EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0061

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2003 tal-15 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jjippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 11, 16.1.2003, p. 12–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 038 P. 92 - 94
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 046 P. 45 - 47
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 046 P. 45 - 47

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/61/oj

32003R0061



Official Journal L 011 , 16/01/2003 P. 0012 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2003

tal-15 ta’ Jannar 2003

li jemenda l-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jjippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jippreskrivi l-proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1937/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti progressivament għall-kull sustanza farmakologikament attiva li tintuża fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid mill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2) Limiti massimi ta’ residwu għandhom ikunu stabbilit biss wara eżami fil-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ l-oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimali u l-impatt tar-residwi fuq l-ipproċesssar industrijali ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

(3) Meta jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta’ residwi għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ ikel li joriġinaw mill-annimali, hu neċessarju li jiġi speċifikat l-ispeċi ta’ l-annimal li fihom jistgħu jkunu preżenti residwi, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti ta’ laħam relevanti miskub mill-annimal ittratat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi relevanti għall-osservazzjoni ta’ residwu (residwu markatur).

(4) Għall-kontroll ta’ residwi, kif imsemmi fil-leġislazzjoni approprijata tal-Komunità, limiti massimi ta’ residwi għandhom ġeneralment ikunu stabbiliti għat-tessuti bersalji tal-fwied jew kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi huma frekwentament imneħħija mill-karkassi li jinbiegħu f’kummerċ internazzjonali, u limiti massimi ta’ residwi għandhom għalhekk ukoll dejjem jiġu stabbiliti għat-tessuti ta’ muskoli jew ta’ grass.

(5) Fil-każ ta’ prodotti veterinarji mediċinali maħsuba għal użu f’għasafar li qed ibidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żnażan li jagħmlu l-għasel, limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu stabbiliti wkoll għal bajd, ħalib jew għasel.

(6) Cefalonium u Permethrin għandhom jiddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(7) Trichlormethiazide għandu jiddaħħal fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(8) Għandu jitħalla perijodu adekwat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex jippermettu Stati Membri biex jagħmlu kull aġġustament li jista’ jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet biex iqiegħdu l-prodotti veterinarji mediċinali fuq is-suq li ġew mogħtija skond id-Direttiva 2001/82/KE [3] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jieħdu akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I u II mar-Regolamenti (KEE) Nru 2377/90 huma hawnhekk emendati kif imniżżla fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd mis-60-il ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 297, tal-31.10.2002, p. 3.

[3] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. Is-sustanza li ġejja/is-sustanzi li ġejjin għandha tidħol/għandhom jidħlu fl-Anness I (Lista ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi għal liema livelli massimi ta’ residwi ġew stabbiliti).

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.2. Cephalosporins

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi ta' l-annimali | LMR | Tessut bersal |

Cefalonium | Cefalonium | Bovin | 20 µg/kg | Ħalib" |

2. Aġenti antiparassitiċi

2.2. Aġenti lijaġixxu kontra l-ektoparassiti

2.2.3. Pyrethroids

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi ta' l-annimali | LRM | Tessut bersal |

Permethrin | Permethrin (somma ta' l-isomeri) | bovin | 50 μg/kg | Muskoli |

500 μg/kg | Grass |

50 μg/kg | Fwied |

50 μg/kg | Kliewi |

50 μg/kg | Ħalib |

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Speċi ta' l-annimali |

Trichlormethiazide | L-annimali mammiferi kollha li jipproduċu l-ikel" |

--------------------------------------------------

Top