Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-ġenerazzjoni tal-imprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-ġenerazzjoni tal-imprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ

L-iżvilupp ta’ mentalitajiet imprenditorjali għandu benefiċċji konsiderevoli għall-Unjoni Ewropea (UE) u għaċ-ċittadini tagħha. Dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jenfasizzaw modi kif l-imprenditorija tista’ tiġi inkorporata fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

ATT

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-imprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ (2015/C 17/02) (ĠU C 17 tal-20.1.2015, p. 2-7).

SOMMARJU

L-iżvilupp ta’ mentalitajiet imprenditorjali għandu benefiċċji konsiderevoli għall-Unjoni Ewropea (UE) u għaċ-ċittadini tagħha. Dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jenfasizzaw modi kif l-imprenditorija tista’ tiġi inkorporata fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

X’JAGĦMLU DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL?

Huma jenfasizzaw l-importanza u l-benefiċċji tal-ġenerazzjoni tal-imprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u jistiednu lill-pajjiżi tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jinkoraġġixxu, jappoġġjaw u jesploraw miżuri li jgħinu fl-iffaċilitar tal-imprenditorija fost l-ambjenti tat-tagħlim.

PUNTI EWLENIN

Definizzjoni ta’ imprenditorija

Dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill jużaw id-definizzjoni komprensiva ta’ imprenditorija użata fir-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar it-tagħlim tul il-ħajja: il-kapaċità li tittrasforma l-ideat f’azzjonijiet bl-użu tal-kreattività, l-innovazzjoni, it-teħid tar-riskji, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti.

Il-miżuri meħuda mill-pajjiżi tal-UE

Il-konklużjonijiet jitolbu lill-pajjiżi tal-UE sabiex:

  • jgħaqqdu l-ministeri tal-edukazzjoni ma’ ministeri rilevanti oħrajn,
  • jappoġġjaw l-inizjattivi ta’ imprenditorija tal-istudenti, eż. mentoring u inkubaturi għal dawk li jaspiraw li jsiru imprendituri,
  • jinvolvu lill-imprendituri fil-proċess tat-tagħlim, u
  • jintraċċaw it-tagħrif dwar il-gradwati sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw il-kwalità u l-effettività tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-imprenditorija.

Miżuri li jinvolvu lill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-pajjiżi tal-UE

Huma jintalbu sabiex:

  • joħolqu qafas ta’ referenza,
  • jiffaċilitaw skambju ta’ ideat u prattiki tajbin fil-livell nazzjonali u fil-livell Ewropew,
  • jisfruttaw il-potenzjal ta’ Erasmus+ fl-appoġġ għall-imprenditorija fl-edukazzjoni,
  • jippromwovu l-edukazzjoni tal-għalliema/dawk li jagħtu t-taħriġ f’ħiliet imprenditorjali,
  • jikkunsidraw kif riżorsi bħall-Fond Soċjali Ewropew jistgħu jappoġġjaw l-imprenditorija, u
  • jesploraw il-potenzjal tal-ħolqien ta’ riżorsi diġitali u online miftuħa u mingħajr ħlas sabiex isaħħu l-ħiliet imprenditorjali u fl-innovazzjoni.

SFOND

Dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill imissu bosta kwistjonijiet li tqajmu fil-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ: l-immodernizzar tal-edukazzjoni ogħla, il-promozzjoni tal-imprenditorija fost iż-żgħażagħ għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema.

Għal aktar tagħrif, ara L-Imprenditorija fl-Edukazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

l-aħħar aġġornament 10.06.2015

Top