Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Atti ta’ implimentazzjoni

Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea (jew f’każijiet eċċezzjonali l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) tista’ tingħata s-setgħat li tadotta atti ta’ implimentazzjoni mil-leġiżlatur tal-UE — permezz ta’ regoli speċifiċi inklużi fl-att leġiżlattiv (l-“att bażiku”). Dawn l-atti għandhom l-għan li joħolqu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-att leġiżlattiv inkwistjoni, jekk u meta dan ikun meħtieġ.

Atti ta’ implimentazzjoni huma atti mhux leġiżlattivi u jista’ jkollhom applikazzjonijiet individwali jew ġenerali. Ħafna drabi dawn huma ta’ natura amministrattiva jew teknika u jistgħu jieħdu diversi forom, bħal pereżempju deċiżjonijiet ta’ finanzjament individwali, deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni biex ċerti prodotti jitpoġġew fuq is-suq, jew mudelli għal ċertifikati meħtieġa taħt il-liġi tal-UE. Dawn jiġu adottati f’oqsma differenti bħal programmi ta’ nfiq, il-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa jew tat-tassazzjoni.

Proċeduralment, l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta mal-kumitati magħmula mill-esperti tekniċi tal-Istati Membri tal-UE, skont ir-regoli u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinżammu infurmati dwar il-preparazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni u għandhom id-dritt tal-iskrutinju, imma ma jistgħux jimblukkaw l-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni.

ARA WKOLL:

Top