Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/263/02

Metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit

ĠU C 263, 5.8.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/2


Metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit

(2019/C 263/02)

1.

Fl-10 ta’ Lulju 2019, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, mis-27 ta’ Settembru 2019, fil-każijiet ta’ impediment imsemmija rispettivament fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2), u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jissostitwixxi lill-Imħallef impedit.

2.

Jekk il-President tal-Qorti Ġenerali jkun impedit, dan għandu jaħtar lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali biex jissostitwixxih, konformement mal-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

3.

Jekk il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jkun impedit, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jaħtar lill-Imħallef li għandu jissostitwixxih skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, bl-eċċezzjoni tal-Presidenti ta’ Awla.

4.

Jekk l-imħallef maħtur konformement mal-paragrafu 3 jkun impedit u l-kawża li fiha jiġi ddikjarat l-impediment tkun kawża tas-servizz pubbliku, kif iddefinit fid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2019 dwar il-kriterji ta’ attribuzzjoni tal-kawżi lill-awli [ĠU 2019, C 246, p. 2], jew kawża relattiva għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fir-raba’ titolu tar-Regoli tal-Proċedura, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jaħtar, skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, lil Imħallef assenjat lil Awla inkarigata mill-istess tip ta’ kawżi bħal dik li jappartjeni għaliha l-Imħallef impedit biex jissostitwixxi lil dan tal-aħħar.

5.

Sabiex jiġi żgurat tqassim ekwilibrat tal-volum ta’ xogħol, il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga mill-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni.


Top