This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002F0475
Council Framework Decision of 13 June 2002 on combating terrorism
Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu
Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu
ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2017; Revokat u sostitwit bi 32017L0541
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Adoption | 52001PC0521 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32008F0919 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 28/11/2008 | |
Modified by | 32008F0919 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 28/11/2008 | |
Repealed by | 32017L0541 | 20/04/2017 |
Official Journal L 164 , 22/06/2002 P. 0003 - 0007
Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2002/475/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Billi: (1) l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà l-ugwaljanza u s-solidarjetà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Hija mwaqqfa fuq il-prinċipju tad-demokrazija u l-prinċipju tar-regola tal-liġi, il-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri. (2) It-terroriżmu huwa wieħed mill-aktar vjolazzjonijiet serji għal dawk il-prinċipji. Id-dikjarazzjoni "La Gomera" li kienet adottata fil-laqgħa nformali tal-Kunsill fl-14 ta' Ottubru 1995 ikkonfermat illi t-terroriżmu huwa theddida għad-demokrazija, u l-użu ħieles tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. (3) Xi Stat Membru jew Stati Membri huma membri ta' numru ta' konvenzjonijiet li jittrattaw it-terroriżmu. Il-Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea tas-27 ta' Jannar 1977 dwar it-Trażżin tat-Terroriżmu ma jqisx reati terroristiċi bħala reati politiċi jew bħala reati marbuta mar-reati politiċi jew reati spirati minn motivi politiċi. Il-Ġnus Magħquda adottaw il-Konvenzjoni għat-trażżin ta' bombi terrostiċi tal-15 ta' Diċembru 1997 u l-Konvenzjoni għat-trażżin ta' iffinanzjar tat-terroriżmu tad-9 ta' Diċembru ta' l-1999. L-abbozz tal-Konvenzjoni globali kontra t-terroriżmu bħalissa qiegħed ikun innegozjat fil-Ħnus Magħquda. (4) Fuq il-livell ta' l-Unjoni Ewropea, fit-3 ta' Diċembru 1998 il-Kunsill adotta l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar kif timplimenta bl-aħjar mod id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar il-qasam tal-ħelsien, sigurtà u l-ġustizzja [3]. Għandu jittieħed kont ukoll tal-Konkluzzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2001 u tal-pjan tal-Kunsill Straordinarju Ewropew ta' l-azzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-21 ta' Settembru 2001. It-terroriżmu kien imsemmi fil-konkluzzjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u tal-Kunsill Ewropew ta' Santa María da Feira tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000. kien imsemmi wkoll fil-komunikazzjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar it-tiġdid li jsir darbtejn fis-sena tat-tabella tar-riżultati biex ikun eżaminat il-progress dwar il-ħolqien ta' qasam ta' "libertà, sigurtà u ġustizzja" fl-Unjoni Ewropea (l-aħħar sitt xhur tas-sena 2000). Minnbarra dan, fil-5 ta' Settembru 2001 il-Parlament Ewropew adotta r-rakommandazzjoni dwar ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea biex tiġġieled it-terroriżmu. Għandu, minnbarra dan, jitfakkar illi fit-30 ta' Lulju 1996 ħamsa u għoxrin miżura kienu imressqa mill-pajjiżi l- aktar industrijalizzati (G7) u r-Russja li ltaqgħu f'Pariġi. (5) L-Unjoni Eqropea adottat diversi miżuri speċifiċi li għandhom effett fuq it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, bħad-deċizjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li tagħti struzzjonijiet lill-Europol biex tittrata ma' reati li twettqu jew li x'aktarx twettqu fil-kors ta' attivitajiet terroristiċi kontra l-ħajja, jew is-sigurtà personali jew il-proprjetà [4]; l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/610/JHA tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar il-ħolqien u ż-żamma ta' Direttorju ta' kompetenzi speċjalizzati kontra t-terroriżmu, ħiliet u esperjenza biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ta' kontra t-terroriżmu bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [5]; l-Azzjoni tal-Konġunat tal-Kunsill 98/428/JHA tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropea [6], b'responsabilitajiet fir-reati terroristiċi, b'mod partikolari l-Artikolu 2; l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/JHA tal-21 ta' Diċembru 1998 biex iġibu reat kriminali il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [7]; u r-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-iffinanzjar tal-gruppi terroristiċi [8]. (6) It-tifsira ta' reati terroristiċi għandhom ikunu approssimata fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk ir-reati dwar il-gruppi terroristiċi. Minnbarra dan, għandhom jingħataw penali u s-sanzjonijiet lill-persuni naturali u ġuridiċi li wettqu jew li huma responsabbli għal dawn ir-reati, li jirrifletu s-serjetà ta' dawn ir-reati. (7) Għandhom ikunu stabbiliti regoli ta' ġurisdizzjoni biex jiżguraw r-reati terroristiċi jkunu jistgħu jiġu persegwiti b'mod effettiv. (8) Il-vittmi ta' reati terroristiċi huma vulnerabbli, u għadaqstant hemm bżonn ta' miżuri speċifiċi għalihom. (9) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom, u jistgħu, għaldaqsant, minħabba l-bżonn tar-reċiproċità, jintlaħqu aħjar fuq livell ta' l-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, din id-Deċizjoni Kwadru ma tmurx lil hinn minn dak li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. (10) Din id-Deċijoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali kif dawn jirriżultaw mit-tradizzjonijiet komuni fl-Istati Membri bħala prinċipji tal-liġi Komunitarja. L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta dwar Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari il-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f'din id-deċiżjoni ma tista' tkun interpretata li hija ntiża li tnaqqas jew tirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħad-dritt li tieħu azzjoni industrijali, il-libertà li tissieħeb jew ta' espressjoni, inkluż id-dritt ta' kulħadd li jifforma u jingħaqad ma' għaqdiet tal-ħaddiema ma' oħrajn għall-protezzjoni ta' l-interessi tiegħu jew tagħha u d-dritt relatat ta' dimostrazzjoni. (11) Azzjonijiet mill-forzi armati matul il-perjodi ta' kunflitt bl-armi, li huma rregolati mid-dritt umantiarju internazzjonali skond it-tifsira ta' dawn it-termini f'dik il-liġi, u sakemm dawn huma regolati minn regoli oħra tad-dritt nternazzjonali, l-azzjonijiet mill-forzi armati ta' l-Istat fl-eżerċizzju ta' l-obbligi uffiċjali tagħhom ma humiex regolati minn din id-Deċijoni Kwadru, ADOTTA DIN DEĊIŻJONI KWADRU: Artikolu 1 Reati terroristiċi u d-drittijiet u prinċipji fundamentali 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li l-atti intenzjonali msemmija hawn taħt fil-punti (a) sa (i), kif imfissra bħala reati skond il-liġi nazzjonali, li, minħabba n-natura jew il-kuntest tagħhom, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali fejn dawn isiru bl-iskop illi: - jintimidaw b'mod serju lill-popolazzjoni, jew - b'mod illeċitu iġiegħlu lill-Gvern jew organizzazzjoni internazzjonali li jagħmlu jew jonqsu milli tagħmel xi att, jew - jidestabilizzaw jew ikissru l-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali ta' pajjiz jew organizzazzjoni internazzjonali, għandhom jitqiesu bħala reati terroristiċi: (a) l-attakki fuq il-ħajja ta' persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt; (b) attakki fuq l-integrità fiżika tal-persuna; (ċ) il-ħtif ta' persuna jew il-ħtif ta' ostaġġi; (d) id-distruzzjoni estensiva lil Gvern jew faċilità pubblika, sistema ta' trasport, faċili ta' infrastruttura, inkluża sistema ta' informazzjoni, pjattaforma fissa li tkun tinsab fuq il-blata kontientali, post pubbliku jew proprjetà privata li x'aktarx toħloq periklu lill-ħajja jew tirriżulta f'telf ekonomiku kbir; (e) il-ħtif ta' ajruplani, vapuri, jew mezzi oħra tat-trasport pubbliku jew tal-merkanzija; (f) l-fabbrikazzjoni, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-kunsinna jew l-użu ta' armi, splussivi jew ta' armi nukleari, bioloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp ta' armi bijoloġiċi u kimiċi; (g) il-ħelsien ta' sustanzi perikolużi, jew li joħolqu n-nirien, għargħar jew splussjonijiet li l-effett tagħhom huwa li joħolqu periklu għall-ħajja tal-bniedem; (h) jinterferixxu jew ifixxklu l-kunsinna ta' ilma, dawl jew riżorsi naturali u fundamentali oħra li l-effett tagħhom huwa li joħolqu periklu għall-ħajja tal-bniedem; (għ) jheddu li jwettqu xi waħda mill-atti msemmija f'(a) sa (h). 2. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandiex ikollha l-effett li tbiddel l-obbligi ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif garantiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Artikolu 2 Reati li għandhom x'jaqsmu ma' grupp terroristiku 1. Għall-għanijiet ta' din id-Decijoni Kwadru, "grupp terroristiku" għandha tfisser: grupp li għandu struttura ta' aktar minn żewġ persuni, mwaqqaf fuq perjodu ta' żmien u li jaġixxi flimkien sabiex iwettaq reati terrostiċi. "Grupp strutturat" għandha tfisser grupp li ma ġiex iffurmat bl-addoċċ għat-twettieq immedjat ta' reati u li ma għandux il-ħtieġà ta' rwoli definiti formalment għall-membri tiegħu, kontinwità tas-sħubija tiegħu jew struttura żviluppata. 2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżgura li l-atti intenzjonali li ġejjin ikunu kastigabbli: (a) it-tmexxija ta' grupp terroristiku; (b) il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku, inkluż bl-ogħti ta' informazzjonji jew riżorsi materjali, jew bl-iiffinanzjar ta' l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mod, bil-konoxxenza tal-fatt illi parteċipazzjoni bħal din ser tgħin lill-attivitajiet kriminali tal-grupp terroristiku. Artikolu 3 Reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li r-reati marbuta mat-terroriżmu jinkludu dawn l-atti li ġejjin: (a) serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1); (b) estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1); (ċ) it-tħejjija ta' dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h) u l-Artikolu 2(2)(b). Artikolu 4 Inċitazzjoni, għajnuna jew tixwix, u tentattivi 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew tixwix għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2 jew 3 ikunu kastigabbli. 2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li t-tentattiv li jitwettaq xi reat elenkat fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3, bl-eċezzjoni tal-pussess kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(f) u r-reat imsemmi fl-Artikolu1(1)(i), ikunu kastigabbli. Artikolu 5 Penali 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 1 sa 4 ikunu kastigabbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, u li jistgħu jinkludu l-estradizzjoni. 2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li r-reati terroristiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) u r-reati msemmija fl-Artikolu 4, safejn dawn ikollhom x'jaqsmu ma' reati terroristiċi, ikunu kastigabbli b'pieni ta' priġunerija eħrex minn dawk possibbli skond il-liġi nazzjonali għall-reati bħal dawn fl-assenza ta' intenzjoni speċjali meħtieġa skond l-Artikolu 1(1), salv fejn il-piena imposta tkun diġa s-sentenza massima possibbli skond il-liġi nazzjonali. 3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżgura li r-reati elenkati fl-Artikolu 2 ikollhom piena ta' priġunerija, b'sentenza massimu ta' mhux anqas minn ħmistax-il sena għar-reat msemmi fl-Artikolu 2(2)(a), u għar-reati msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) sentenza massima ta' mhux anqas minn tmien snin. Sakemm ir-reat imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) jittrata biss dwar l-att fl-Artikolu 1(1)(i), is-sentenza massima m'għandiex tkun ta' anqas minn tmien snin. Artikolu 6 Ċirkustanzi partikolari Kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-pieni msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jitnaqqsu jekk il-persuna li tkun qiegħda twettaq ir-reat: (a) tieqaf mill-attività terroristika, u (b) tagħti lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji l-informazzjoni li dawn ma setgħux jiksbu b'xi mod ieħor, u jgħinhom: (i) jevitaw jew inaqqsu l-effetti tar-reat; (ii) jidentifikaw jew irressaq għall-ġustizzja l-persuni l-oħra li wettqu r-reat; (iii) isibu provi; jew (iv) jevitaw reati oħra msemmija fl-Artikolu 1 sa 4. Artikolu 7 Responsabiltà tal-persuni ġuridiċi 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-persuni ġuridiċi jistgħu ikunu misjuba responsabbli għall kull wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 li jkunu saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu ta' persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persina ġuridika, ibbażata fuq dan li ġej: (a) is-setgħa ta' rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika; (b) setgħa li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; (ċ) l-awtorità li teżerċita kontroll fil-persuna ġuridika. 2. Minbarra l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-persuni ġuridiċi jkunu jkunu jistgħu jinsabu responsabbli fejn in-nuqqas ta' sorveljanza jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun għamlitha possibbli li jittwettaq xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 1 sa 4 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna legali minn persuna taħt l-awtorità tagħha. 3. Ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridici skond il-paragrafi 1 u 2 mhux ser teskludi l-proċeduri kriminali kontra l-persuni li jwettqu, jinstigaw jew li jkunu kompliċi f'xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4. Artikolu 8 Pieni għall-persuni ġuridici Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-persuna ġuridika li tinsab responsabbli skond l-Artikolu 7 ikollha piena effettiva, proporzjonali u dissważiva, li għandhom jinkludu multi kriminali kif ukoll mhux kriminali, u jistgħu jinnkludu wkoll pieni oħra, bħal: (a) esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji jew għajnuna pubblika; (b) skwalifika temporarja jew permanenti mit-twettieq ta' attivitajiet kummerċjali; (ċ) it-tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjarja; (d) ordni ġudizzjarja ta' xoljiment; (e) għeluq temporarju jew permaneti ta' stabbilimenti li ntużaw sabiex jitwettaq ir-reat. Artikolu 9 Ġurisdizzjoni u Prosekuzzjoni 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 fejn: (a) Ir-reat jittwettaq fis-sħiħ jew parti minnu fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru jista' jestendi l-ġurisdizzjoni tiegħu jekk ir-reat jitwettaq fit-territorju ta' Stat Membru; (b) ir-reat jitwettaq fuq bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew ajruplan irreġistrat hemmhekk; (ċ) il-persuna li wettqet ir-reat hija waħda miċ-ċittadini jew residenti tiegħu; (d) ir-reat jittwettaq għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu; (e) ir-reat jitwettaq kontra l-istituzzjonijiet jew il-poplu ta' l-iStat Membru in kwistjoni jew kontra xi istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea jew korp mwaqqaf skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea u bbażat fl-dak l-Istat Membru. 2. Fejn reat jaqa' fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni ta' iżjed minn Stat Membru wieħed u fejn xi wieħed mill-iStati konċernati jistgħu jmexxu il-prosekuzzjoni b'mod validu fuq il-bażi ta' l-istess fatti, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom ser immexxi l-prosekuzzjoni kontra l-persuni li wettqu r-reat bl-iskop, jekk possibbli, li jiċċentralizzaw il-proċeduri fi Stat Membru wieħed. Għal dan il-għan, l-istati Membru jistgħu jirrikoru għal kull korp jew mekkaniżmu stabbilit fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni tagħhom. Għandu jittieħed kont b'segwenza ta' dawn il-fatturi li ġejjin: - l-Istat Membru għandu jkun dak it-territorju fejn twettqu l-atti, - l-Istat Membru għandu jkun dak li fih min iwettaq ir-reat huwa ċittadin jew residenti, - l-Istat Membru għandu jkun l-Istat Membru minn fejn joriġinaw il-vittmi, - l-Istat Membru għandu ikun dak fejn il-persuna li wettqet ir-reat instabet. 3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji ukoll biex jistabilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 f'każijiet fejn jirrifjuta li jagħti jew jagħmel estradizzjoni tal-persuna ssupsetta jew li nstabet ħatja ta' reat bħal dan għal Stat Membru jew pajjiż terz. 4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu tkopri l-każijiet fejn xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2 u 4 twettqu fis-sħiħ jew parti minnhom fit-territorju tiegħu, kull fejn il-grupp terroristiku huwa bbażat jew iwettaq l-attivitajiet kriminali tiegħu. 5. Dan l-Artikolu m'għandux jeskludi l-eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fil-każijiet kriminali kif stabbilit minn Stat Membru skond il-liġi nazzjonali. Artikolu 10 Prottezjoni ta' u għajnuna lill-vittmi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni ta' reati koperti minn din id-Deċiżjoni ma jiddependux fuq rapport jew akkuża li tkun saret minn persuna suġġetta għar-reat, ta' l-inqas jekk l-atti saru fuq it-territorju ta' l-Istati Membri. 2. Minbarra l-miżuri stabbiliti fid-DeċIzjoni tal-Kunsill 2001/220/JHA tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-dritt tal-vittmi fi proċeduri kriminali [9], kull Stat Membru għandu, jekk ikun hemm il-bżonn, jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura għajnuna kif tixraq lill-familji tal-vittmi. Artikolu 11 Implimentazzjoni u rapporti 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Kwadru sal-31 ta' Diċembru 2002. 2. Sal-31 ta' Diċembru 2002, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi mpoġġija fuqhom skond din id-Deċiżjoni Kwadru. Fuq il-bażi tar-rapport li jkun sar min dik l-informazzjoni u r-rapport lill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta, sal-31 ta' Diċembru 2003, jekk l-Istati Membri ħadux il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma din id-Deċiżjoni Kwadru. 3. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jispeċifika, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni fil-liġi kriminali ta' l-Istati Membri ta' l-obbligi msemmija fl-Artikolu 5(2). Artikolu 12 Applikazzjoni territorjali Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għall-Ġibiltà. Artikolu 13 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali. Maħmula fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ġunju 2002. Għall-Kunsill Il-President M. Rajoy Brey [1] ĠU C 332 E, tas-27.11.2001, p. 300. [2] Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Frar 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 19, tat-23.1.1999, p. 1. [4] ĠU C 26, tat-30.1.1999, p. 22. [5] ĠU L 273, 25.10.96, p. 1. [6] ĠU L 191, 07.07.98, p. 4. [7] ĠU L 351, 29.12.98, p. 1. [8] ĠUĊ 373, tat- 23.12.1999, p. 1. [9] ĠU L 82, 22.03.01, p. 1. --------------------------------------------------