EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/161/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

ĠU C 161, 7.5.2018, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/2


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tat-13 ta’ Marzu 2018

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2018/C 161/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2018 u l-31 ta’ Ottubru 2019, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2018: mit-Tnejn 17 ta’ Diċembru 2018 sal-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019, biż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2019: mit-Tnejn 15 ta’ April 2019 sal-Ħadd 28 ta’ April 2019, biż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2019: mit-Tlieta 16 ta’ Lulju 2019 sas-Sibt 31 ta’ Awwissu 2019, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Marzu 2018.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


Top