EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0061
Commission Regulation (EC) No 61/2003 of 15 January 2003 amending Annexes I and II to Council Regulation (EEC) No 2377/90 laying down a Community procedure for the establishment of maximum residue limits of veterinary medicinal products in foodstuffs of animal origin (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2003 tal-15 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jjippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2003 tal-15 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jjippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 11, 16.1.2003, p. 12–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990R2377 | Tlestija | anness 1 | 18/03/2003 | |
Modifies | 31990R2377 | Tlestija | anness 2 | 18/03/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R0470 | 06/07/2009 |
Official Journal L 011 , 16/01/2003 P. 0012 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2003 tal-15 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jjippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jippreskrivi l-proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1937/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti progressivament għall-kull sustanza farmakologikament attiva li tintuża fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid mill-annimali li jipproduċu l-ikel. (2) Limiti massimi ta’ residwu għandhom ikunu stabbilit biss wara eżami fil-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ l-oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimali u l-impatt tar-residwi fuq l-ipproċesssar industrijali ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. (3) Meta jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwi għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimali, hu neċessarju li jiġi speċifikat l-ispeċi ta’ l-annimal li fihom jistgħu jkunu preżenti residwi, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti ta’ laħam relevanti miskub mill-annimal ittratat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi relevanti għall-osservazzjoni ta’ residwu (residwu markatur). (4) Għall-kontroll ta’ residwi, kif imsemmi fil-leġislazzjoni approprijata tal-Komunità, limiti massimi ta’ residwi għandhom ġeneralment ikunu stabbiliti għat-tessuti bersalji tal-fwied jew kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi huma frekwentament imneħħija mill-karkassi li jinbiegħu f’kummerċ internazzjonali, u limiti massimi ta’ residwi għandhom għalhekk ukoll dejjem jiġu stabbiliti għat-tessuti ta’ muskoli jew ta’ grass. (5) Fil-każ ta’ prodotti veterinarji mediċinali maħsuba għal użu f’għasafar li qed ibidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żnażan li jagħmlu l-għasel, limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu stabbiliti wkoll għal bajd, ħalib jew għasel. (6) Cefalonium u Permethrin għandhom jiddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. (7) Trichlormethiazide għandu jiddaħħal fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. (8) Għandu jitħalla perijodu adekwat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jippermettu Stati Membri biex jagħmlu kull aġġustament li jista’ jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet biex iqiegħdu l-prodotti veterinarji mediċinali fuq is-suq li ġew mogħtija skond id-Direttiva 2001/82/KE [3] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jieħdu akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. (9) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Annessi I u II mar-Regolamenti (KEE) Nru 2377/90 huma hawnhekk emendati kif imniżżla fl-Anness għal dan. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jgħodd mis-60-il ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Jannar 2003. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 297, tal-31.10.2002, p. 3. [3] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS A. Is-sustanza li ġejja/is-sustanzi li ġejjin għandha tidħol/għandhom jidħlu fl-Anness I (Lista ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi għal liema livelli massimi ta’ residwi ġew stabbiliti). 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibijotiċi 1.2.2. Cephalosporins "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi ta' l-annimali | LMR | Tessut bersal | Cefalonium | Cefalonium | Bovin | 20 µg/kg | Ħalib" | 2. Aġenti antiparassitiċi 2.2. Aġenti lijaġixxu kontra l-ektoparassiti 2.2.3. Pyrethroids "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi ta' l-annimali | LRM | Tessut bersal | Permethrin | Permethrin (somma ta' l-isomeri) | bovin | 50 μg/kg | Muskoli | 500 μg/kg | Grass | 50 μg/kg | Fwied | 50 μg/kg | Kliewi | 50 μg/kg | Ħalib | "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Speċi ta' l-annimali | Trichlormethiazide | L-annimali mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel" | --------------------------------------------------