This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0435
1999/435/EC: Council Decision of 20 May 1999 concerning the definition of the Schengen acquis for the purpose of determining, in conformity with the relevant provisions of the Treaty establishing the European Community and the Treaty on European Union, the legal basis for each of the provisions or decisions which constitute the acquis
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen sabiex jiġi determinat, b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għall-kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen sabiex jiġi determinat, b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għall-kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis
ĠU L 176, 10.7.1999, p. 1–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31999D0435R(01) | ||||
Corrected by | 31999D0435R(02) | (PL) | |||
Modified by | 32000Y0713(03) | Emenda | 15/07/2000 | ||
Modified by | 32000Y0713(03) | Sostituzzjoni | artikolu 18 | 15/07/2000 |
Official Journal L 176 , 10/07/1999 P. 0001 - 0016
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 dwar id-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen sabiex jiġi determinat, b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għall-kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis (1999/435/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (minn issa l-quddiem imsejjaħ "l-Protokoll Schengen"), (1) Billi huwa neċessarju li jiġi definit l-acquis ta' Schengen sabiex il-Kunsill jkun jista' jiddetermina, b'konformità mad-disposizzjoni rilevanti tat-Trattati, bażi legali għall-kull waħda mid-disposizzjonijiet ta'l-acquis ta' Schengen; (2) Billi d-determinazzjoni tal-bażi legali hija neċessarja biss fir-rigward ta' dawk id-disposizzjonijiet li jorbtu jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen li għadhom operattivi; (3) Billi l-Kunsill għandu għalhekk jistabbilixxi id-disposizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jiffurmaw l-acquis ta' Schengen li għalihom mhuwiex neċessarju li tiġi determinata bażi legali b'konformità mad-disposizzjoni rilevanti tat-Trattati; (4) Billi l-konklużjoni li għall-ċerti disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen m'huwiex neċessarju jew xieraq għall-Kunsill li jiddetermina il-bażi legali b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati tista' tkun ġustifikata għar-raġunijiet li ġejjin; (a) Id-disposizzjoni m'għandiex forza legali li torbot, u disposizzjoni kumparabbli tista' tiġi addottata mill-Kunsill fuq il-bażi biss ta' strument li m'għandux bażi legali f'wieħed mit-Trattati. (b) Il-mogħdija taż-żmien u/jew avvenimenti rrendew id-disposizzjoni żejda. (ċ) Id-disposizzjoni tirreferi għal regoli istituzzjonali li huma meqjusa bħala li huma maqbuża mill-proċeduri ta' l-Unjoni Ewropeja. (d) Il-materja tas-suġġett tad-disposizzjoni hija koperta minn - u għalhekk maqbuża minn - leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità Ewropea jew ta' l-Unjoni jew minn att legali addottat mill-Istati Membri kollha. (e) Id-disposizzjoni saret superfluwa mill-Ftehim li jrid jiġi konkluż mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Schengen. (f) Id-disposizzjoni tikkonċerna żona li ma hi koperta la mill-attività tal-Komunità u lanqas mill-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea u b'hekk tikkonċerna waħda minn dawk iż-żoni li fihom l-Istati Membri żammew il-libertà li jaġixxu. Din tinkludi d-disposizzjonijiet li jistgħu ikunu sinifikanti biss għall-iskopijiet tal-kalkolu ta talbiet finanzjarji ta' jew bejn l-Istati Membri konċernati; (5) Anki jekk għal waħda minn dawn ir-raġunijiet mhuwiex neċessarju jew xieraq għall-Kunsill li jistabilixxi bażijiet legali għal ċerti disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, dan m'għandux ikollu l-effett li jirrendihom superfluwi jew li jċaħħadhom minn validità legali. L-effetti legali ta' l-atti li għadhom in forza li ġew addottati fuq il-bażi ta' tali disposizzjonijiet m'humiex affettwati; (6) Id-drittijiet u d-doveri tad-Danimarka huma ggvernati minn l-Artikolu 3 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u f' l-Artikoli 1 sa 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. Bi qbil ma' l-Anness għall-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, l-acquis ta' Schengen jinkludi l-atti kollha elenkati fl-Anness A ma' din id-Deċiżjoni. 2. L-acquis ta' Schengen, kif msemmi fil-paragrafu 1, għandu jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, bl-eċċezzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet tiegħu elenkati fl-Artikolu 2 u dawk id-disposizzjonijiet li fil-ħin ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma klassifikati bħala "kunfidenzjali" mill-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen. 3. Il-Kunsill għandu jżomm id-dritt ukoll li jippubblika partijiet oħra ta' l-acquis ta' Schengen fil-Ġurnal Uffiċċjali f'data iktar tard, in partikolari d-disposizzjonijiet li jidhru neċessarji fl-interess ġenerali, jew li l-Kunsill jikkunsidra importanti għall-interpretazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen. Artikolu 2 M'għandux ikun neċessarju għall-Kunsill, waqt li jkun qed jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni sottoparagrafu, it-tieni sentenza, tal-Protokoll Schengen, li jistabilixxi, fil-konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, bażi legali għad-disposizzjonijiet u d-deċiżjonijiet li ġejjin li jikkostitwixxu parti mill-acquis ta' Schengen: (a) id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, iffirmati f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' Franza, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li jimplimentaw il-Ftehim ta' Schengen u l-Att Finali tiegħu u ddikjarazzjonijiet ("il-Konvenzjoni ta' Schengen") li huma elenkati f'Parti 1 ta' l-Anness B; (b) id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni u l-Protokolli għall-Ftehim ta' Schengen u għal Konvenzjoni ta' Schengen mar-Repubblika Taljana (iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiza (iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), ir-Repubblika Ellenika (iffirmati f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992), ir-Repubblika ta' l-Awstrija (iffirmati fi Brussel fit-28 t'April 1995) u r-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996) li huma elenkati f'Parti 2 ta' l-Anness B; (ċ) id-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv mwaqqaf mill-Konvenzjoni ta' Schengen li huma mniżżla f'Parti 3 ta' l-Anness B; (d) id-deċiżjonijiet tal-Grupp Ċentrali li l-Grupp ġie awtorizzat jieħu mill-Kumitat Eżekuttiv u li huma elenkati f'Parti 3 ta' l-Anness B. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett immedjat. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1999. Għall-Kunsill Il-President E. Bulmahn -------------------------------------------------- ANNESS A Artikolu 1 L-ACQUIS TA' SCHENGEN 1. Il-Ftehim, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' l-iċċekjar fil-fruntieri komuni tagħhom. 2. Il-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li timplimenta il-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta' l-iċċekjar fil-frunitieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, bl-Att Finali relatat u dikjarazzjonijiet komuni. 3. Il-Protokolli ta' l-Adeżjoni u l-Ftehim għall-Ftehim tal-1985 u l-Konvenzjoni tal-1990 ta' implimentazzjoni ma' l-Italja (iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), Spanja u l-Portugall (iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), il-Greċja (iffirmati f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992), l-Awstrija (iffirmati fi Brussel fit-28 t'April 1995) u d-Danimarka, l-Finlandja u l-Isvezja (iffirmati fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996), ma' l-Atti Finali relatati u dikjarazzjonijiet. 4. Deċiżjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen. 5. Deċiżjonijiet tal-Grupp Ċentrali li l-Grupp ġie awtorizzat sabiex jieħu mill-Kumitat Eżekuttiv. Deċiżjonijiet SCH/Com-ex (93) 3 14.12.1993 | Arranġamenti Finanzjarji u Amministrattivi SEGRETARJAT ĠENERALI | SCH/Com-ex (93) 9 14.12.1993 | Konfermazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministeri u Segretarji ta' l-Istat dwar sustanzi tad-drogi u sustanzi psikotropiċi DROGI - KOPERAZJONI ĠUDIZZJARJA | SCH/Com-ex (93) 10 14.12.1993 | Konfermazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat tad-19 ta' Ġunju 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 sabiex idaħħlu fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni DĦUL FIS-SEĦĦ | SCH/Com-ex (93) 11 14.12.1993 | Konfermazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat DĦUL FIS-SEĦĦ | SCH/Com-ex (93) 14 14.12.1993 | Żvilupp tal-koperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet ġudizzjarja sabiex jikkumbattu kontra t-traffikar tad-droga DROGI - KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA | SCH/Com-ex (93) 16 14.12.1993 | Regolamenti Finanzjarji dwar l-istallazzjoni u l-ispejjeż ta' ħidma għax-Schengen - C.SIS SIS | SCH/Com-ex (93) 21 14.12.1993 | Estenzjoni ta' l-uniformità tal-visa VIŻAS | SCH/Com-ex (93) 22 Rev 14.12.1993 | Natura kunfidenzjali ta' ċerti dokumenti KUMITAT EŻEKUTTIV | SCH/Com-ex (93) 24 14.12.1993 | Proċedura komuni għat-tħassir, t-tneħħija jew tqassir tat-tul tal-validita tal-visa ta' l-uniformità tal-visa VIŻAS | SCH/Com-ex (94) 1 Rev 2 26.4.1994 | Miżuri t'aġġustament bil-ħsieb li jitneħħew l-ostakoli u r-restrizzjonijiet dwar it-traffiku fit-triq fil-punt tal-qsim ta' fruntieri fi fruntieri nterni FRUNTIERI NTERNI | SCH/Com-ex (94) 2 26.4.1994 | Il-ħruġ tal-VIŻAS uniformi fil-fruntieri VIŻAS | SCH/Com-ex (94) 15 Rev | L-introduzzjoni ta' proċedura kompjuterizzata għal konsultazzjoni ma l-awtoritajiet ċentrali li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta | SCH/Com-ex (94) 16 Rev 21.11.1994 | L-akkwist ta' timbri ta' dħul u ħruġ komuni FRUNTIERI ESTERNI | SCH/Com-ex (94)17 Rev 4 22.12.1994 | L-introduzzjoni u l-applikar tas-sistema ta' Schengen fl-ajruporti u l-ajrudromi AJRUPORTI | SCH/Com-ex (94) 25 22.12.1994 | Kambju ta' informazzjoni statistikali dwar il-ħruġ tal-viżas VIŻAS | SCH/Com-ex (94) 27 22.12.1994 | Il-kontijiet Schengen 1993 huma approvati u skariku mogħti lis-Segretarju- Ġenerali ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux BUDGET - SEGRETARJAT ĠENERALI | SCH/Com-ex (94) 28 Rev 22.12.1994 | Ċertifikat li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 75 għat-trasportazzjoni tad-drogi u/jew sustanzi psikotropiċi DROGI | SCH/Com-ex (94)29 Rev 2 22.12.1994 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tad-19 ta' Ġunju 1990 DĦUL FIS-SEĦĦ | SCH/Com-ex(95)PV 1 Rev (Punt Nru. 8) | Politika ta' visa komuni VIŻAS | SCH/Com-ex (95) 7 29.6.1995 | Il-Kumitat Eżekuttiv jendorsja d-deċiżjoni għall-użu tass-Segretarjat-Ġenerali tal-Benelux għall-għoti tal-Fażi II tal-kuntratt SIRENE SIS - SIRENE II | SCH/Com-ex(95)20 Rev 2 20.12.1995 | Approvazzjoni tad-dokument SCH/I (95) 40 Rev 6 dwar il-proċedura għall-applikar ta' l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta FRUNTIERI NTERNI | SCH/Com-ex (95) 21 20.12.1995 | Kambju mħaffef bejn l-Istati Schengen ta' data statistikali u tanġibbli dwar malfunzjonijiet possibbli fil-fruntieri esterni FRUNTIERI ESTERNI | SCH/Com-ex (96) 13 Rev 27.6.1996 | Prinċipji għall-ħruġ tal-viżas ta' Schengen bi qbil ma' l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta VIŻAS | SCH/Com-ex(96) 15 Cor 2 27.6.1996 | Emenda għal-Ftehim Finanzjarju u Amminstrattiv SEGRETARJAT ĠENERALI | SCH/Com-ex (96) 27 19.12.1996 | Il-ħruġ ta' VIŻAS fil-fruntieri għall-baħħara fi transitu VIŻAS | SCH/Com-ex (97) 2 Rev 2 25.4.1997 | Għotja tat-tender għall-istudju preliminari -SIS II SIS | SCH/Com-ex (97) 6 Rev 2 24.6.1997 | Il-Manwal Schengen dwar il-koperazzjoni tal-pulizija fil-qasam ta' l-ordni pubblika u s-sigurtà KOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA | SCH/Com-ex (97) 14 7.10.1997 | 1995 Rapport tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tal-Budget ta' installazjoni u operazzjoni C.SIS BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (97) 17 Rev 15.12.1997 | Skema ta' distribuzzjoni għall-1998/1999 SIS | SCH/ Com-ex (97) 18 7.10.1997 | Kontribuzzjonijiet minn Norveġja u l-Islanda għall-ispejjeż ta' l-operazzjoni tas-C.SIS SIS | SCH/Com-ex (97) 19 7.10.1997 | C.SIS Budget Operazzjoni għall-1998 BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (97) 20 7.10.1997 | L-użu ta' visa uniformi li titwaħħal min-Norveġja u l-Islanda FTEHIM TA' KOPERAZZJONI | SCH/Com-ex (97) 22 Rev 15.12.1997 | BUDGET għas-Segretarjat Schengen għall-1998 BUDGET - SEGRETARJAT | SCH/Com-ex (97) 24 7.10.1997 | Il-futur tas-SIS SIS | SCH/Com-ex (97)27 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-Italja ID-DĦUL FIS-SEĦĦ | SCH/Com-ex (97)28 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fl-Awstrija ID-DĦUL FIS-SEĦĦ | SCH/Com-ex (97)29 Rev 2 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-Greċja ID-DĦUL FIS-SEĦĦ | SCH/Com-ex (97) 32 15.12.1997 | L-armonizzazzjoni tal-politika tal-visa VIŻAS | SCH/Com-ex (97) 33 15.12.1997 | Emenda għall-Artikolu 18 tar-Regolamenti Finanzjarji BUDGET | SCH/Com-ex (97) 34 Rev 15.12.1997 | L-Implimentazzjoni ta' Azzjoni Konġunta fuq format uniformi għall-permessi ta' residenza VIŻAS | SCH/Com-ex (97) 35 15.12.1997 | L-emenda għar-Regolamenti Finanzjarji tas-C.SIS SIS | SCH/Com-ex (97) 38 Rev 15.12.1997 | Regolamenti Finanzjarji għall-Unit ta'l-Imaniġġjar SIS | SCH/Com-ex (97) 39 Rev 15.12.1997 | Prinċipji Gwidanti għall-meżżi ta' prova u evidenza indikattiva ġewwa l-qafas ta' ftehim tad-dħul mill-ġdid bejn l-Istati Schengen DĦUL MILL-ĠDID | SCH/Com-ex 1 Rev 2 21.4.1998 | Rapport dwar l-attivitajiet tal-forza tax-xogħol | SCH/Com-ex (98) 2 21.4.1998 | SIS 1 +proġett BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 3 21.4.1998 | Rapport ta' Tmexxija dwar il-Budget tal-1996 tas-C.SIS BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 5 21.4.1998 | BUDGET għall-1998 dwar in-nefqa ta' installazzjoni tas-C SIS BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 6 21.4.1998 | Estimi tal-BUDGET tal-1998 għall-Fażi II tas-SIRENE network BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 7 21.4.1998 | Estimi tal-BUDGET tal-1998 għan-nefqa Unit ta'l-Imaniġġjar BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 8 21.4.1998 | Estimi tal-BUDGET tal-1998 għal Helpdesk BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 9 21.4.1998 | BUDGET tal-JSA BUDGET - SEGRETARJAT | SCH/Com-ex (98) 10 21.4.1998 | Koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fir-ritorn ta' l-aljeni bl-ajru DĦUL MILL-ĠDID | SCH/Com-ex (98) 11 21.4.1998 | C.SIS ma konnessjonijiet 15/18 SIS | SCH/Com-ex (98) 12 | Kambju f'livell lokali ta' l-istatistiċi dwar il-viżas VIŻAS | SCH/Com-ex (98) 15 23.6.1998 | BUDGET tal-1998 għat-twaqqif ta' SIS BUDGET - SIS | SCH/Com-ex (98) 17 23.6.1998 | Natura kunfidenzjali ta' ċerti dokumenti | SCH/Com-ex (98)18 Rev 23.6.1998 | Miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' pajjiżi bi problemi rigward il-ħruġ ta' dokumenti rekwiżiti sabiex ineħħu il-persuni minn pajjiżhom mit-territorju ta' Schengen DĦUL MILL-ĠDID - VIŻAS | SCH/Com-ex (98) 19 23.6.1998 | Monako VIŻAS - FRUNTIERI ESTERNI - SIS | SCH/Com-ex (98) 21 23.6.1998 | L-istampar ta' passaporti ta' l-applikanti għal viża VIŻAS | SCH/Com-ex (98) 24 23.6.1998 | Ftehim dwar it-tneħħija tar-rekwiżit tal-viża (Artikolu 20 tal-Konvenzjoni li timplimenta) VIŻAS | SCH/Com-ex (98) 26 def. 16.9.1998 | It-twaqqif tal-Kumitat tal-Konvenzjoni Permanenti li jimplimenta | SCH/Com-ex (98) 27 23.6.1998 | Rapport annwali tal-1997 | SCH/Com-ex (98) 29 Rev 23.6.1998 | Klawsola li tkopri kollox sabiex jiġi kopert l-acqui kollu tekniku ta' Schengen | SCH/Com-ex (98) 30 16.9.1998 | Estimi tal-Budget tal-1999 għall-Fażi II tas-SIRENE network | SCH/Com-ex (98) 31 16.9.1998 | Estimi tal-Budget tal-1999 għall-unità tal-Imaniġġjar | SCH/Com-ex (98) 32 16.9.1998 | Approvazzjoni tar-rapport dwar in-nefqa 1997 għal-Fażi II għas-SIRENE network | SCH/Com-ex (98) 33 16.9.1998 | Approvazzjoni tar-rapport dwar in-nefqa 1997 għall-unità tal-Imaniġġjar | SCH/Com-ex (98) 34 16.9.1998 | Approvazzjoni tar-rapport dwar in-nefqa 1997 għal Help Desk | SCH/Com-ex (98)35 Rev 2 16.9.1998 | L-għotja tal-Manwal Komuni ta' l-Istati applikati għall-UE | SCH/Com-ex (98)37 def. 2 | Pjan ta' azzjoni sabiex jikkumbattu l-imigrazzjoni illegali | SCH/Com-ex (98) 43 Rev 16.9.1998 | Ad hoc Kumitat dwar il-Greċja | SCH/Com-ex (98) 44 16.12.1998 | Estimi tal-Budget għall-istallazzjoni tas-C.SIS għall-1999 | SCH/Com-ex (98) 45 16.12.1998 | Estimi tal-Budget ta' operazzjoni għas-C.SIS għall-1999 | SCH/Com-ex (98)46 Rev 2 16.12.1998 | Budget tal-1999 ta' l-Awtorità Superviżorja Konġunta | SCH/Com-ex (98) 47 Rev 16.12.1998 | Budget tal-1999 tas-Segretarjat ta' Schengen | SCH/Com-ex (98) 49 Rev 3 16.12.1998 | Jġibu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fis-seħħ fil-Greċja | SCH/Com-ex (98) 50 16.12.1998 | Budget (installazzjoni u operazzjonijiet) għas-C.SIS għall-1997 | SCH/Com-ex (98)51 Rev 3 16.12.1998 | Koperazzjoni tal-pulizija tal-qsim il-fruntieri fl-erja ta' prevenzjoni ta' delitti u l-kxif meta mitlub | SCH/Com-ex (98) 52 16.12.1998 | Manwal dwar koperazzjoni bejn forzi tal-pulizija fuq il-qsim tal-fruntieri | SCH/Com-ex (98)53 Rev 2 | L-armonizzazzjoni tal-politika tal-visa - abolizzjoni tal-listi l-griżi | SCH/Com-ex (98) 56 16.12.1998 | Manwal ta' dokumenti li fuqhom tista' tkun mwaħħla l-viża | SCH/Com-ex (98) 57 16.12.1998 | Introduzzjoni ta' formola armonizzata għal stediniet, prova ta' akkomodazzjoni, u l-aċċetazzjoni ta' obligazzjonijiet għal għajnuna ta' manutenzjoni | SCH/Com-ex (98) 58 Rev 16.12.1998 | Rapport mill-Kumitat Permanenti dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni li timplimenta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | SCH/Com-ex (98) 59 Rev 16.12.1998 | Skjerament kordinat ta' konsulenti ta' dokumenti | SCH/Com-ex (99) 1 Rev 2 28.4.1999 | Is-sitwazzjoni tad-drogi | SCH/Com-ex (99) 3 28.4.1999 | Il-Budget tal-Help Desk għall-1999 | SCH/Com-ex (99) 4 28.4.1999 | In-nefqiet ta' l-istallazzjoni tas-C.SIS | SCH/Com-ex (99) 5 28.4.1999 | Il-Manwal tas-SIRENE | SCH/Com-ex (99) 6 28.4.1999 | Is-sitwazzjoni tat-Telecomms | SCH/Com-ex (99) 7 Rev 2 28.4.1999 | Uffiċċjali ta' kollegament | SCH/Com-ex (99) 8 Rev 2 28.4.1999 | Pagamenti lill-informaturi | SCH/Com-ex (99) 9 Rev 28.4.1999 | Soluzzjoni għall-acquis ta' Schengen | SCH/Com-ex (99) 10 28.4.1999 | Kummerċ illegali f'armi | SCH/Com-ex (99)11 Rev 2 28.4.1999 | Deċiżjoni li tirrelata mall-Ftehim dwar il-koperazzjoni fi proċeduri għall-offiżi tat-traffiku tat-triq | SCH/Com-ex (99) 13 28.4.1999 | Tneħħija ta' verżjonijiet antiki tal-Manwal Komuni u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-adozzjoni ta' verżjonijiet ġodda | SCH/Com-ex (99) 14 28.4.1999 | Manwal ta' dokumenti li Fuqhom tista' titwaħħal viża | SCH/Com-ex (99)16 Rev 2 28.4.1999 | Relazzjoni Schengen-Benelux | SCH/Com-ex (99) 17 Rev 28.4.1999 | L-istralċ wara l-1 ta' Mejju 1999 | SCH/Com-ex (99) 18 28.4.1999 | Żvilupp ta' koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u l-kxif ta' l-offiżi | Dikjarazzjonijiet SCH/Com-ex (93) Decl 5 14.12.1993 | Il-Manwal tas-SIRENE | SCH/Com-ex (93) Decl 6 14.12.1993 | Miżuri ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntiera | SCH/Com-ex (93) Decl 13 14.12.1993 | Linji gwida sabiex jiffaċilitaw assistenza ġudizzjarja internazzjonali fil-kumbattiment kontra t-traffikar tad-drogi | SCH/Com-ex (94) Decl 8 27.6.1994 | Fruntieri esterni | SCH/Com-ex (94) Decl 13 Rev 2 22.12.1994 | Dokumenti legali li jistgħu jkunu transmessi direttament bil-posta | SCH/Com-ex (94) Decl 14 Rev 22.12.1994 | SIS | SCH/Com-ex (95) Decl 2 29.6.1995 | Il-koperazzjoni bejn korpi tal-Pulizija | SCH/Com-ex (95) Decl 3 29.6.1995 | Il-koperazzjoni bejn korpi tal-pulizija fil-qsim tal-fruntieri | SCH/Com-ex (95) Decl 4 20.12.1995 | Kambju ta' l-informazzjoni dwar viżas li ġew maħruġa | SCH/Com-ex (95) Decl 5 20.12.1995 | L-armonizzazzjoni ta' miżati konsultattivi | SCH/Com-ex (96) Decl 1 | Terroriżmu | SCH/Com-ex (96)Decl 2 Rev 18.4.1996 | L-avviċinament għall-problema tat-turiżmu tad-droga u fluss ta' droga illeċita | SCH/Com-ex (96) Decl 4 Rev 18.4.1996 | Introduzzjoni ta' miżati uniformi għall-ħruġ tal-viżas | SCH/Com-ex (95) Decl 5 18.4.1996 | Id-definizzjoni tal-kunċett ta' aljen | SCH/Com-ex (96) Decl 6 Rev 2 26.6.1996 | Id-dikjarazzjoni dwar estradizzjoni | SCH/Com-ex (96) Decl 7 Rev 27.6.1996 | Trasferiment u politika ta' dħul mill-ġdid bejn l-Istati Schengen | SCH/Com-ex (97) Decl 1 Rev 3 25.4.1997 | Iddaħħal fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta fl-Italja, l-Greċja u l-Awstrija | SCH/Com-ex (97) Decl 4 24.6.1997 | Rapport annwali dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta' l-Istati li diġa' qed jimplimentaw il-Konvenzjoni li timplimenta bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1996 | SCH/Com-ex (97) Decl 5 Rev 24.6.1997 | Konklużjonijiet tas-seminar li sar f'Lisbona fil-14 u l-15 ta' April 1997 fuq miżuri alternattivi konġunti meħuda mill-Istati Schengen individwali | SCH/Com-ex (97) Decl 6 25.4.1997 | Problemi milħuqa fid-determinazzjoni ta' l-identità u l-akkwist ta' dokumenti tal-vjaġġ biex jirrimpjazzaw -passaporti | SCH/Com-ex (97) Decl 8 24.6.1997 | Il-proġett pilota "rutini użati għat-traffikar ta' vetturi misruqa" | SCH/Com-ex (97) Decl 9 24.6.1997 | Il-proġetti pilota "traffikar tad-droga" u "immigrazzjoni illegali" | SCH/Com-ex (97) Decl 10 24.6.1997 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta fl-Italja, l-Greċja u l-Awstrija | SCH/Com-ex (97) Decl 11 7.10.1997 | Lista ta' awtoritajiet intitolati sabiex jaċċessaw is-SIS fl-Italja, l-Awstrija u l-Greċja | SCH/Com-ex (97) Decl 12 7.10.1997 | Lista ta' l-awtoritajiet ċentrali kompetenti għall-komponenti nazzjonali tas-SIS | SCH/Com-ex (97) Decl 13 Rev 2 21.4.1998 | Htif ta' minuri | SCH/Com-ex (97) Decl 14 Rev 15.12.1997 | Miżuri lejn Terzi Stati li jagħtu lok għal problemi ta' dħul mill-ġdid | SCH/Com-ex (98) Decl 1 23.6.1998 | Network ta' esperti ta' immigrazzjoni nazzjonali illegali | SCH/Com-ex (98) Decl 2 Rev 16.9.1998 | L-istrateġija għas-sekondar ta' uffiċjali ta' koperazzjoni | SCH/Com-ex (98) Decl 3 16.9.1998 | Skjerament ta' konsulenti dwar id-dokumentazzjoni | SCH/Com-ex (98) Decl 7 16.12.1998 | Lista ta' l-awtoritajiet skond l-Artikolu 101 tal-Konvenzjoni li timplimenta | SCH/Com-ex (98) Decl 8 16.12.1998 | Trattament ta' ċittadini ta' terzi pajjiżi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għal dħul jew waqfa fit-territorju ta' Stat ta' Schengen | SCH/Com-ex (98) Decl 9 16.12.1998 | Riżultati u konklużjonijiet ta' viżti lil rappreżentazzjonijiet magħżula esterni | SCH/Com-ex (98) Decl 10 16.12.1998 | Is-sigurtà tal-fruntiera esterna ta' Schengen mħarsa bħala sistema ta' filtrijiet ta' sigurtà ntegrati | SCH/Com-ex (98) Decl. 11 Rev 16.12.1998 | Rapport annwali tal-1997 dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni ta' Schengen | SCH/Com-ex (99) Decl 2 Rev 28.4.1999 | Struttura SIS | SCH/Com-ex (99) Decl 3 28.4.1999 | Rapport dwar il-kontroll tal-fruntier estern ta' Schengen fis-settur tad-drogi | 6. Lista ta' atti adottati għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-organi li fuqhom l-Kumitat Eżekuttiv ta' poteri tat-twaqqif ta' deċiżjonijiet. Deċiżjonijiet tal-Grupp Ċentrali SCH/C (95) 122 Rev 4 31.10.1995 | L-adozzjoni tar-regolamenti amministrattivi u finanzjarji għal fażi II tan-network SIRENE | SCH/C (95) 122 Rev 5 23.2.1998 | Emenda tar-regolamenti finanzjarji għall-fażi II tan-network SIRENE | SCH/C (98) 117 27.10.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali | SCH/C (99) 25 22.3.1999 | Prinċipji ġenerali għal pagamenti lil infurmaturi u infiltraturi | SCH/C (99) 47 Rev 26.4.1999 | Discharge tal-Budget tal-1998 | -------------------------------------------------- ANNESS B Artikolu 2 PARTI 1 Il-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, li jimplimentaw il-Ftehim tax-Schengen: Artikolu 2 (4) Artikolu 4, sa fejn il-kontrolli dwar il-bagalja huma konċernati [1] Artikolu 10 (2) Artikolu 19 (2) L-Artikoli 28 sa' 38 u d-definizzjonijiet relatati [2] Artikolu 60 Artikolu 70 Artikolu 74 Artikoli 77 sa' 81 [3] Artikoli 83 sa' 90 [4] Artikoli 120 sa' 125 Artikoli 131 sa' 135 Artikolu 137 Artikoli 139 sa' 142 L-Att Finali: dikjarazzjoni 2 L-Att Finali: dikjarazzjoni 4, 5 u 6 Protokoll Dikjarazzjoni Komuni Dikjarazzjoni minn Ministeri u Segretarji ta' l-Istat PARTI 2 1. Il-Protokoll, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubbika Taljana għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985. 2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Taljana għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: Artikolu 1 Artikoli 5 u 6 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3 Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat. 3. Il-Protokoll, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju ta' Spanja għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Italja, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawh. 4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għall-Konvenzjoni, iffirmati f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu ir-Repubblika Taljana ssieħbet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjonijiet relatati: Artikolu 1 Artikoli 5 u 6 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3 Parti III, dikjarazzjonijiet 1,3 u 4 Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat. 5. Il-Protokoll, iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Portugiża għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmati f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u d-dikjarazzjonijiet tagħhom li jakkompanjawh. 6. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li miegħu ir-Repubblika Taljana ssieħbet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjonijiet relatati: Artikolu 1 Artikoli 7 u 8 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjonijiet 2 u 3 Parti III, dikjarazzjonijiet 2,3 4 u 5 Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat. 7. Il-Protokoll, iffirmat f'Madrid fi 6 ta' Novembru 1992, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika Ellenika għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendat mill-Protokolli bl-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmati f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u mill-Gvernijiet tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, iffirmati f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawh. 8. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1992, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li magħhom ir-Repubblika Taljana ssieħbet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża taħt il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjonijiet relatati: Artikolu 1 Artikoli 6 u 7 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjonijiet 2,3 4 u 5 Parti III, dikjarazzjonijiet 1 u 3 Dikjarazzjoni minn Ministri u Segretarji ta' l-Istat. 9. Il-Protokoll, iffirmat fi Brussell fit-28 t'April 1995, dwar l-adeżjoni tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontolli tal-frunitieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, kif emendati mill-Protokoll dwar l-adeżjoni mill-Gvernijiet tar-Repubblika ta' l-Italja, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika, iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, 25 ta' Ġunju 199 u 6 ta' Novembru 1992 rispettivament. 10. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmati fi Brussel fit-28 t'April 1995, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li magħhom ssieħbet ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, 25 ta' Ġunju 1991 u 6 ta' Novembru 1992 rispettivament, u l-Att Finali tagħhom: Artikolu 1 Artikoli 5 u 6 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjoni 2 Parti III. 11. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Renju tad-Danimarka għall-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, u d-dikjarazzjoni tiegħu relatata. 12. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjoni relatata: Artikolu 1 Artikolu 5 (1) Artikoli 7 u 8 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjoni 2 Parti III. Dikjarazzjoni mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat. 13. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja għall-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f' Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, u d-dikjarazzjoni tiegħu relatata. 14. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Finlandja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjoni relatata: Artikolu 1 Artikoli 6 u 7 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjoni 2 Parti III. Dikjarazzjoni mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat. 15. Il-Protokoll, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni mill-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985, u d-dikjarazzjoni tiegħu relatata. 16. Id-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tagħhom u d-dikjarazzjoni relatata: Artikolu 1 Artikoli 6 u 7 Att Finali: Parti I Parti II, dikjarazzjoni 2 Parti III. Dikjarazzjoni mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat. PARTI 3 Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv Referenza | Suġġett | Ġustifikazzjoni | SCH/Com-ex (93) 3 14.12.1993 | Ftehim Finanzjarju u Amministrattiv | (f) | SCH/Com-ex (93) 9 14.12.1993 | Konferma tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat li jirrigwardjaw id-drogi u sustanzi psikotropiċi | (a) | SCH/Com-ex (93) 11 14.12.1993 | Konferma tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat | (a) | SCH/Com-ex (94) 27 22.12.1994 | Kontijiet ta' Schengen tal-1993 approvati u twettieq mogħti lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux | (f) | SCH/Com-ex (95) 7 29.6.1995 | Il-Kumitat Eżekuttiv jendorsja d-deċiżjoni sabiex jintuża s-Segretarjat-Ġenerali tal-Benelux għall-għotja tal-kuntratt tas-SIRENE Fażi II | (f) | SCH/Com-ex (96)15 Cor 2 27.6.1996 | Emenda għall-Arranġamenti Finanzjarji u Amministrattivi | (f) | SCH/Com-ex (97) 14 7.10.1997 | Rapport tat-Tmexxija ta'l-1995 dwar l-implimentazzjoni ta' l-installazzjoni C.SIS u l-Budget operattiv | (b) | SCH/Com-ex (97) 17 Rev 15.12.1997 | Ċavetta tad-distribuzzjoni għall-1998/1999 | (f) | SCH/Com-ex (97) 19 7.10.1997 | C.SIS Budget operattiv għall-1998 | (b) | SCH/Com-ex (97) 20 7.10.1997 | L-użu tat-tikketta ta' visa uniformi minn Norveġja u l-Islanda | (e) | SCH/Com-ex (97) 22 Rev 15.12.1997 | Budget għas-Segretarjat ta' Schengen għall-1998 | (f) | SCH/Com-ex (97)27 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta fl-Italja | (b) | SCH/Com-ex (97)28 Rev 4 7.10.1997 | Iddaħħal fis-seħħ il-Konvenzjoni li timplimenta fl-Awstrija | (b) | SCH/Com-ex (97) 33 15.12.1997 | Emenda għall-Artikolu 18 tar-Regolamenti Finanzjarji | (f) | SCH/Com-ex (97) 38 Rev 15.12.1997 | Regolamenti Finanzjarji għall-Unità tat-Tmexxija | (ċ) | SCH/Com-ex (98) 2 21.4.1998 | Proġett SIS 1+ | (f) | SCH/Com-ex (98) 3 21.4.1998 | Rapport tat-Tmexxija tal-Budget tas-C.SIS fl-1996 | (f) | SCH/Com-ex (98) 5 21.4.1998 | Stima tal-Budget tas-C.SIS għan-nefqa ta' installazzjoni tal-1998 | (f) | SCH/Com-ex (98) 6 21.4.1998 | Stima tal-Budget tal-1998 għall-Fażi II tan-network tas-SIRENE | (f) | SCH/Com-ex (98) 7 21.4.1998 | Stima tal-Budget tal-1998 għan-nefqa ta' l-Unità tat-Tmexxija | (f) | SCH/Com-ex (98) 8 21.4.1998 | Stima tal-Budget tal-1998 għall-Help Desk | (f) | SCH/Com-ex (98) 9 21.4.1998 | Budget tal-JSA | (f) | SCH/Com-ex (98) 15 23.6.1998 | Budget ta' l-istallazzjoni tas-SIS ghal 1998 BUDGET - SIS | (f) | SCH/Com-ex (98) 24 23.6.1998 | Ftiehem ta' rinunzja ta' viżas (Artikolu 20 tal-Konvenzjoni li timplimenta) VIŻAS | (f) | SCH/Com-ex (98) 27 23.6.1998 | Rapport annwali tal-1997 | (f) | SCH/Com-ex (98) 30 16.9.1998 | Abbozz ta' Budget tal-1999 għan-network tas-SIRENE Fażi II | (f) | SCH/Com-ex (98) 31 16.9.1998 | Abbozz ta' Budget tal-1999 għall-Unità tat-Tmexxija | (f) | SCH/Com-ex (98) 32 16.9.1998 | Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Fażi II tas-SIRENE għall-1997 | (f) | SCH/Com-ex (98) 33 16.9.1998 | Approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-Unità tat-Tmexxija għall-1997 | (f) | SCH/Com-ex (98) 34 16.9.1998 | Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Help Desk għall-1996 u għall-1997 | (f) | SCH/Com-ex (98) 44 16.12.1998 | Budget ta' l-installazzjoni tas-C.SIS għall-1999 | (f) | SCH/Com-ex (98) 45 16.12.1998 | Budget operattiv tas-C.SIS għall-1999 | (f) | SCH/Com-ex (98)46 Rev 2 16.12.1998 | Budget tal-Awtorità ghas-Sorveljanza Konġunta għall-1999 | (f) | SCH/Com-ex (98) 47 Rev 16.12.1998 | Budget tas-Segretarjat ta' Schengen għall-1999 | (f) | SCH/Com-ex (98) 50 16.12.1998 | L-implimentazzjoni tal-Budget tal-installazzjoni u l-Budget operattiv tas-C.SIS għall-1997 | (f) | SCH/Com-ex (98) 58 Rev 16.12.1998 | Rapport mil-Kumitat Permanenti dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni li timplimenta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | (b) | SCH/Com-ex (99) 1 Rev 2 28.4.1999 | Id-drogi ta' l-acquis | (a) | SCH/Com-ex (99) 9 Rev 28.4.1999 | Twaqqif ta' l-acquis ta' Schengen | (b) | SCH/Com-ex (99) 16 Rev 2 28.4.1999 | Ir-relazzjoni ta' Schengen-Benelux | (f) | SCH/Com-ex (99) 17 Rev 28.4.1999 | L-egħluq wara l-1 ta' Mejju 1999 | (f) | Referenza | Suġġett | Ġustifikazzjoni | SCH/Com-ex (93) Decl 5 14.12.1993 | Manwal tas-SIRENE | (b) | SCH/Com-ex (93) Decl 6 14.12.1993 | Miżuri ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli tal-fruntiera | (a) | SCH/Com-ex (93) Decl 13 14.12.1993 | Gwida bil-għan li jiffaċilita l-assistenza mutwali nternazzjonali fil-kombattiment kontra t-traffikar tad-droga | (a) | SCH/Com-ex (94) Decl 8 27.6.1994 | Fruntieri esterni | (a) | SCH/Com-ex (94) Decl 13 Rev 2 22.12.1994 | Dokumenti legali li jistgħu jkunu trasmessi direttament bil-posta | (a) | SCH/Com-ex (4) Decl 14 Rev 22.12.1994 | SIS | (b) | SCH/Com-ex (95) Decl 2 29.6.1995 | Koperazzjoni bejn pulizija | (a) | SCH/Com-ex (95) Decl 3 20.12.1995 | Koperazzjoni bejn pulizija dwar qsim fuq il-fruntiera | (a) | SCH/Com-ex (95) Decl 4 20.12.1995 | Skambju ta' informazzjoni dwar il-viżas li ġew maħruġa | (a) | SCH/Com-ex (95) Decl 5 20.12.1995 | L-armonizzazzjoni ta'miżatikonsulari | (a) | SCH/Com-ex (96) Decl 1 21.2.1996 | Terroriżmu | (a) | SCH/Com-ex (96) Decl 2 Rev 18.4.1996 | It-trattar tal-problema tat-turiżmu tad-droga u l-firxa illiċita tad-droga | (a) | SCH/Com-ex (96) Decl 4 Rev 18.4.1996 | Introduzzjoni ta' miżati uniformi għall-ħruġ tal-viżas | (a) | SCH/Com-ex (96) Decl 7 Rev 27.6.1996 | Trasferiment u politika ta' dħul mill-ġdid bejn l-Istati ta' Schengen | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 1 Rev 3 25.4.1997 | Rapport annwali għall-1996 | (b) | SCH/Com-ex (97) Decl 4 24.6.1997 | Rapport annwali dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati li diġa' qed jimplimentaw il-Konvenzjoni ta' Schengen bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1996 | (b) | SCH/Com-ex (97) Decl 5 Rev 24.6.1997 | Il-konklużjoni tas-seminar li sar f'Liżbona fl-14 u l-15 t'April 1997 dwar miżuri alternattivi konġunti | (b) | SCH/Com-ex (97) Decl 6 25.4.1997 | Problemi li jinqalgħu fid-determinazzjoni ta' l-identità u l-akkwist ta' dokumenti tal-vjaġġ li jirrimpjazzaw il-passaporti | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 8 24.6.1997 | Proġett pilota "rotot wżati għat-traffikar ta' vetturi misruqa" | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 9 24.6.1997 | Proġetti pilota "traffikar tad-droga" u "immigrazzjoni illegali" | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 10 24.6.1997 | Jġibu l-Konvenzjoni fis-seħħ fl-Italja, l-Greċja u l-Awstrija | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 11 7.10.1997 | Lista ta' l-awtoritajiet ntitolati għall-aċċess għas- SIS fl-Italja, l-Awstrija u l-Greċja | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 12 7.10.1997 | Lista ta' l-awtoritajiet ċentrali kompetenti għall-komponent nazzjonali ta'l-SIS | (a) | SCH/Com-ex (97) Decl 14 Rev 15.12.1997 | Miżuri lejn Terzi Stati li jikkawżaw problemi ta' ħruġ mill-ġdid | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 1 23.6.1998 | Network ta' esperti nazzjonali fl-immigrazzjoni illegali | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 2 Rev 16.9.1998 | L-istrateġija għas-sekondar ta' uffiċċjali kordinattivi | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 3 16.9.1998 | L-impjazzar ta' konsulenti dwar dokumenti | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 7 16.12.1998 | Lista ta' l-awtoritajiet kumpetenti bis-saħħa ta' l-Artikolu 101 tal-Konvenzjoni li timplimenta | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 8 16.12.1998 | Trattament ta' l-aljeni ta' terzi pajjizi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għad-dħul fi jew li jibqgħu fit-territorju ta' Stat tax-Schengen | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 9 16.12.1998 | L-esitu u l-konklużjonijiet taż-żjarat għall-rappreżentazzjonijiet magħżula barra mill-pajjiż | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 10 16.12.1998 | Is-sigurtà tal-fruntiera esterna ta' Schengen meqjusa bħala sistema ta' filtrijiet ta' sigurtà integrata | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 11 Rev 16.12.1998 | Rapport annwali tal-1997 dwar is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni ta' Schengen | (a) | SCH/Com-ex (98) Decl 3 28.4.1999 | Rapport dwar il-kontroll tal-fruntiera esterna ta' Schengen fis-settur tad-drogi | (a) | Referenza | Suġġett | Ġustifikazzjoni | SCH/C (95) 122 Rev 4 31.10.1995 | L-adozzjoni tar-Regolament Amministrattiv u r-Regolament Finanzjarju għall-Fażi II tan-network tas-SIRENE | (f) | SCH/C (95) 122 Rev 5 23.2.1998 | Emenda għar-Regolament Finanzjarju għall-Fażi II tan-network tas-SIRENE | (f) | SCH/C (99) 47 Rev 26.4.1999 | Id-discharge tal-Budget 1998 | (f) | [1] Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontrolli dwar il-bagalji, l-Artikolu 4 ġie mwarrab mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3925/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 li jikkonċerna l-eliminazzjoni ta'kontrolli u formalitajiet applikabbli għal kabina u ż-żamma tal-bagalji ta' persuni li jagħmlu titjira intra-Komunitarja u l-bagalji ta' persuni li jagħmlu qsim bil-baħar intra-Komunitarja (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 4). [2] Rimpjazzata mill-Konvenzjoni, ffirmat ġewwa Dublin fil-15 ta' Ġunju 1990, li tiddetermina l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' applikazzjonijiet għal rifuġju magħmula f wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Ċ 254, 19.8.1997, p. 1). [3] Artikoli 77 sa' 81 u 83 sa' 90 tal-Konvenzjoni li timplimenta ġew rimpjazzatia mid-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi. L-armi tal-gwerra jaqgħu ġewwa l-isfera ta' kompetenza ta' Stati Membri, taħt l-Artikolu 296(1)(b) tat-Trattat tal-KE. [4] Artikoli 77 sa' 81 u 83 sa' 90 tal-Konvenzjoni li timplimenta ġew rimpjazzatia mid-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi. L-armi tal-gwerra jaqgħu ġewwa l-isfera ta' kompetenza ta' Stati Membri, taħt l-Artikolu 296(1)(b) tat-Trattat tal-KE. --------------------------------------------------