EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Equipment used in potentially explosive atmospheres (ATEX directive)
Tagħmir użat f’ambjenti potenzjalment esplużivi (Direttiva ATEX)
Tagħmir użat f’ambjenti potenzjalment esplużivi (Direttiva ATEX)
Id-Direttiva dwar l-ATEX tistabbilixxi regoli uniformi, mifruxa mal-Unjoni Ewropea (UE) kollha dwar il-bejgħ u tħaddim ta’ apparat u ta’ sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi. Hija tfittex li tiżgura li prodotti jissodisfaw ċerti rekwiżiti biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa u sikurezza ta’ persuni, b’mod speċjali ħaddiema u, meta xieraq, il-protezzjoni ta’ annimali domestiċi u ta’ proprjetà.
Tapplika għal firxa wiesgħa ta’ prodotti, inkluż tagħmir użat fuq pjattaformi taż-żejt u tal-gass offshore fissi, f’impjanti petrokimiċi, minjieri, imtieħen tad-dqiq (frak tad-dqiq li jinġarr fl-arja jieħu n-nar malajr ħafna) u żoni oħrajn fejn jista’ jkun hemm preżenti ambjent potenzjalment esplużivi.
Id-Direttiva tiddefinixxi r-responsabilitajiet tal-manifatturi, tal-importaturi u tad-distributuri fil-kuntest tal-bejgħ ta’ tagħmir u ta’ sistemi ta’ protezzjoni għall-użu f’ambjenti potenzjalment esplużivi.
Barra minn hekk, id-Direttiva tispeċifika l-passi li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali li jimmonitorjaw is-sikurezza biex tiġi identifikata l-importazzjoni u tiġi pprevenuta l-importazzjoni ta’ prodotti perikolużi minn pajjiżi mhux tal-UE.
Atti ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni.
Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment.
Tħassir
Din irrevediet u ħassret id-Direttiva 94/9/KE b’effett mill-20 ta’ April 2016.
Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sad-19 ta’ April 2016. Dawn ir-regoli ilhom japplikaw mill-20 ta’ April 2016.
Id-Direttiva taġġorna r-regoli tal-UE dwar il-bejgħ ta’ tagħmir u ta’ sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi. Din tagħmel parti mill-isforz sabiex tiġi mmodernizzata l-liġi Ewropea f’firxa wiesgħa ta’ setturi industrijali biex jiġu ssimplifikati r-regoli, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġu stabbiliti regoli aktar ċari u aktar konsistenti.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, pp. 309–356).
Id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-ħtiġiet minimi għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema potenzjalment fir-riskju mill-atmosferi esplużivi (il-15-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiv 89/391/KEE) (ĠU L 23, 28.1.2000, pp. 57–64).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 1999/92/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 28.10.2022