Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0099

    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/99/KE tat-30 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għall- prodotti soġġetti għas-sisa u fuq iż-żamma, ċaqliq u monitoraġġ ta' dawn il-prodotti

    ĠU L 8, 11.1.1997, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008L0118

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/99/oj

    31996L0099



    Official Journal L 008 , 11/01/1997 P. 0012 - 0013


    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/99/KE

    tat-30 ta' Diċembru 1996

    li temenda d-Direttiva 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għall- prodotti soġġetti għas-sisa u fuq iż-żamma, ċaqliq u monitoraġġ ta' dawn il-prodotti

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b' mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni,

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, wara li ġie kkonsultat dwar il-proposta tal-Kummissjoni ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu mogħti mill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 198 tat-Trattat; filwaqt li huwa xieraq li ma jingħatax kas tal-fatt li l-imsemmija Kummissjoni ma tatx l-opinjoni tagħha;

    Billi d-Direttiva 92/12/KEE [2] tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali tal-qasam, moviment u ċaqliq tal-prodotti soġġetti għas-sisa;

    Billi l-Artikolu 26 ta' dik id-Direttiva jipprovdi deroga li tippermetti li d-Danimarka tapplika s-sisa fuq xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk li jaqbżu ċertu kwantitajiet meta jidħlu f'dan it-territorju permezz ta' individwi privati li jimpurtawhom għall-użu tagħhom;

    Billi l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994 jipprovdi, ukoll b'referenza għall-Artikolu 26 tad-Direttiva 92/12/KEE, li l-Isvezja u l-Finlandja jistgħu japplikaw is-sisa fuq lista aktar estensiva ta' xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk taħt l-istess kondizzjonijiet;

    Billi d-derogi li hemm provduti kienu akkordati minħabba li f'Ewropa mingħajr fruntieri r-rati tas-sisa jvarjaw ħafna, tneħħija immedjata ta' limitazzjonijiet fuq is-sisa setgħu ikkawżaw bdil fir-rotta mhux aċċettabbli ta' kummerċ u dħul u tagħwiġ fil-kompetizzjoni fl-Istati Membri konċernati, li applikaw tradizzjonalment sisa għolja fuq il-prodotti konċernati kemm bħala sors importanti ta' dħul u għal raġunijiet ta' saħħa u oħrajn soċjali;

    Billi d-derogi ngħataw sal-31 ta' Diċembru 1996 u soġġetti għall-mekkaniżmu ta' reviżjoni similment għal dawk li jinsabu fl-Artikolu 28l tad- Direttiva 77/388/KEE [3];

    Billi, iżda, fil-31 ta' Diċembru 1996, rati minimi ta' sisa applikati fil-Komunità jkunu anqas milli kien mistenni meta d-derogi ġew akkordati, sabiex l-abolizzjoni tagħhom f'dik id-data ser tikkawża problemi akbar milli kienu previsti;

    Billi, għalhekk, huwa xieraq li jiġi provdut aktar żmien għal aġġustament fid-Danimarka, fil-Finlandja u fl-Isvezja billi tiġi estiża d-data li tinsab fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 92/12/KEE;

    Billi, iżda, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 jirrappreżentaw deroga minn prinċipju fundamentali tas-suq intern, jiġifieri d-dritt taċ-ċittadini li jittrasporta oġġetti mixtrija għall-użu tagħhom fil-Komunità mingħajr ma jinkorru liabbiltà għal ħlas ġdid ta' sisa, sabiex ikun neċessarju li jillimita l-effetti kemm jista' jkun;

    Billi għalhekk huwa xieraq, fil-każ tad-Danimarka u l-Finlandja, li jipprovdu minn naħa, għal-liberalizzazzjoni ta'restrizzjonijiet kwantittivi li jistgħu jiġu applikati qabel it-tneħħija kompleta tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2003 u, min-naħa l-oħra, biex tnaqqas minn 36 siegħa għal 24 siegħa l-perjodu kwalifikat li jeħtieġ waqfien minimu barra t-territorju ta' l-Istati Membri konċernati qabel residenti jibbenefikaw minn xi somma;

    Billi, l-Istati Membri konċernati jistgħu jiddeċiedu fuq id-dettalji preċiżi dwar il-proċess ta' liberalizzazzjoni fid-dawl ta' fatti rilevanti;

    Billi, iżda, l-proċess għandu jkun soġġett għall-monitoraġġ mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2000;

    Billi, fil-każ ta' l-Isvezja, huwa xieraq li tiġi awtorizzata l-kontinwazzjoni tar-restrizzjonijiet preżenti sat-30 ta' Ġunju 2000 u li dawn ikunu soġġetti għal mekkaniżmu reviżiv simili ta' dawk li jinsabu fl-Artikolu 281 tad-Direttiva 77/388/KEE;

    Billi l-Artikolu 1(2) tal-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 tad-19 Diċembru 1991 li jikkonċerna l-eliminazzjoni tal-kontrolli u l-formalitjiet aċċettati għall-bagalji tal-kabina u dawk ta' l-idejn tal-persuni li jaqsmu l-baħar intra-komunitarju [4] jgħid li l-infurzar tagħhom huwa mingħajr preġudizzji lejn kontrolli li għandhom x'jaqsmu ma' projbizzjonijiet u restrizzjonijiet preskritti mill-Istati Membri, provdut li huma kompatibbli mat-tliet Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej; filwaqt li, f'dak il-kuntest, il-verifikazzjonijiet neċessarji għall-infurzar ta' restrizzjonijiet kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 92/12/KEE għandhom jiġu kunsidrati bħala kontrolli u, bħala tali, jkunu kompatibbli mal-leġislazzjoni Komunitarja,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    "Artikolu 26

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, sal-31 Diċembru 2003, id-Danimarka u l-Finlandja għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw għal arranġamenti speċifiċi li jinsabu fit tieni u t-tielet sotto-paragrafi għal ċertu xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk li jinġiebu fit-territorju tagħhom permezz ta' individwi privati għall-użu tagħhom.

    Mill-1 Jannar ta' 1997, id-Danimarka u l-Finlandja għandhom jiġu awtorizzati li jibqgħu japplikaw l-istess restrizzjonijiet fuq il-kwantità ta' oġġetti li jistgħu jidħlu fit-territorju tagħhom mingħajr aktar sisa u pagament ta' dazju kif applikaw fil-31 ta' Diċembru 1996. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu mneħħija progressivament mill-Istati Membri.

    Billi dawn l-oġġetti huma impurtati minn persuni residenti fit-territorju tagħhom, id-Danimarka u l-Finlandja għandhom ikunu awtorizzati li jirrestrinġu l-konċessjoni għad-dħul bil-permess mingħajr ħlas ta' dazju lil persuni li kienu assenti mit-territorju tagħhom għal perjodu ta' aktar minn 24 siegħa.

    2. Qabel it-30 ta' Ġunju 2000, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni fil-paragrafu 1.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, mill-1 ta'Jannar 1997 sat-30 ta' Ġunju 2000, u soġġett għal reviżjoni ta' mekkaniżmu simili ta' dak imsemmi fl-Artikolu 28l tad-Direttiva 77/388/KEE, l-Isvezja għandha tkun awtorizzata li tkompli tapplika l-istess restrizzjonijiet kif applikat fil-31 ta' Diċembru 1996 fuq il-kwantità ta' xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk li jistgħu jidħlu fit-territorju Svediż mingħajr aktar pagament tas-sisa minn individwi privati għall-użu tagħhom.

    4. Id-Danimarka, l-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jiġbru s-sisa u jwettqu l-kontrolli neċessarji fir-rigward ta' prodotti koperti b'dan l-Artikolu.'"

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ ir-regolazzjonijiet tal-liġijiet u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji li jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 Jannar ta' 1997. Għandhom mill-aktar fis jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif isiru dawn ir-referenzi għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam li din id-Direttiva tkopri.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha sseħħ mill-1 ta' Jannar 1997.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, fit-30 ta' Diċembru 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Barrett

    [1] Opinion mogħtija fit-13 ta' Diċembru 1996 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    [2] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar ġiet emendata b' Direttiva 94/74/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 46).

    [3] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar ġiet emendata b'Direttiva 95/7/KE (ĠU L 102, tad-9.5.1995, p. 18).

    [4] ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top