istandards fil-kamp tat-tagħrif finanzjarju u mhux finanzjarju dikjarat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, u b’mod partikolari mill-IOCSO u dwar l-Annessi indikattivi ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 8

    L-ommissjoni tat-tagħrif

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi meta l-offerta finali u l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbliku ma jistgħux jiġu inkużi fil-prospett:

    (a) il-kriterji, u/jew il-kondizzjonijiet li skond huma iridu jiġu stabbiliti l-elementi ta’ hawn fuq jew, fil-każ tal-prezz, il-prezz massimu, iridu jiġu żvelati fil-prospett; jew

    (b) l-aċċettazzjonijiet tax-xiri jew tas-sottoskrizzjoni tat-titoli jistgħu jiġu rtirati f’mhux inqas minn jumejn tax-xogħol wara l-prezz finali ta’ l-offerta u l-ammont tat-titoli li jridu jiġu offruti lill-pubbiku jkunu ġew inkartati.

    Il-prezz finali ta’ l-offerta u l-ammont tat-titoli għandhom jiġu inkartati għand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post u ppubblikati skond l-arranġamenti pprovvduti fl-Artikolu 14(2).

    2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jistgħu jawtorizzaw l-ommissjoni mill-prospetti rigward ċertu tagħrif ipprovdut f’din id-Direttiva jew fil-miżuri ta’ implimentazzjoni riferiti fl-Artikolu 7(1), jekk tikkunsidra li:

    (a) l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif ikun kuntrarju għall-interess pubbliku; jew

    (b) l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif ikun ta’ ħsara gravi għal min joħroġ it-titoli, sakemm din it-tħollija barra x’aktarx li ma tqarraqx bil-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-istima infurmata, għal min joffri l-oferti jew il-garanti, jekk ikun hemm minnhom, u rigward id-drittijiet annessi mat-titoli dejn jidħlu l-prospetti; jew

    (ċ) dan it-tagħrif ikun ta’ importanza minuri għal offerta jew ammissjoni speċifiċi għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat u mhux bħala ta’ hekk li jrid jinfluwenza l-istima tal-posizzjoni finanzjarja u l-prospetti ta’ min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew il-garanti, jekk ikun hemm minnhom.

    3. Mingħajr preġudizzju għal tagħrif adegwat għall-investituri, meta, b’mod eċċezzjonali, ċertu tagħrif meħtieġ mill-miżuri ta’ implimentazzjoni riferit fl-Artikolu 7(1) li jrid jiġi inkluż fi prospett ma jkunx approprjat għall-isfera ta’ l-attività jew għall-forma legali ta’ min joħroġ it-titoli jew tat-titoli li magħhom ikollu x’jaqsam il-prospett, il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif ekwivalenti għat-tagħrif meħtieġ. Jekk ma jkun hemm l-ebda tagħrif minn dan, din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika.

    4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-poċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-paragrafu 2.

    Artikolu 9

    Il-validità ta’ prospett, ta’ prospett bażi u tad-dokument tar-reġoistrazzjoni

    1. Prospett għandu jkun validu għal 12-il xaha wara l-pubblikazzjoni tiegħu rigward l-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat, sakemm dan il-prospett ikun ikkompletat b’kull suppliment meħtieġ skond l-Artikolu 16.

    2. Fil-każ ta’ programm ta’ l-offerti, il-prospett bażi, inkartat qabel, għandu jkun validu għal perjodu taż-żmien ta’ sa 12-il xahar.

    3. Fil-każ tat-titoli mingħajr ekwità riferiti fl-Artikolu 5(4)(b), il-prospett għandu jkun validu sakemm ma jinħarġu l-ebda titoli oħra f’manjiera soktata u mtennija.

    4. Dokument tar-reġistrazzjoni, kif riferit fl-Artikolu 5(3), inkartat qabel, għandu jkun validu għal perjodu taż-żmien ta’ sa 12-il xahar sakemm ikun ġie aġġornat skond l-Artikolu 10(1). Id-dokument tar-reġistrazzjoni akkumpanjat min-nota dwar it-titoli, aġġornat jekk japplika skond l-Artkolu 12, u n-nota sommarja għandhom jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu prospett validu.

    Artikolu 10

    It-Tagħrif

    1. Dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jipprovdu mill-inqas ta’ kull sena dokument li jkun fih jew jirreferi għat-tagħrif kollu li jkunu ppubblikaw jew għamlu disponibbli lill-pubbliku fit-12-il xahar ta’ qabel fi Stat Membru jew iktar u f’pajjiżi terzi skond l-obbligi tagħhom taħt l-liġijiet Komunitarji u nazzjonali li jittrattaw ir-regolazzjoni tat-titoli, dawk li joħorġuhom u s-swieq tat-titoli. Dawk li joħorġu t-titoli għandhom għall-inqas jirreferu għat-tagħrif meħtieġ skond id-direttivi tal-liġijiet tal-kumpaniji, id-Direttiva 2001/34/KE u r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà [15].

    2. Id-dokument għandu jiġi inkartat għand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post wara l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja. Meta dokument jirreferi għal tagħrif, għandu jiġi ddikjarat minn fejn dan it-tagħrif ikun inkiseb.

    3. L-obbligu dikjarat fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ħruġ ta’ titoli migħajr ekwità li d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità tammonta għal mill-inqas EUR 50000.

    4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta, skond il-poċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-paragrafu 1. Dawn il-miżuri jrid ikollhom x’jaqsmu biss mal-metodu tal-pubblikazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-iżvelar imsemmija fil-paragrafu 1 u ma jridu jintitolaw l-ebda ħtiġiet ġodda ta’ żvelar. L-ewwel sett tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sa l-1 ta’ Lulju 2004.

    Artikolu 11

    L-inkorporazzjoni bir-riferiment

    1. L-Istati Membri għandhom jippermettu illi t-tagħrif jiġi inkorporat fil-prospett b’riferiment għal dokument jew iktar ippubblikati qabel jew simultanjament li jkunu ġew approvati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jew inkartati għandha skond din id-Direttiva, b’mod partikolari skond l-Artkolu 10, jew skond it-Titoli IV u V tad-Direttiva 201/34/KE. Dan it-tagħrif għandu jkun dak disponibbli l-iktar tard għal min joħroġ it-titoli. Is-sommarju ma għandux jinkorpora tagħrif bir-referenzi.

    2. Meta t-tagħrif jiġi inkorporat bir-referenzi, trid tiġi pprovduta lista ta’ referenzi inkroċjati sabiex tgħin lill-investituri li jidentifikaw punti speċifiċi tat-tagħrif mingħajr xkiel.

    3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-poċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw it-tagħrif li jridu jiġi inkorporat b’referenza. L-ewwel sett tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sa l-1 ta’ Lulju 2004.

    Artikolu 12

    Il-prospetti li jikkonistu f’dokumenti separati

    1. Wieħed li joħroġ it-titoli li diġà jkollu numru tar-reġistrazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ li jfassal biss in-nota dwar it-titoli u n-nota sommarja meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.

    2. F’dan il-każ, in-nota dwar it-titoli għandha tipprovdi t-tagħrif li normalment jiġi pprovdut fid-dokument tar-reġistrazzjoni jekk tkun ġrat bidla materjali jew żvilupp riċenti li jistgħu jaffettwaw l-istimi ta’ l-investituri minn meta kien approvat l-aħħar dokument aġġornat tar-reġistrazzjoni jew minn kull suppliment kif ipprovvdut fl-Artikolu 16. It-titoli u n-noti sommarji għandhom ikunu bla ħsara għal approvazzjoni separata.

    3. Meta min joħroġ it-titoli jkun inkarta biss dokument tar-reġistrazzjoni mingħajr l-approvazzjoni, id-dokument intier, inkluż it-tagħrif aġġornat, għandhom ikunu bla ħsara għall-approvazzjoni.

    KAPITOLU III

    L-ARRANĠAMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI U L-PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

    Artikolu 13

    L-Approvazzjoni tal-prospett

    1. L-ebda prospett ma għandu jiġi ppubblikat sakemm ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

    2. Din l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom u lill-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, skond kif ikun il-każ, bid-deċiżjoni tagħha rigward l-approvazzjoni tal-prospett fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ l-abbozz tal-prospett.

    Jekk l-awtorità kompetenti tonqos milli tagħti deċiżjoni dwar il-prospett fil-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan il-paragrafu u fil-paagrafu 3, dan ma għandux jitqies li jikkostitwixxi approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni.

    3. Il-limitu taż-żmien riferit fil-paagafu 2 għandu jiġi mtawwal b’20 jum tax-xogħol jekk l-offerta lill-pubblika tinvolvi titoli maħruġa minn min joħroġhom li ma jkollu l-ebda titolu ammess għall-kummerċ f’suq regolat u li ma jkunx offra titoli lill-pubbliku qabel.

    4. Jekk l-awtorità kompetenti ssib, għal raġunijiet raġjonevoli, illi d-dokumenti sottomessi lilha ma jkunux ikkompletati jew li jeħtieġ tagħrif supplimentali, il-limiti taż-żmien riferiti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss mid-data li fiha jkun ipprovdut dan it-tagħrif minn min joħroġ it-titoli, minn min joffrihom jew mill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat.

    Fil-każ riferit fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lil min joħroġ it-titoli jekk id-dokumenti ma jkunux ikkompletati fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjni.

    5. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tista’ tittrasferixi l-approvazzjoni ta’ prospett lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, bla ħsara għall-qbil ta’ din l-awtorità. Iktar minn hekk, dan it-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol mit-teħid tad-deċiżjoni mill-aworità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post. Il-limitu taż-żmien riferit fil-paragrafu 2 għandu japplika minn din id-data.

    6. Din id-Direttiva ma għandhiex tiġi affettwata mir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti, li għandha tissokta tkun irregolata mil-liġijiet nazzjonali biss.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-disposizzjonijiet tagħhom dwar ir-responsabblità ta’ l-awtoritajiet kompetenti tapplika biss għall-approvazzjonijiet tal-prospetti mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

    7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet li skond huma jistgħu jiġu aġġustati l-limiti taż-żmien.

    Artikolu 14

    Il-Pubblikazzjoni tal-prospett

    1. Ġaladarba approvat, il-prospett għandu jiġi inkartat għand l-awtorità kompetetnti ta’ l-Istat Membru tal-post u għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew mill-persuna li titlob għall-ammisjoni għall-kummerċ f’suq regolat malajr kemm prattikabbli u f’kull każ, fi żmien raġjonevoli bil-quddiem ta’ l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u l-iktar tard sal-bidu ta’ dawn. B’żieda ma’ dan, fil-każ ta’ offerta tal-bidu lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li jkunu għadhom ma ġewx ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li tkun sejra tiġi ammessa għall-kummerċ għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem ta’ l-offerta.

    2. Il-prospett għandu jitqies disponibbli lill-pubbliku meta ppubblikat jew:

    (a) billi jiġi mdaħħal f’gazzetta jew iktar li jiċċirkolaw fl-Istati Membru kollha, jew jiġu ċċirkolati fil-wisa’ fl-Istati Membri kollha li fihom issir l-offerta lill-pubbliku jew fejn titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ, jew

    (b) f’għamla stampata li trid tintgħamel disponibbli lill pubbliku, mingħajr ħlas, fl-uffiċċji tas-suq li fih it-titoli jkun sejrin jiġu ammessi għall-kummerċ, jew fl-uffiċċju reġistrat ta’ min joħroġ it-titoli u fl-uffiċċji ta’ l-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu; jew

    (ċ) f’għamla elettronika fuq il-website ta’ min joħroġ it-titoli u, jekk japplika, fuq il-website ta’ l-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti li jħallsu; jew

    (d) f’għamla elettronika fuq il-website tas-suq regolat fejn titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ; jew

    (e) f’għamla elettronika fuq il-website ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jekk l-awtorità msemmija tkun iddeċidiet li toffri dan is-sevizz.

    Stat Membru tal-post jista’ jeħtieġ lil dawk li joħorġu t-titoli li jippubblikaw il-prospetti tagħhom slond il-(a) jew il-(b) li jippubblikaw ukoll il-prospetti tagħhom f’għamla elettronika skond iċ-(ċ),

    3. B’żieda ma’ dan, Stat Membru jista’ jeħtieġ il-pubblikazzjoni ta’ avviż li jiddikjara kif il-prospett intgħamel disponibbli u fejn jista’ jinkiseb mill-pubbliku.

    4. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tippubblika fuq il-website tagħha fuq perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar, bil-għażla tagħha, il-prospetti kollha approvati skond l-Artikolu 13, inkluża, jekk tapplika, hyperlink tal-prospett ippubblikat fuq il-website ta’ min joħroġ it-titoli, jew fuq il-website tas-suq regolat.

    5. Fil-każ ta’ prospett li jkun fih numru ta’ dokumenti u/jew li jinkorpora t-tagħrif bir-referenzi, id-dokumenti u t-tagħrif li jagħmlu l-prospett jistgħu jiġu ppubblikati u ċċirkolati separatament sakemm id-dokumenti msemmija jintgħamlu disposnibbli lill-pubbliku mingħajr ħlas, skond l-arranġamenti stabbiliti fil-paagadu 2. Kull dokument għandu jindika fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti kostitwenti l-oħra tal-prospett sħiħ.

    6. It-test u l-format tal-prospett, u/jew is-supplimenti mal-prospett, ippubblikati jew magħmula disponibbli lill-pubbliku, għandhom ikunu identiċi f’kull waqt mal-verżjoni oriġinali approvata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

    7. Meta prospett jintgħamel disponibbli lill-pubbliku fil-għamla elettronika, kopja fuq il-karta trid madankollu tiġi kkunsinnata mingħajr ħlas lill-investitur, minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom, mill-persuna li titlob li jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew mill-intermedjarji finanzjarji fejn jitqiegħdu jew jinbigħu t-titoli.

    8. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-poċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-paragrafi 1, 2, 3 u 4. L-ewwel sett tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sa l-1 ta’ Lulju 2004.

    Artikolu 15

    Ir-riklami

    1. Kull tip ta’ riklam li jkollu x’jaqsam jew ma’ offerta tat-titoli lill-pubbliku jew ma’ ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu josserva l-prinċipji li jinsabu fil-paragrafi minn 2 sa 5. Il-paragrafi minn 2 sa 4 għandhom japplikaw biss għall-każijiet meta min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew il-persuna li tapplika għall-ammissjoni għall-kummerċ ikunu koperti bl-obbliġu li jfasslu prospett.

    2. Ir-riklami għandhom jiddikjaraw illi ġie ppubblikat jew irid jiġi ppubblikat prospett u għandhom jindikaw fejn l-investituri jistgħu jew iridu jkunu jistgħu jiksbuh.

    3. Ir-riklami jridu jintgħarfu biċ-ċar ta’ hekk. It-tagħrif li jkun jinsab fir-riklam ma għandux ikun eżatt jew li jqarraq. Dan it-tagħrif għandu wkoll ikun konsistenti mat-tagħrif li jkun jinsab fil-prospett, jekk diġà ppubblikat, jew mat-tagħrif meħtieġ li jkun fil-prospett, jekk il-prospett jiġi ppubblikat wara.

    4. Ikun xi jkun il-każ, it-tagħrif kollu li jirrigwarda l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat żvelat fil-għamla bil-fomm jew bil-miktub, saħansitra jekk mhux għall-għanijiet tar-riklami, għandu jkun konsistenti ma’ dak li jkun jinsab fil-prospett.

    5. Meta skond din id-Direttiva mhu meħtieġ l-ebda prospett, it-tagħrif materjali pprovdut minn wieħed li joħroġ it-titoli jew wieħed li joffrihom u indirizzati lil investituri kwalifikati jew lil kategpriji speċjali ta’ investituri, inkluż it-tagħrif żvelat fil-kuntest tal-laqgħat li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-offerti tat-titoli, għandhom jiġu żvelati lill-investituri kwalifikati kollha jew lill-kategoriji speċjali ta’ l-investituri kollha li lilhom tkun indirizzata l-offerta b’mod esklussiv. Meta prospett ikun meħtieġ li jiġi ppubblikat, dan it-tagħrif għandu jiġi inkluż fil-prospett jew f’suppliment mal-prospett skond l-Artkolu 16(1).

    6. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandu jkollha s-setgħa li jeżerċita kontroll fuq it-tħaris ta’ l-attuvità tar-riklami, li jkollha x’taqsam ma’ offerta pubblika tat-titoli jew ma’ ammissjoni għall-kummerċ f’suq iregolat, mal-prinċipji riferiti fil-paragrafi minn 2 sa 5.

    7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2), il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw it-tixrid tar-riklami li jħabbru l-intenzjoni li jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, b’mod partikolari qabel ma l-prospett ikun intgħamel disponibbli lill-pubbliku jew qabel il-ftuħ tas-sottoskrizzjonijiet, u li jirrigwardaw il-paragrafu 4. L-ewwel sett tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Lulju 2004.

    Artikolu 16

    Is-Supplimenti għall-prospetti

    1. Kull fattur ġdid sinifikanti, kull żball jew ineżattezza materjali sinifikanti li jkollhom x’jaqsmu mat-tagħrif inkluż fil-prospett li jkun kapaċi jaffettwa l-istima tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu nnotati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali ta’ l-offerta lill-pubbliku jew, skond kif ikun il-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f’suq regolat, għandhom jissemmew f’suppliment mal-prospett. Dan is-suppliment għandu jiġi approvat fl-istess manjiera f’massimu ta’ sebat ijiem tax-xogħol u applikat skond mill-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta kien ippubblikat il-prospett oriġinali. Is-sommarju, u kull traduzzjoni tiegħu. għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, jekk meħtieġa sabiex jitqies it-tagħrif il-ġdid inkluż fis-suppliment.

    2. L-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat is-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jista’ jiġi eżerċitat f’limitu taż-żmien li ma għandux ikun iqsar minn jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom.

    KAPITOLU IV

    L-OFFERTI LI JAQSMU L-FRUNTIERI U L-AMMISSJONI GĦALL-KUMMERĊ

    Artikolu 17

    L-iskop Komunitarju ta’ l-approvazzjonijiet u l-pospetti

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jiġu pprovduti fi Stat Membru jew iktar, jew fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-post, il-prospett approvat mill-Istat Membru tal-post u kull suppliment ta’ miegħu għandhom ikunu validi għall-offerta pubblika jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f’kull numru ta’ Stati Membri ospitanti, sakemm l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti tiġi nnotifikata skond l-Artikolu 18. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti ma għandhom jindaħlu għall-ebda approvazzjoni jew proċeduri amministrattivi li jkollhom x’jaqsmu mal-prospetti.

    2. Jekk ikun hemm fatturi ġodda, żbalji jew ineżattezzi materjali sinifikanti, kif riferit fl-Artikolu 16, li jinħolqu minn meta jiġi approvat il-prospett, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha teħtieġ li tiġi approvata l-pubblikazzjoni ta’ suppliment kif ipprovdut fl-Artikolu 13(1). L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti tista’ tiġbed l-attenzjoni ta’ l-Istat Membru tal-post rigward il-ħtieġa ta’ kull tagħrif ġdid.

    Artikolu 18

    In-Notifika

    1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha, fuq it-talba ta’ min joħroġ it-titoli jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett u fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol wara din it-talba jew, jekk it-talba tiġi ssottomessa flimkien ma’ l-abbozz tal-prospett, fi żmien jum tax-xogħol wara l-approvazzjoni tal-prospett, tipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti ċertifikat ta’ approvazzjoni li jattesta illi l-prospett tfassal skond din id-Direttiva u kopja tal-prospett imsemmi. Jekk tapplika, din in-notifika għandha tiġi akkumpanjata bi traduzzjoni tas-sommarju prodott fuq ir-responsabbiltà ta’ min joħroġ it-titoli jew tal-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett. L-istess proċedura għandha tiġi segwita għal kull suppliment mal-prospett.

    2. L-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) u (3) għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tiegħu.

    KAPITOLU V

    L-UŻU TA’ L-ILSNA U DAWK LI JOĦORĠU T-TITOLI INKORPORATI F’PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 19

    L-użu ta’ l-ilsna

    1. Meta ssir offerta lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru tal-post biss, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

    2. Meta ssir offerta lill-pubbliku jew titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar minbarra l-Istat tal-post, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati Membri jew f’ilsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq il-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ. L-awtorità kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri ospitanti tista’ teħtieġ biss illi s-sommarju jiġi tradott fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħha.

    Bil-għan ta’ l-iskrutinju mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati Membri jew f’ilsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ.

    3. Meta ssir offerta lill-pubbliku jew titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru jew iktar inkluż l-Istat Membru tal-post, il-prospett għandu jitfassal f’ilsien aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tal-post u għandu jintgħamel disponibbli wkoll jew f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati membri ospitanti jew fi lsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ. L-awtorità kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istat Membri ospitanti tista’ teħtieġ biss illi s-sommarju riferit fl-Artikolu 5(2) jiġi tradott fl-islien/ilsna uffiċjali tagħha.

    4. Meta titfittex l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità li d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità tammonta għal mill-inqas EUR 50000, il-prospett għandu jitfassal jew f’ilsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post u ta’ l-Istati Membri ospitanti jew f’ilsien skond id-drawwa fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, fuq il-għażla ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni, skond kif ikun il-każ. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeħtieġu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom illi jitfassal sommarju fl-ilsien/ilsna uffiċjali tagħhom.

    Artikolu 20

    Min joħroġ it-titoli inkorporati f’pajjiżi terzi

    1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post ta’ dawk li joħorġu t-titoli li jkollhom l-uffiċju reġistrat tagħhom f’pajjiż terz jistgħu japprovaw prospett għal offera lill-pubbliku jew għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, imfassal skond il-leġislazzjoni ta’ pajjiż terz, sakemm:

    (a) il-prospett ikun imfassal skond l-istandards internazzjonali ffissati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonjiet tat-titoli, inklużi l-istandards ta’ l-iżvelar ta’ l-IOSCO;

    (b) il-ħtiġiet tat-tagħrif, inkluż it-tagħrif ta’ natura finanzjarja, ikunu ekwivalenti għall-ħtiġiet skond din id-Direttiva.

    2. Fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli, maħruġa minn wieħed li joħroġ it-titoli inkorporat f’pajjiż terz, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-post, għandhom japplikaw il-ħtiġiet iddikjarati fl-Artikoli 17, 18 u 19.

    3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2), fejn tiddikjara illi pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ma’ din id-Direttiva tal-prospetti mfassla f’dan il-pajjiż, għar-raġuni illi l-liġijiet jew il-prattiċi jew il-proċeduri nazzjonali tiegħu jkunu msejsa fuq l-istandards internazzjonali ffissati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istandards ta’ l-iżvelar ta’ l-IOSCO.

    KAPITOLU VI

    L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

    Artikolu 21

    Il-Poteri

    1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità ċentrali amministrattiva kompetenti responsabbli mit-twettiq ta’ l-obbligi pprovduti f’din id-Direttiva u sabiex tiżgura li jiġu applikati d-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttva.

    Madankollu, Stat Membru jista’, jekk meħtieġ bil-liġijiet nazzjonali, jinnomina awtoritajiet amministrattivi oħra sabiex jiġi applikat il-Kapitolu III.

    Dawn l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu indipendenti għal kollox mill-parteċipanti fis-swieq.

    Jekk offerta għat-titoli tintgħamel lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat tal-post, l-awtorità ċentrali amministrattiva kompetenti innominata minn Kull Stat Membru biss għandha tkun intitolata li tapprova l-prospett.

    2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jiddelegaw kompiti. Għajr għad-delega tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet tal-prospetti approvati u l-mili tal-prospetti kif imsemmi fl-Artikolu 14, kull delega tal-kompiti li jkollha x’taqsam ma’ l-obbligi pprovduti f’din id-Direttiva u fil-miżuri ta’ implimentazzjoni għandha tiġi rivista, skond l-Artikolu 31 sal-31 ta’ Diċembru 2008, u għandha ttemm fil-31 ta’ Diċembru 2011. Kull delega tal-kompiti lill-entitajiet għajr l-aworitajiet riferiti fil-paragrafu 1 għandha ssir f’manjiera speċifika li tiddikjara l-kompiti li jridu jindaħlu għalihom u l-kondizzjonijiet li fuqhom trid titwettaq.

    Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li tobbliga lill-entità fil-kwistjoni li taġixxi u tiġi organizzata f’manjiera hekk illi jiġi evitat il-kunflitt ta’ l-interess u sabiex it-tagħrif miksub mit-twettiq tal-kompiti ddelegati ma jintużax b’mod mhux ġust jew li jipprevjeni l-kompetizzjoni. Ikun xi jkun il-każ, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza għall-ħarsien ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni u għall-approvazzjoni tal-prospett għandha tkun ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nominati skond il-paragrafu 1.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament midħul għalih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw id-delega.

    3. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha l-poteri kollha meħtieġa sabiex taqdi x-xogħol tal-funzjonijiet tagħha. Awtorità kompetenti li tkun irċeviet applikazzjoni sabiex tapprova prospett għandu mill-inqas ikollha s-setgħa li:

    (a) teħtieġ lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom u lill-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat li jinkludu fil-pospett it-tagħrif supplimentari, jekk meħtieġ, għall-protezzjoni ta’ l-investituri;

    (b) teħtieġ lil min joħroġ it-titoli, lil min joffrihom u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, li jippovdu tagħrif u dokumenti;

    (ċ) teħtieġ lill-verifikaturi u l-managers ta’ min joħroġ it-titoli, ta’ min joffrihom jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji kumissjonati li jwettqu l-offerta lill-pubbliku jew li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ li jipprovdu t-tagħrif;

    (d) tissospendi offerta pubblika jew ammissjoni għall-kummerċ għall-massimu ta’ għaxart ijiem wara xulxin tax-xogħol f’kull okkażjoni waħdiena jekk ikollha raġunijiet sodi li tissuspetta illi jkunu ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

    (e) tipprojbixxi jew tissospendi r-riklami għall-massimu ta’ għaxart ijiem wara xulxin tax-xogħol f’kull okkażjoni waħdiena jekk ikollha raġunijiet sodi li temmen illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

    (f) tipprojbixxi offerta pubblika jekk issib illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew ikollha raġunijiet sodi li tissuspetta li jinkisru;

    (g) tissospendi jew titlob lis-swieq regolati rilevanti li jissospendu lkummerċ f’suq regolat għall-massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol f’kull okkażjoni waħdiena jekk ikollha raġunijiet sodi li temmen illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

    (h) tipprojbixxi l-kummerċ f’suq regolat jekk issib illi ġew miksura d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    (i) tagħmel pubbliku l-fatt illi wieħed li joħroġ it-titoli jkun qiegħed jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu.

    Fejn meħtieġ skond il-liġijiet nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti li jiddeċiedu dwar l-użu tal-poteri riferiti fil-punti minn (d) sa (h) ta’ hawn fuq.

    4. Kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti għandu wkoll, ġaladarba t-titoli jkumu ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, ikollha s-setgħa li:

    (a) teħtieġ lil min joħroġ it-titoli li jiżvela t-tagħrif materjali kollu li jista’ jkollu effett fuq l-istima tat-titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat sabiex tiżgura l-protezzjoni ta’ l-investituri jew sabiex twitti l-ħidma tas-suq;

    (b) tissospendi jew titlob lis-suq regolat rilevanti li jissospendi t-titoli milli jiġu kkumerċjati jekk, fl-opinjoni tagħha, is-sitwazzjoni ta’ min joħroġ it-titoli tkun ta’ ħsara għall-interessi ta’ l-investituri;

    (ċ) tiżgura illi dawk li joħorġu t-titoli li t-titoli tagħhom jiġu kkummerċjati fis-swieq regolati jħarsu l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 102 u 103 tad-Direttva 2110/34/KE u li jiġi pprovdut tagħrif ekwivalenti lill-investituri u jiġi konċess trattament ekwivalenti minn min joħroġ it-titoli lill-pussessuri kollha tat-titoli li jkunu l-istess posizzjoni, fl-Istati Membri kollha fejn tiġi magħmula l-offerta pubblika jew fejn it-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ;

    (d) twettaq spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tagħha skond il-liġijiet nazzjonali sabiex tivverifika l-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni. Meta meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din is-setgħa billi japplikaw lill-awrorità ġudizzjarja rilevanti u/jew f’koperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra.

    5. Il-paragrafi mill-1 sa l-4 għandhom ikunu mingħajr preżudizzju għall-possibbiltà illi Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u ammininistrattivi separati għat-territorji Ewropej lil hemm mill-baħar li Stat Membru jkun responsabbli mir-relazzjonijiet barranija tagħhom.

    Artikolu 22

    Is-segretezza professjonali u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet

    1. L-obbligu tas-sigriet professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew kienu jaħdmu ma’ awtorità kompetenti jew ma’ entitajiet li l-awtorità kompetenti tkun iddelegatilhom ċerti kompiti. It-tagħrif kopert bis-segretezza professjonali ma jista jiġi żvelat lill-ebda persuna jew awtorità oħra għajr skond id-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkoperaw meta min joħroġ it-titoli jkollu iktar minn awtorità kompetenti waħda tal-post minħabba l-klassijiet varji tat-titoli, jew meta l-approvazzjoni ta’ prospett tkun ġiet ittrasferita lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 13(5). Għandhom ukoll jikkoperaw mill-qrib meta jeħtieġu sospensjoni jew il-projibizzjoni tal-kummerċ tat-titoli kkummerċjati fi Stati Membri varji sabiex jiżguraw livell uniformi bejn il-postijiet tal-kummerċ u l-protezzjoni ta’ l-investituri. Meta approprjat, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tista’ titlob l-asistenza ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post mill-istadju li fih jiġi stkrutinat il-każ, b’mod partikolari rigward tip ġdid jew għamliet rari ta’ titoli. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tista’ titlob għal tagħrif mingħand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti rigward kull oġġett speċifiku għas-suq rilevanti.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw ma’ l-operaturi tas-swieq regolati kif meħtieġ u, b’mod partikolari, meta jkunu qegħin jiddeċiedu dwar sospensjoni, jew biex jitolbu suq regolat li jissospendi jew jippojbixxi l-kummerċ.

    3. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw tagħrif kunfidenzjali. It-tagħrif hekk skambjat għandu jkun kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma bla ħsara l-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu t-tagħrif.

    Artikolu 23

    Miżuri prekawzjonarji

    1. Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti ssib illi ġew kommessi irregolaritajiet minn min joħroġ it-titoli jew mill-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jew li ġew kommessi kontravenzjonijiet għall-obbligi annessi ma’ min joħroġ it-titoli minħabba l-fatt illi t-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tal-post.

    2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, min joħroġ it-titoli jew l-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jippersistu li jiksru d-disposizzjonijiet legali jew regolatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri approprjati kollha sabiex tipproteġi lill-investituri. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dawn il-miżuri ma’ l-opportunità l-iktar bikrija.

    KAPITOLU VII

    IL-MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 24

    Il-proċedura tal-Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej istitwit bid-Deċiżjoni 2001/528/KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/68/KE, filwaqt li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha u sakemm il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni adottati skond din il-proċedura ma jimmodifikawx id-disposizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ l-implimentazzjoni digà adottati, ma’ l-iskadenza tal-perjodu taż-żmien ta’ erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tagħha li jipprovdu l-adozzjoni tar-regoli u d-deċiżjonijiet tekniċi skond il-proċedura riferita fil-paragrafu 2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Parlamenrt Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrenovaw id-disposizzjonijiet intressati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dan il-fini, għandhom jagħmlu rivista tagħhom qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien ta’ erba’ snin.

    Artikolu 25

    Is-Sanzjonijiet

    1. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali u mingħajr preġudizzju għar-reġim tagħhom ta’ responsabblità ċivili, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi appoprjati jew li jkunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli, meta ma jitħarsux id-disposizzjonijiet adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiżvela lill-pubbliku kull miżura jew sanzjon li jkunu ġew imposti għall-ksur tad-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, għajr jekk l-iżvelar jipperikola b’mod gravi s-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

    Artikolu 26

    Id-Dritt ta’ l-appell

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-deċiżjonijiet meħuda skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jkunu bla ħsara għad-dritt ta’ l-appell quddiem il-qrati.

    KAPITOLU VIII

    ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    Artikolu 27

    L-emendi

    B’effett mid-data dikjarata fl-Artikolu 29, id-Direttiva 2001/34/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. L-Artikoli 3, 20 sa 41, 98 sa 101, 104 u 198 (2)(ċ)(ii) għandhom jiġu mħassra;

    2. fl-Artikolu 107(3), l-ewwel paragrafu għandu jitħassar.

    3. fl-Artikolu 108(2)(a), il-kliem "il-kondizzjonijiet dwar kif jiġi stabbilit, il-kontroll u ċ-ċirkolazzjoni tal-partikolaritajiet tal-bini tal-listi li jridu jiġu applikati għall-ammissjoni" għandhom jitħassru;

    4. L-Anness I għandu jitħassar.

    Artikolu 28

    It-Tħassir

    B’effett mid-data indikata fl-Artikolu 29, id-Direttiva 89/298/KE għandha titħassar. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva.

    Artikolu 29

    It-Trasposizzjoni

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Artikolu 30

    Dispożizzjoni transitorja

    1. Dawk li joħorġu t-titoli li huma inkorporati f’pajjiż terz u li t-titoli tagħhom ikunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti tagħhom skond l-Artikolu 2(1)(m)(iii) u jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post magħżul minnhom sal-31 ta’ Diċembru 2005.

    2. Bħala deroga mill-Artkolu 3, l-Istati Membri li jkunu wżaw l-eżenzjoni fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 89/298/KEE jistgħu jissoktaw jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra ekwivalenti għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li ma jkunux koperti bl-Artikolu 1(2)(j) ta’ din id-Direttiva sabiex joffru titoli tad-dejn jew titoli trasferibbli oħra ekwivalwenti għat-titoli tad-dejn maħruġa f’manjiera ssoktata u mtennija ġewwa t-territorju tagħhom għal ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

    3. Bħala deroga mill-Artikolu 29, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tikkonforma ma’ l-Artikolu 21(1) sal-31 ta’ Diċembru 2008.

    Artikolu 31

    Ir-rivista

    Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill- Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat fejn approprjat bi proposti għar-rivista tiegħu.

    Artikolu 32

    Id-Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 33

    Id-destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Novembru 2003.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Alemanno

    [1] ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, pġ. 272 uĠU C 20 E, tat-28.1.2003, pġ. 122.

    [2] ĠU C 80, tat-3.4.2002, pġ. 52.

    [3] ĠU C 344, tas-6.12.2001, pġ. 4.

    [4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Marzu 2002 (ĠU C 47 E, tas-27.2.2003, pġ. 417), Posizzjoni Komuni ta’ l-24 ta’ Marzu 2003 (ĠU C 125 E, tas-27.5.2003, pġ. 21) u l-Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003.

    [5] ĠU L 100, tas-17.4.1980, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/18/KE (ĠU L 135, tal-31.5.1994, pġ. 1).

    [6] ĠU L 124, tal-5.5.1989, pġ. 8.

    [7] ĠU L 184, tas-6.7.2001, pġ. 1.

    [8] ĠU L 141, tal-11.6.1993, pġ. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, pġ. 27).

    [9] L-istandards internazzjonali ta’ l-iżvelar għall-offerti li jaqsmu l-fruntieri u d-dħul inizjali fil-listi minn barranin li joħorġu t-titoli, Parti I, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, Settembru 1998.

    [10] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45.

    [11] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

    [12] ĠU L 135, tal-31.5.1994, pġ. 5.

    [13] ĠU L 126, tas-26.5.2000, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

    [14] ĠU L 125, tal-5.5.2001, pġ. 15.

    [15] ĠU L 243, tal-11.9.2002, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    IL-PROSPETT

    I. Is-Sommarju

    Is-sommarju għandu jipprovdi fi ftit paġni it-tagħrif l-iktar importanti inkluż fil-prospett, li mill-inqas ikopri l-punti li ġejjin:

    A. l-identità tad-diretturi, il-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

    B. statistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

    Ċ. L-informazzjoni prinċipali li jirrigwarda informazzjoni finanzjarja magħżula; il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali; ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti; il-fatturi tar-riskju

    D. tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli

    - l-istorja u l-iżvilupp ta' min joħroġ it-titoli

    - veduta ġenerali tan-negozju

    E. ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

    - ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

    - ix-xejriet

    F. id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

    G. l-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

    H. it-tagħrif finnzjarju

    - dikjarazzjoni konsolidata u tagħrif finanzjarju ieħor

    - bidliet sinifikattivi

    I. id-dettalji ta' l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    - l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    - il-pjan tad-distribuzzjoni

    - is-swieq

    - l-azzjonisti bejjiegħa

    - id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

    - l-ispejjeż tal-ħruġ

    J. tagħrif addizzjonali

    - il-kapital ta' l-ishma

    - il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

    - id-dokumenti esibiti

    II. L-identita tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

    L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett kif mitlub fl-Artikolu 5 tad-Direttiva u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    III. L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

    Il-għan huwa li jiġi pprovvdut l-informazzjoni prinċipali li jirrigwrda l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

    A. L-istatistika ta' l-offerta

    B. Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

    IV. L-informazzjoni prinċipali

    L-għan huwa li jitqassar l-informazzjoni prinċipali dwar il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

    A. L-informazzjoni finanzjarja magħżula

    B. Il-kapitalizzazzjoni u t-telf morali

    Ċ. Ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti

    D. Il-fatturi tar-riskju

    V. It-tagħrif dwar il-kumpanija

    Il-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif dwar il-ħidmiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li jiġi pprovvdut tagħrif li jirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir, kif ukoll il-pjani tiegħu għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

    A. L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

    B. Veduta ġenerali tan-negozju

    Ċ. L-istuttura ta' l-organizzazzjoni

    D. Il-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir

    VI. Ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

    Il-għan huwa li tiġi pprovduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkolhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

    A. Ir-riżultati operattivi

    B. Il-likwidità u r-riżorsi kapitali

    Ċ. Ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

    D. Ix-xejriet

    VII. Id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda d-diretturi u l-managers tal-kumpanija li jrid jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

    A. Id-Diretturi u l-ġestjoni anzjana

    B Il-ħlas

    Ċ. Il-prattiċi tal-Bord

    D. L-impjegati

    E. Il-pussess ta' l-ishma

    VIII. L-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Jiġi pprovdut ukoll tagħrif li jirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

    A. L-azzjonisti maġġuri

    B. It-transazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

    Ċ. L-interessi ta' l-esperti u tal-konsulenti

    IX. It-tagħrif finanzjarju

    L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien li jridu jiġu koperti, l-età tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tagħrif ieħor ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

    A. Id-dikjarazzjonijiet konsolidati u tagħrif finanzjarju ieħor

    B. Bidliet sinifikanti

    X. Id-dettalji ta' l-offerta u d-dettalji dwar l-ammissjoni għall-kummerċ

    L-għan huwa li jiġi pprovvdut tagħrif li jirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

    A. L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    B. Il-pjan għad-distribuzzjoni

    Ċ. Is-swieq

    D. Il-pussessuri tat-titoli li jkunu qegħding ibigħu

    E. Id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

    F. L-ispejjeż tal-ħruġ

    XI. Tagħrif addizzjonali

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li l-biċċa l-kbira minnu huwa ta' natura statutorja, li mhu kopert imkien ieħor fil-prospett.

    A. Il-kaptal ta' l-ishma

    B. Il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

    Ċ. Il-kuntratti materjali

    B. Il-kontrolli ta' l-iskambju

    E. It-tassazzjoni

    F. Id-dividendi u l-aġenti li jħallsu

    G. Id-dikjarazzjoni ta' l-esperti

    H. Id-dokumenti esibiti

    I. Tagħrif sussidjarju

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    ID-DOKUMENT TAR-REĠISTRAZZJONI

    I. L-identità tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

    L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    II. L-informazzjoni prinċipali dwar min joħroġ it-titoli

    L-għan huwa li jitqassar l-informazzjoni prinċipali dwar il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

    A. L-informazzjoni finanzjarja magħżula

    B. Il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali

    Ċ. Il-fatturi tar-riskju

    III. It-tagħrif dwar il-kumpanija

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif dwar il-ħidmiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, u l-fatturi li jaffettwaw in-negozju. Huwa maħsub ukoll li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda kemm huma adegwati u xierqa l-proprjetajiet, l-impjant u t-tagħmir, kif ukoll il-pjani tagħha għaż-żidiet jew it-tnaqqis tal-kapaċità futura.

    A. L-istorja u l-iżvilupp tal-kumpanija

    B. Veduta ġenerali tan-negozju

    Ċ. L-istuttura ta' l-organizzazzjoni

    D. Il-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir

    IV. Ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

    L-għan huwa li tiġi pprrovvduta l-ispjega tal-ġestjoni dwar il-fatturi li jkunu affettwaw il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet għall-perjodi storiċi taż-żmien koperti bid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u l-istima tal-ġestjoni dwar il-fatturi u x-xejriet li jkunu mistennija li jkollhom effett materjali fuq il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija u r-riżultati tal-ħidmiet fil-perjodi futuri taż-żmien.

    A. Ir-riżultati operattivi

    B. Il-likwidità u r-riżorsi kapitali

    Ċ. Ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

    D. Ix-xejriet

    V. Id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda d-diretturi u l-managers tal-kumpanija li jrid jippermetti lill-investituri li jistmaw l-esperjenza, il-kwalifiiki u l-livelli tar-rimunerazzjoni tagħhom, kif ukll ir-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija.

    A. Id-Diretturi u l-ġestjoni anzjana

    B Il-ħlas

    Ċ. Il-prattiċi tal-Bord

    D. L-impjegati

    E. Il-pussess ta' l-ishma

    VI. L-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda l-azzjonisti maġġuri u oħrajn li jistgħu jikkontrollaw jew ikollhom influwenza fuq il-kumpanija. Jiġi pprovdut ukoll tagħrif li jirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpnija tkun daħlet għalihom ma' persuni affiljati mal-kumpanija u jekk it-termini ta' dawn it-transazzjonijiet ikunux ġusti għall-kumpanija.

    A. L-azzjonisti maġġuri

    B. It-transazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-partijiet

    Ċ. L-interessi ta' l-esperti u tal-konsulenti

    VII. It-tagħrif finanzjarju

    L-għan huwa li jiġu speċifikati liema dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument, kif ukoll il-perjodi taż-żmien lijridu jiġu koperti, l-età tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tagħrif ieħor ta' natura finanzjarja. Il-prinċipji tal-kontabbiltà u tal-verifika li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jiġu stabbiliti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u l-verifika.

    A. Id-dikjarazzjonijiet ikkonsoliati u tagħrif finanzjarju ieħor

    B. Bidliet sinifikanti

    VIII. Tagħrif addizzjonali

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li l-biċċa l-kbira minnu huwa ta' natura stattuorja, li mhu kopert imkien ieħor fil-prospett.

    A. Il-kaptal ta' l-ishma

    B. Il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni,

    Ċ. Il-kuntratti materjali

    D. Id-dikjarazzjoni ta' l-esperti

    E. Id-dokumenti esibiti

    F. Tagħrif sussidjarju

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    IN-NOTA DWAR IT-TITOLI

    I. L-identità tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

    L-għan huwa li jiġu identifikati r-rappreżentanti tal-kumpanija u individwi oħra involuti fl-offerta tal-kumpanija jew l-ammissjoni tagħha għall-kummerċ; dawn huma l-persuni responsabbli mit-tfassil tal-prospett u dawk responsabbli mill-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    II. L-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

    L-għan huwa li jiġi pprovdut l-informazzjoni prinċipali li jirrigwrda l-kondotta ta' kull offerta u l-identifikazzjoni tad-dati importanti li jkolhom x'jaqsmu ma' din l-offerta.

    A. L-istatistika ta' l-offerta

    B. Il-metodu u l-iskeda mistennija taż-żmien

    III. L-informazzjoni prinċipali dwar min joħroġ it-titoli

    L-għan huwa li jitqassar l-informazzjoni prinċipali dwar il-kondizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-kapitalizzazzjoni u l-fattur tar-riskju. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fid-dokument jiġu ddikjarati mill-ġdid sabiex jirriflettu l-bidliet materjali fl-istruttura tal-grupp tal-kumpanija jew il-politika tal-kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja magħżula trid ukoll tiġi ddikjarata mill-ġdid.

    A. Il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali

    B. Ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti

    Ċ. Il-fatturi tar-riskju

    IV. L-interessi ta' l-esperti

    L-għan huw li jiġi ppovdut tagħrif li jirrigwarda t-transazzjonijiet li l-kumpanija tkun daħlet għalihom ma' l-esperti jew il-konsulenti impjegati fuq bażi ta' kontinġenza.

    V. Id-dettalji ta' l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li jirrigwarda l-offerta u l-ammissjoni tat-titoli għall-kummerċ, il-pjan tad-distribuzzjoni tat-titoli u materji relatati.

    A. L-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    B. Il-pjan għad-distribuzzjoni

    Ċ. Is-swieq

    D. Pussessuri tat-titoli li jbigħu

    E. Id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

    F. L-ispejjeż tal-ħruġ

    VI. Tagħrif addizzjonali

    L-għan huwa li jiġi pprovdut tagħrif li l-biċċa l-kbira minnu huwa ta' natura statutorja, li mhux kopert imkien ieħor fil-prospett.

    A. Il-kontrolli ta' l-iskambju

    B. It-tassazzjoni

    Ċ. Id-dividendi u l-aġenti li jħallsu

    D. Id-dikjarazzjoni ta' l-esperti

    E. Id-dokumenti esibiti

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    IN-NOTA SOMMARJA

    In-nota sommarja għandha tipprovdi fi ftit paġni t-tagħrif l-iktar importanti inkluż fil-propsett, li mill-inqas ikopri l-punti li ġejjin:

    - l-identità tad-diretturi, tal-ġestjoni anzjana, il-konsulenti u l-awdituri

    - l-istatistika dwar l-offerta u l-iskeda mistennija taż-żmien

    - l-informazzjoni prinċipali li jirrigwarda informazzjoni finanzjarja magħżula; il-kapitalizzazzjoni u l-obbligu morali; ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjti; il-fatturi tar-riskju

    - tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli

    - l-istorja u l-iżvilupp ta' min joħroġ it-titoli

    - veduta ġenerali tan-negozju

    - ir-rivista operattiva u finanzjarja u l-prospetti

    - ir-riċerka u l-iżvilupp, il-patenti u l-liċenzji, eċċ.

    - ix-xejriet

    - id-diretturi, il-ġestjoni anzjana u l-impjegati

    - l-azzjonisti maġġuri u t-transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet

    - it-tagħrif finanzjarju

    - dikjarazzjoni konsolidata u tagħrif finanzjarju ieħor

    - bidliet sinifikattivi

    - id-dettalji ta' l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    - l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ

    - il-pjan tad-distribuzzjoni

    - is-swieq

    - l-azzjonisti bejjiegħa

    - id-dilwit (it-titoli ta' ekwità biss)

    - l-ispejjeż tal-ħruġ

    - tagħrif addizzjonali

    - il-kapital ta' l-ishma

    - il-memorandum u l-artikoli ta' l-inkorporazzjoni

    - id-dokumenti disponibbli għall-ispezzjon

    --------------------------------------------------

    Top